Proċedura : 2018/0214(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0187/2019

Testi mressqa :

A8-0187/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.2
CRE 16/04/2019 - 8.2

Testi adottati :

P8_TA(2019)0360

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 194kWORD 67k
3.4.2019
PE 629.689v02-00 A8-0187/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

(06929/2019 – C8-0133/2019 – 2018/0214(NLE))

Kumitat għall-Affarijiet Legali

Rapporteur: Virginie Rozière

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

(06929/2019 – C8-0133/2019 – 2018/0214(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (06929/2019),

–  wara li kkunsidra l-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi, iffirmat f'Ġinevra fl-20 ta' Mejju 2015,

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 207 u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0133/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali u tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (A8-0187/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea għall-Att;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-Ftehim ta' Lisbona għall-Protezzjoni tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u tar-Reġistrazzjoni Internazzjonali tagħhom tal-31 ta' Ottubru 1958 ħoloq "Unjoni Speċjali" fi ħdan il-qafas tal-Unjoni għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali li ġiet stabbilita bil-Konvenzjoni ta' Pariġi (1883) għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Industrijali.

Il-partijiet kontraenti tiegħu jimpenjaw ruħhom li fit-territorji tagħhom jipproteġu d-denominazzjonijiet ta' oriġini tal-prodotti tal-pajjiżi l-oħra fi ħdan l-Unjoni Speċjali li huma rikonoxxuti u protetti bħala tali fil-pajjiż ta' oriġini u reġistrati fil-Bureau Internazzjonali tal-Proprjetà Intellettwali tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali, sakemm dawk il-partijiet ma jiddikjarawx li ma jistgħux jiżguraw din il-protezzjoni.

Seba' Stati Membri huma partijiet tal-Ftehim ta' Lisbona, jiġifieri l-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, Franza, l-Italja, l-Ungerija, il-Portugall u s-Slovakkja. Tliet Stati Membri oħra ffirmaw iżda ma rratifikawx il-Ftehim ta' Lisbona, jiġifieri l-Greċja, Spanja u r-Rumanija.

Fl-20 ta' Mejju 2015, l-Att ta' Ġinevra rreveda l-Ftehim ta' Lisbona. L-Att ta' Ġinevra jespandi l-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' Lisbona ta' denominazzjonijiet ta' oriġini għall-indikazzjonijiet ġeografiċi kollha, u jippermetti lill-organizzazzjonijiet internazzjonali (bħall-Unjoni Ewropea) jsiru partijiet kontraenti.

L-Unjoni għandha kompetenza esklużiva fir-rigward tal-oqsma koperti mill-Att ta' Ġinevra. Din il-kompetenza esklużiva ġiet ikkonfermata fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

Rigward ċerti prodotti agrikoli, l-Unjoni stabbiliet sistemi ta' protezzjoni uniformi u komprensivi għall-indikazzjonijiet ġeografiċi għall-inbejjed (1970), l-ispirti (1989), l-inbejjed aromatizzati (1991) u għal prodotti agrikoli u prodotti oħra tal-ikel (1992). Madankollu, mingħajr adeżjoni fih, l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ma jkunux jistgħu jibbenefikaw mill-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona.

Għaldaqstant, ir-Rapporteur hija sodisfatta bid-deċiżjoni tal-Kunsill li japprova l-adeżjoni tal-Unjoni mal-Att ta' Ġinevra. Hija tilqa' wkoll il-fatt li l-Istati Membri ngħataw l-opportunità li jaderixxu mal-att fl-interessi tal-Unjoni, filwaqt li l-Unjoni żammet kompetenza esklużiva. B'hekk, l-Unjoni se tgawdi minn drittijiet tal-vot, filwaqt li tkun tista' tqis b'mod xieraq is-sitwazzjoni speċifika tal-Istati Membri li diġà huma partijiet kontraenti fil-Ftehim ta' Lisbona.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali (11.12.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

(COM(2018)0350 – C8 – 2018/0214(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Tiziana Beghin

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Permezz ta' dan l-att, il-Parlament Ewropew se jagħti l-approvazzjoni tiegħu biex l-UE ssir parti mill-Ftehim ta' Lisbona tad-WIPO.

