Proċedura : 2018/0322(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0181/2019

Testi mressqa :

A8-0181/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 04/04/2019 - 6.23

Testi adottati :

P8_TA(2019)0355

RAPPORT     ***I
PDF 182kWORD 74k
25.3.2019
PE 628.433v03-00 A8-0181/2019

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023

(COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD))

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

Rapporteur: Mirosław Piotrowski

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward tal-aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023

(COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0614),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 177 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C-0396/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tal-24 ta' Jannar 2019(1),

–  wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0181/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Regolament (UE) Nru 1303/2013

Artikolu 134 – paragrafu 2 – inċiż 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

"– 2021-2023: 1 %".

"– 2021-2023: 2 %".

(1)

  Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.


NOTA SPJEGATTIVA

Fis-7 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni ppreżentat proposta ġdida biex temenda r-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) attwali għall-2014-2020. Din l-emenda tikkonċerna r-rati ta' prefinanzjament għas-snin 2021-2023, taħt il-programmi 2014-2020. Il-finanzjament taħt is-CPR għall-2021-2027 mhuwiex affettwat.

Skont ir-rati attwali, il-prefinanzjament annwali mħallas lill-Istati Membri jissarraf f'ordnijiet ta' rkupru annwali għal ammonti kbar (pereżempju, EUR 6,6 biljun fl-2017). Dan ifisser li l-krediti ta' pagament huma mitluba mill-Istati Membri kull sena sabiex iħallsuhom prefinanzjament annwali mill-baġit tal-Unjoni, li mbagħad ikun irid jiġi rkuprat fil-biċċa l-kbira sena wara.

Peress li l-prefinanzjament annwali jkun disponibbli għal sena kontabilistika li tinfirex fuq sentejn baġitarji, l-ammont f'eċċess imħallas fis-sena N bħala prefinazjament annwali jiġi kklerjat fis-sena N+1, li jirriżulta fi flussi ta' pagamenti mhux neċessarji.

Għalhekk, għall-perjodu 2021-2023, li jikkorrispondi għall-aħħar tliet snin tal-perjodu ta' implimentazzjoni kurrenti u jitrikkeb fuq il-perjodu ta' implimentazzjoni li jmiss li jibda fl-2021, il-Kummissjoni tipproponi li l-prefinanzjament annwali għandu jitnaqqas. Dan l-approċċ jirriżulta mill-proposta għall-perjodu 2021-2027 li fih huwa maħsub li jitħallas biss il-prefinanzjament inizjali, f'sitt segmenti annwali.

Il-proposta tal-Kummissjoni biex titnaqqas ir-rata ta' prefinanzjament annwali għall-2021-2023 minn 3 % tal-ammont ta' appoġġ mill-Fondi għal 1 % hija eċċessiva, u r-rapporteur tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali huwa tal-opinjoni li huwa aktar xieraq li tiġi stabbilita rata annwali ta' prefinanzjament ta' 2 % għar-rekwiżiti tal-fluss tal-flus għall-implimentazzjoni tal-Programm. Din ir-rata ta' prefinanzjament tqis l-għadd mistenni li qed jiżdied tat-talbiet għad-dividend interim, flimkien mar-riżerva ta' prestazzjoni għall-bażi tal-kalkolu tal-prefinanzjament u l-prefinanzjament ġdid disponibbli taħt il-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027.

L-Artikolu 134(2) għalhekk se jiġi mmodifikat biex jipprogramma l-prefinanzjament annwali għall-2021-2023 bit-2 %. Il-prefinanzjament annwali għas-sena 2020 irid jinżamm bit-3 %. Il-finanzjament għall-perjodu 2021-2023 taħt is-CPR għall-2021-2027 se jiġi ddeterminat mir-regolament il-ġdid u mhuwiex affettwat minn din l-emenda.

Ir-rapporteur jemmen li l-proposta tal-Kummissjoni tista' tiġi aċċettata biss b'rata ta' pagament ta' 2 %.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Aġġustament tal-prefinanzjament annwali għas-snin mill-2021 sal-2023

Referenzi

COM(2018)0614 – C8-0396/2018 – 2018/0322(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

7.9.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

13.9.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

13.9.2018

EMPL

13.9.2018

PECH

13.9.2018

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

BUDG

13.9.2018

EMPL

27.9.2018

PECH

12.9.2018

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Mirosław Piotrowski

22.11.2018

 

 

 

Rapporteurs preċedenti

Iskra Mihaylova

 

 

 

Eżami fil-kumitat

14.2.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.3.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

19

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Franc Bogovič, Mercedes Bresso, Aleksander Gabelic, Ivan Jakovčić, Constanze Krehl, Iskra Mihaylova, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ramón Luis Valcárcel Siso, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

John Howarth, Ivana Maletić, Milan Zver

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Stanisław Ożóg

Data tat-tressiq

25.3.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

19

+

ALDE

Ivan Jakovčić, Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Stanisław Ożóg, Mirosław Piotrowski

PPE

Franc Bogovič, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Joachim Zeller, Milan Zver

S&D

Mercedes Bresso, Aleksander Gabelic, John Howarth, Constanze Krehl, Monika Smolková, Kerstin Westphal

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' Marzu 2019Avviż legali