Proċedura : 2018/0331(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0193/2019

Testi mressqa :

A8-0193/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2019 - 16.14
CRE 17/04/2019 - 16.14

Testi adottati :

P8_TA(2019)0421

RAPPORT     ***I
PDF 717kWORD 227k
9.4.2019
PE 632.028v02-00 A8-0193/2019

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online

(COM(2018)0640 – C8-0405/2018 – 2018/0331(COD))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Daniel Dalton

Rapporteur għal opinjoni (*):

Julie Ward, Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni
 OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online

(COM(2018)0640 – C8-0405/2018 – 2018/0331(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2018)0640),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2), u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8-0405/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni motivata ppreżentata mil-Kamra tad-deputati Ċeka, fil-qafas tal-Protokoll Nru 2 dwar l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' sussidjarjetà u proporzjonalità li tiddikjara li l-abbozz ta' att leġiżlattiv ma jimxix mal-prinċipju ta' sussidjarjetà,

–  wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-12 ta' Diċembru 2018(1),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, i-Ġustizzja u l-Intern kif ukoll l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni u tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (A8-0193/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online

dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku diġitali f'soċjetà miftuħa u demokratika, billi jipprevjeni l-użu ħażin tas-servizzi ta' hosting għal skopijiet terroristiċi. Il-funzjonament tas-suq uniku diġitali għandu jittejjeb billi tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting, it-tisħiħ tal-fiduċja tal-utenti fl-ambjent online, u billi jissaħħu s-salvagwardji għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni.

(1)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku diġitali f'soċjetà miftuħa u demokratika, billi jindirizza l-użu ħażin tas-servizzi ta' hosting għal skopijiet terroristiċi u jikkontribwixxi għas-sigurtà pubblika fis-soċjetajiet Ewropej. Il-funzjonament tas-suq uniku diġitali jenħtieġ li jittejjeb billi tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting, tissaħħaħ il-fiduċja tal-utenti fl-ambjent online, u billi jissaħħu s-salvagwardji għal-libertà tal-espressjoni, għad-dritt li persuna tirċievi u tgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u ideat f'soċjetà miftuħa u demokratika, kif ukoll għal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Ir-regolamentazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting tista' biss tikkomplementa l-istrateġiji tal-Istati Membri biex jindirizzaw it-terroriżmu, li jridu jenfasizzaw miżuri offline bħall-investiment fil-ħidma soċjali, inizjattivi ta' deradikalizzazzjoni u ħidma mal-komunitajiet affettwati biex jiksbu prevenzjoni sostenibbli tar-radikalizzazzjoni fis-soċjetà.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1b)  Il-kontenut terroristiku jagħmel parti mill-problema aktar mifruxa tal-kontenut illegali online, li jinkludi forom oħrajn ta' kontenut bħall-isfruttament sesswali tat-tfal, prattiki kummerċjali illegali u ksur tal-proprjetà intellettwali. It-traffikar ta' kontenut illegali spiss jitwettaq minn organizzazzjonijiet terroristiċi u organizzazzjonijiet kriminali oħra għall-ħasil u l-ġbir ta' flus biex jibdew jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom. Din il-problema tirrikjedi taħlita ta' miżuri leġiżlattivi, mhux leġiżlattivi u volontarji bbażati fuq il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-fornituri, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. Għalkemm it-theddida tal-kontenut illegali ttaffiet permezz ta' inizjattivi ta' suċċess bħall-Kodiċi ta' Kondotta dwar id-Diskors ta' Mibegħda mmexxi mill-industrija, u l-Alleanza Globali WePROTECT biex jintemm l-abbuż sesswali tat-tfal online, jeħtieġ li jiġi stabbilit qafas leġiżlattiv għal kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jitneħħa l-kontenut illegali.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting attivi fuq l-internet għandhom rwol essenzjali fl-ekonomija diġitali billi joħolqu konnessjoni bejn in-negozju u ċ-ċittadini billi jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u l-wasla tal-informazzjoni, l-opinjonijiet u l-ideat, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Madankollu, is-servizzi tagħhom f'ċerti każijiet huma abbużati minn partijiet terzi biex iwettqu attivitajiet illegali online. Problema partikolari hi l-użu ħażin tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting minn gruppi terroristiċi u s-sostenituri tagħhom biex ixerrdu kontenut terroristiku online sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom, jirradikalizzaw u jirreklutaw u biex jiffaċilitaw u jidderieġu l-attività terroristika.