Il-Ftehim ta' Lisbona huwa trattat tal-1958 dwar il-protezzjoni tad-Denominazzjonijiet ta' Oriġini (AO). Dan ġie aġġornat permezz tal-Att ta' Ġinevra fl-2015 li jestendi l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu għall-Indikazzjonijiet Ġeografiċi (GI). Il-Ftehim jagħmilha possibbli li tinkiseb il-protezzjoni għall-AO u l-GI permezz ta' reġistrazzjoni unika.

Peress li seba' Stati Membri tal-UE biss huma parti mill-ftehimiet u minħabba li l-protezzjoni taħt is-sistemi tal-Istati Membri tkun teħtieġ reġistrazzjoni għal kull pajjiż u tista' tirriżulta f'garanziji legali differenti, ir-Rapporteur jemmen li l-adeżjoni tal-UE għall-Ftehim ta' Lisbona se ttejjeb il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi Ewropej f'kull firmatarju tal-Ftehim ta' Lisbona.

Barra minn hekk, meta tkun qed tinnegozja bilateralment mas-sħab kummerċjali, dan jippermetti lill-Unjoni tirreferi għas-sistema ta' Lisbona bħala bażi għan-negozjati meta tiġi diskussa l-protezzjoni tal-GI.

Minħabba l-impatt pożittiv tal-GI fuq il-produzzjoni b'valur miżjud għoli fis-settur agrikolu, ir-rapporteur tissuġġerixxi li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-adeżjoni.

******

Il-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-proposta dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Referenzi

COM(2018)03502018/0214(NLE)

Kumitat responsabbli

 

JURI

 

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Tiziana Beghin

29.8.2018

Eżami fil-kumitat

20.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

10.12.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

38

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Arena, Tiziana Beghin, David Borrelli, Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Karoline Graswander-Hainz, Christophe Hansen, Yannick Jadot, France Jamet, Elsi Katainen, Jude Kirton-Darling, Danilo Oscar Lancini, Bernd Lange, Anne-Marie Mineur, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Franck Proust, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Tokia Saïfi, Marietje Schaake, Helmut Scholz, Joachim Schuster, Joachim Starbatty, Adam Szejnfeld, Iuliu Winkler

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Klaus Buchner, Dita Charanzová, Sajjad Karim, Seán Kelly, Gabriel Mato, Georg Mayer, Ralph Packet, Johannes Cornelis van Baalen, Jarosław Wałęsa

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Paloma López Bermejo, Anders Sellström, Miguel Urbán Crespo, Marco Zullo

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

38

+

ALDE

Johannes Cornelis van Baalen, Dita Charanzová, Elsi Katainen, Marietje Schaake

ECR

Sajjad Karim, Ralph Packet, Joachim Starbatty

EFDD

Tiziana Beghin, Marco Zullo

ENF

France Jamet, Danilo Oscar Lancini, Georg Mayer

GUE/NGL

Paloma López Bermejo, Anne-Marie Mineur, Helmut Scholz, Miguel Urbán Crespo

NI

David Borrelli

PPE

Daniel Caspary, Salvatore Cicu, Christophe Hansen, Seán Kelly, Gabriel Mato, Sorin Moisă, Franck Proust, Tokia Saïfi, Anders Sellström, Adam Szejnfeld, Jarosław Wałęsa, Iuliu Winkler

S&D

Maria Arena, Karoline Graswander-Hainz, Jude Kirton-Darling, Bernd Lange, Alessia Maria Mosca, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Joachim Schuster

VERTS/ALE

Klaus Buchner, Yannick Jadot

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel (30.11.2018)

għall-Kumitat għall-Affarijiet Legali

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

(COM(2018)0350 – C8 0000/2018 – 2018/0214(NLE))

Rapporteur għal opinjoni: Elena Valenciano

Il-Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel jistieden lill-Kumitat għall-Affarijiet Legali, bħala l-kumitat responsabbli, sabiex jirrakkomanda li l-Parlament jagħti l-approvazzjoni tiegħu dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill dwar l-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta’ Ġinevra tal-Ftehim ta’ Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta’ Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Referenzi

COM(2018)03502018/0214(NLE)

