Proċedura : 2016/0156(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0191/2019

Testi mressqa :

A8-0191/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 16/04/2019 - 8.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0362

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 175kWORD 54k
9.4.2019
PE 636.202v02-00 A8-0191/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(15056/2018 – C8-0051/2019 – 2016/0156(NLE))

Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu

Rapporteur: Jozo Radoš

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni f'isem l-Unjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

(15056/2018 – C8-0051/2019 – 2016/0156(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15056/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru(1),

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni ppreżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 100(2) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, il-punt (a), tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0051/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu (A8-0191/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-ftehim;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tar-Repubblika tal-Filippini.

(1)

ĠU L 322, 18.12.2018, p. 3.


NOTA SPJEGATTIVA

Sfond

Tradizzjonalment, l-Istati Membri tal-Unjoni kkonkludew ftehimiet bilaterali dwar servizzi tal-ajru ma' pajjiżi terzi. Madankollu, il-klawżoli ta' nomina f'dawn il-ftehimiet kienu jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni peress li dawn ippermettew li pajjiż terz jirrifjuta, jirtira jew jissospendi l-permessi jew l-awtorizzazzjonijiet ta' trasportatur tal-ajru li jkun ġie nnominat minn Stat Membru iżda li ma jkunx proprjetà sostanzjali ta' dak l-Istat Membru jew taċ-ċittadini tiegħu u li effettivament ma jkunx ikkontrollat mill-Istat Membru jew miċ-ċittadini tiegħu. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan jikkostitwixxi diskriminazzjoni kontra t-trasportaturi tal-ajru tal-UE stabbiliti fit-territorju ta' Stat Membru iżda li jkunu proprjetà ta' ċittadini ta' Stati Membri oħra u kkontrollati minn dawn l-istess ċittadini (Artikolu 49 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea).

Insegwitu tas-sentenzi tal-Qorti fl-hekk imsejħa kawżi "Open Skies", fil-5 ta' Ġunju 2003, il-Kunsill awtorizza lill-Kummissjoni biex tiftaħ in-negozjati ma' pajjiżi terzi dwar is-sostituzzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet fi ftehimiet bilaterali fis-seħħ dwar is-servizzi tal-ajru bi ftehim fil-livell tal-Unjoni (l-"awtorizzazzjoni orizzontali"). L-għan ta' dawn il-ftehimiet huwa li jingħata aċċess mhux diskriminatorju lit-trasportaturi tal-ajru kollha tal-UE għar-rotot tal-ajru bejn l-Unjoni Ewropea u pajjiżi terzi.

Proċess tan-negozjati

Peress li ċerti dispożizzjonijiet tal-għaxar ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Filippini kienu jmorru kontra d-dritt tal-Unjoni, il-Kummissjoni ssottomettiet, fis-27 ta' Mejju 2016, il-proposta tagħha għall-konklużjoni tal-ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru. Fi tmiem il-proċess tan-negozjati, iż-żewġ partijiet iffirmaw l-abbozz ta' ftehim fid-29 ta' Novembru 2018 fi Brussell, u fit-18 ta' Frar 2019, il-Kunsill talab lill-Parlament Ewropew biex jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

Kontenut tal-ftehim

Biex tikkonforma mal-"awtorizzazzjoni orizzontali", il-Kummissjoni nnegozjat ftehim mar-Repubblika tal-Filippini li jissostitwixxi ċerti dispożizzjonijiet fil-ftehimiet bilaterali fis-seħħ dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u r-Repubblika tal-Filippini. L-Artikolu 2 tal-abbozz ta' ftehim jissostitwixxi l-klawżoli tradizzjonali ta' nomina bi "klawżola ta' nomina tal-UE" li tippermetti lit-trasportaturi tal-ajru kollha tal-UE jibbenefikaw mid-dritt ta' stabbiliment. L-Artikolu 5 jsolvi l-kunflitti potenzjali mar-regoli tal-Unjoni dwar il-kompetizzjoni.

Dispożizzjonijiet oħra, b'mod partikolari dwar it-tassazzjoni fuq il-fjuwil tal-avjazzjoni u l-ftehimiet kummerċjali obbligatorji bejn il-kumpaniji tal-avjazzjoni, ġew introdotti biex tiġi żgurata l-konformità mad-dritt tal-Unjoni u dawn iservu biex jemendaw jew jikkomplementaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ fi ftehimiet bilaterali dwar is-servizzi tal-ajru bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Ftehim bejn l-UE u l-Gvern tar-Repubblika tal-Filippini dwar ċerti aspetti tas-servizzi tal-ajru

Referenzi

15056/2018 – C8-0051/2019 – COM(2016)03032016/0156(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

19.2.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

TRAN

11.3.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

11.3.2019

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

AFET

4.4.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Jozo Radoš

1.8.2016

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.4.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

0

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Christine Arnautu, Inés Ayala Sender, Georges Bach, Michael Cramer, Andor Deli, Karima Delli, Isabella De Monte, Ismail Ertug, Dieter-Lebrecht Koch, Georg Mayer, Gesine Meissner, Gabriele Preuß, Christine Revault d’Allonnes Bonnefoy, Dominique Riquet, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Keith Taylor, Wim van de Camp

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Michael Detjen, Stefan Gehrold, Maria Grapini, Peter Kouroumbashev, Jozo Radoš, Matthijs van Miltenburg, Henna Virkkunen

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

José Blanco López, Eider Gardiazabal Rubial, John Howarth, Olle Ludvigsson, Francisco José Millán Mon, Andrey Novakov

Data tat-tressiq

9.4.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ALDE

Gesine Meissner, Matthijs van Miltenburg, Jozo Radoš, Dominique Riquet

ENF

Marie-Christine Arnautu

PPE

Georges Bach, Wim van de Camp, Andor Deli, Stefan Gehrold, Dieter-Lebrecht Koch, Francisco José Millán Mon, Andrey Novakov, Massimiliano Salini, Claudia Schmidt, Henna Virkkunen

S&D

Inés Ayala Sender, José Blanco López, Isabella De Monte, Michael Detjen, Ismail Ertug, Eider Gardiazabal Rubial, Maria Grapini, John Howarth, Peter Kouroumbashev, Olle Ludvigsson, Alex Mayer, Gabriele Preuß, Christine Revault d'Allonnes Bonnefoy

VERTS/ALE

Michael Cramer, Karima Delli, Keith Taylor

0

-

 

 

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' April 2019Avviż legali