Proċedura : 2019/0805(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0192/2019

Testi mressqa :

A8-0192/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/04/2019 - 10.4

Testi adottati :

P8_TA(2019)0425

RAPPORT     *
PDF 173kWORD 55k
9.4.2019
PE 637.525v01-00 A8-0192/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojost tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali bejn il-Eurojust u r-Renju tad-Danimarka

(07770/2019 – C8-0152/2019 – 2019/0805(CNS))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Claude Moraes

(Proċedura simplifikata – Artikolu 50(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojost tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali bejn il-Eurojust u r-Renju tad-Danimarka

(07770/2019 – C8-0152/2019 – 2019/0805(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (07770/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-Dispożizzjonijiet Tranżitorji, li b'mod konformi magħhom il-Parlament ġie kkonsultat mill-Kunsill (C8-0152/2019),

–  wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 26a(2) tagħha,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 78c tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0192/2019),

1.  Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2.  Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3.  Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 63, 6.3.2002, p. 1.


NOTA SPJEGATTIVA

Il-ftehim dwar il-kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali bejn il-Eurojust u d-Danimarka huwa segwitu neċessarju għal-"Lisbonizzazzjoni" tal-Eurojust li ssostitwixxa u ħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI bir-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fil-Ġustizzja Kriminali (Eurojust). Ir-Regolament se japplika mid-19 ta' Diċembru 2019. Fid-dawl tal-istatus speċjali tad-Danimarka fil-qasam tal-ġustizzja kriminali wara Lisbona (Protokoll 22), id-Danimarka mhijiex se tieħu sehem fir-Regolament u mhijiex marbuta minnu. Madankollu, id-Danimarka esprimiet ix-xewqa li tipparteċipa aktar fl-attivitajiet tal-Eurojust. F'dan ir-rigward, għandu jintlaħaq qbil dwar ftehim ta' kooperazzjoni bejn id-Danimarka u l-Eurojust (simili għall-ftehim li d-Danimarka kellha tilħaq qbil dwaru wara l-"Lisbonizzazzjoni" tal-Europol). F'dan ir-rigward, id-Danimarka se jkollha status bejn dak ta' Stat Membru u pajjiż terz. Pereżempju, se jkollha rappreżentant jipparteċipa fil-laqgħat tal-Kulleġġ, mingħajr id-dritt għall-vot, u d-Danimarka se tikkontribwixxi għad-dħul tal-Eurojust. Għalkemm, fil-prinċipju, sistema komuni għall-kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali għall-Istati Membri kollha għandha tkun ir-regola u hija preferibbli, ftehim mad-Danimarka huwa importanti biex jiggarantixxi, fost l-oħrajn, dan li ġej: il-kontinwazzjoni tal-parteċipazzjoni tad-Danimarka fl-istruttura tal-Eurojust (id-Danimarka ilha parti mill-Eurojust sa mill-bidu nett tagħha u hija attiva fil-Eurojust); id-Danimarka hija parti miż-żona Schengen; id-Danimarka tieħu sehem f'diversi strumenti ta' dak li kien it-tielet pilastru, b'mod partikolari l-Mandat ta' Arrest Ewropew; id-Danimarka se tieħu sehem fil-finanzjament tal-Eurojust; il-preservazzjoni taż-żona ĠAI komuni tal-UE; u l-applikazzjoni tal-prerogattivi tal-KEPD u tal-Qorti tal-Ġustizzja.

B'konformità mad-Deċiżjoni attwali tal-Eurojust, tali ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn il-Eurojust u pajjiżi terzi li fihom dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' data personali jistgħu jiġu konklużi biss jekk l-entità kkonċernata tkun soġġetta għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 jew wara valutazzjoni li tikkonferma l-eżistenza ta' livell adegwat ta' protezzjoni tad-data żgurata minn dik l-entità. Fit-28 ta' Marzu 2019, il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza tal-Eurojust ta opinjoni pożittiva dwar id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. Id-Danimarka se tapplika d-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(1), fir-rigward tad-data personali skambjata skont il-Ftehim, qablet ma' dispożizzjonijiet speċifiċi ta' protezzjoni tad-data fil-Ftehim u tirrikonoxxi r-rwol tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data.

Konsegwentement, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta' hawn fuq, ir-Rapporteur japprova l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-abbozz ta' Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u d-Danimarka.

(1)

  Id-Direttiva (UE) 2016/680 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta' April 2016 dwar il-protezzjoni ta' persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-awtoritajiet kompetenti għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-investigazzjoni, is-sejbien jew il-prosekuzzjoni ta' reati kriminali jew l-eżekuzzjoni ta' pieni kriminali, u dwar il-moviment liberu ta' tali data, u li jħassar Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/977/ĠAI (ĠU L 119, 4.5.2016, p. 89).


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Proposta għal deċiżjoni ta’ implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-kooperazzjoni fil-ġustizzja kriminali bejn il-Eurojust u r-Renju tad-Danimarka

Referenzi

07770/2019 – C8-0152/2019 – 2019/0805(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

1.4.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

3.4.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

JURI

3.4.2019

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

JURI

3.4.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Claude Moraes

3.4.2019

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

1.4.2019

Eżami fil-kumitat

2.4.2019

8.4.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

8.4.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

9.4.2019

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' April 2019Avviż legali