Kumitat responsabbli

 

JURI

 

 

 

 

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Adina-Ioana Vălean

30.8.2018

Data tal-adozzjoni

27.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

49

2

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Margrete Auken, Pilar Ayuso, Zoltán Balczó, Ivo Belet, Paul Brannen, Nessa Childers, Birgit Collin-Langen, Miriam Dalli, Seb Dance, Mark Demesmaeker, Stefan Eck, Bas Eickhout, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Gerben-Jan Gerbrandy, Jens Gieseke, Julie Girling, Françoise Grossetête, Jytte Guteland, György Hölvényi, Karin Kadenbach, Urszula Krupa, Giovanni La Via, Jo Leinen, Peter Liese, Valentinas Mazuronis, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Piernicola Pedicini, Bolesław G. Piecha, John Procter, Julia Reid, Frédérique Ries, Annie Schreijer-Pierik, Davor Škrlec, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean, Jadwiga Wiśniewska

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Elena Gentile, Christophe Hansen, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Jan Huitema, Jiří Maštálka, Ulrike Müller, Alojz Peterle, Keith Taylor, Tiemo Wölken, Carlos Zorrinho

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Martina Anderson, Edward Czesak, Jens Geier, Jude Kirton-Darling, Vladimír Maňka, Anna Záborská

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

49

+

ALDE

Gerben Jan Gerbrandy, Jan Huitema, Valentinas Mazuronis, Ulrike Müller, Frédérique Ries

ECR

Mark Demesmaeker

EFDD

Piernicola Pedicini

GUE/NGL 

Martina Anderson, Stefan Eck, Anja Hazekamp, Jiří Maštálka

NI

Zoltán Balczó

PPE

Pilar Ayuso, Ivo Belet, Birgit Collin-Langen, Karl-Heinz Florenz, Elisabetta Gardini, Jens Gieseke, Julie Girling , Françoise Grossetête, Christophe Hansen, György Hölvényi, Giovanni La Via, Peter Liese, Alojz Peterle, Annie Schreijer-Pierik, Renate Sommer, Adina-Ioana Vălean, Anna Záborská

S&D

Paul Brannen, Nessa Childers, Miriam Dalli, Seb Dance, Jens Geier, Elena Gentile, Jytte Guteland, Karin Kadenbach, Jude Kirton-Darling, Jo Leinen, Vladimír Maňka, Susanne Melior, Rory Palmer, Massimo Paolucci, Tiemo Wölken

VERTS/ALE

Margrete Auken, Bas Eickhout, Martin Häusling, Davor Škrlec, Keith Taylor

2

-

ECR

John Procter

EFDD

Julia Reid

4

0

ECR

Edward Czesak, Urszula Krupa, Bolesław G. Piecha, Jadwiga Wiśniewska

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

L-adeżjoni tal-Unjoni Ewropea mal-Att ta' Ġinevra tal-Ftehim ta' Lisbona dwar id-Denominazzjonijiet ta' Oriġini u l-Indikazzjonijiet Ġeografiċi

Referenzi

06929/2019 – C8-0133/2019 – COM(2018)03502018/0214(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

15.3.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

25.3.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

INTA

25.3.2019

ENVI

25.3.2019

AGRI

25.3.2019

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AGRI

29.8.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Virginie Rozière

24.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

1.4.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

15

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Max Andersson, Marie-Christine Boutonnet, Jean-Marie Cavada, Mady Delvaux, Mary Honeyball, Sajjad Karim, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Julia Reda, Evelyn Regner, Pavel Svoboda, József Szájer, Tadeusz Zwiefka

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Durand, Virginie Rozière

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mylène Troszczynski

Data tat-tressiq

3.4.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

15

+

ALDE

Jean-Marie Cavada

EFDD

Joëlle Bergeron

ENF

Marie-Christine Boutonnet, Mylène Troszczynski

PPE

Pavel Svoboda, József Szájer, Tadeusz Zwiefka

S&D

Mady Delvaux, Sylvia-Yvonne Kaufmann, Evelyn Regner, Virginie Rozière, Julie Ward

VERTS/ALE

Max Andersson, Pascal Durand, Julia Reda

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' April 2019Avviż legali