(2)  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting attivi fuq l-internet għandhom rwol essenzjali fl-ekonomija diġitali billi joħolqu konnessjoni bejn in-negozju u ċ-ċittadini, jipprovdu opportunitajiet ta' tagħlim u billi jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u t-twassil ta' informazzjoni, opinjonijiet u ideat, u b'hekk jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Madankollu, is-servizzi tagħhom f'ċerti każijiet huma abbużati minn partijiet terzi biex iwettqu attivitajiet illegali online. Problema partikolari hi l-użu ħażin tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting minn gruppi terroristiċi u s-sostenituri tagħhom biex ixerrdu kontenut terroristiku online sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom, jirradikalizzaw u jirreklutaw u biex jiffaċilitaw u jidderieġu l-attività terroristika.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-preżenza ta' kontenut terroristiku online għandha konsegwenzi negattivi serji għall-utenti, għaċ-ċittadini u għas-soċjetà inġenerali, kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi online li jospitaw tali kontenut, peress li ddgħajjef il-fiduċja tal-utenti tagħhom u tagħmel ħsara lill-mudelli tan-negozju tagħhom. Fid-dawl tar-rwol ċentrali tagħhom u l-mezzi u l-kapaċitajiet teknoloġiċi assoċjati mas-servizzi li jipprovdu, il-fornituri tas-servizzi onlajn għandhom responsabbiltajiet soċjetali partikolari biex jipproteġu s-servizzi tagħhom minn użu ħażin mit-terroristi u jgħinu biex jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku mxerred permezz tas-servizzi tagħhom.

(3)  Minkejja li mhijiex l-uniku fattur, irriżulta li l-preżenza ta' kontenut terroristiku online hija katalizzatur kruċjali f'termini tar-radikalizzazzjoni ta' individwi li jkunu wettqu atti terroristiċi, u b'hekk għandha konsegwenzi negattivi serji ħafna mhux biss għaċ-ċittadini u għas-soċjetà inġenerali, iżda wkoll għall-fornituri ta' servizzi online li jospitaw tali kontenut, peress li ddgħajjef il-fiduċja tal-utenti tagħhom u tagħmel ħsara lill-mudelli tan-negozju tagħhom. Fid-dawl tar-rwol ċentrali tagħhom u fi proporzjon mal-mezzi u l-kapaċitajiet teknoloġiċi assoċjati mas-servizzi li jipprovdu, il-fornituri tas-servizzi onlajn għandhom responsabbiltajiet soċjetali partikolari biex jipproteġu s-servizzi tagħhom minn abbuż mit-terroristi u jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti jindirizzaw reati terroristiċi li jitwettqu permezz tas-servizzi tagħhom, filwaqt li jqisu l-importanza fundamentali tal-libertà ta' espressjoni u l-libertà li persuna tirċievi u tgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u ideat f'soċjetà miftuħa u demokratika.

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-isforzi fil-livell tal-Unjoni biex jiġi miġġieled il-kontenut terroristiku online li bdew fl-2015 permezz ta' qafas ta' kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jeħtieġ li jkunu ikkumplimentati minn qafas leġiżlattiv ċar sabiex ikomplu jnaqqsu l-aċċessibbiltà għal kontenut terroristiku online u jindirizzaw b'mod adegwat problema li tevolvi b'mod rapidu. Dan il-qafas leġiżlattiv għandu l-għan li jibni fuq l-isforzi volontarji, li ġew imsaħħa mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/3347 u jwieġeb għas-sejħiet li saru mill-Parlament Ewropew biex jissaħħu l-miżuri biex jindirizzaw il-kontenut illegali u ta' ħsara u mill-Kunsill Ewropew biex itejbu l-individwazzjoni awtomatika u t-tneħħija ta' kontenut li jinċita atti terroristiċi.

(4)  L-isforzi fil-livell tal-Unjoni biex jiġi miġġieled il-kontenut terroristiku online li bdew fl-2015 permezz ta' qafas ta' kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jeħtieġ li jkunu ikkomplementati minn qafas leġiżlattiv ċar sabiex ikomplu jnaqqsu l-aċċessibbiltà għal kontenut terroristiku online u jindirizzaw b'mod adegwat problema li tevolvi b'mod rapidu. Dan il-qafas leġiżlattiv għandu l-għan li jibni fuq l-isforzi volontarji, li ġew imsaħħa mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/3347, u jwieġeb għas-sejħiet li saru mill-Parlament Ewropew biex jissaħħu l-miżuri għall-indirizzar tal-kontenut illegali u ta' ħsara f'konformità mal-qafas orizzontali stabbilit bid-Direttiva 2000/31/KE u mill-Kunsill Ewropew għat-titjib tal-kxif u tat-tneħħija ta' kontenut li jinċita għal atti terroristiċi.

__________________

__________________

7 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

7 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE8. B'mod partikolari, kwalunkwe miżura meħuda mill-fornitur ta' servizz ta' hosting f'konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż kwalunkwe miżura proattiva, m'għandhomx fihom infushon iwasslu biex dak il-fornitur ta' servizzi jitlef il-benefiċċju tal-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista f'dik id-dispożizzjoni. Dan ir-Regolament ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li jistabbilixxu r-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting f'każijiet speċifiċi fejn il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE għal eżenzjoni mir-responsabbiltà ma jiġux issodisfati.

(5)  Jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax l-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE8. Dan ir-Regolament ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li jistabbilixxu r-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting f'każijiet speċifiċi fejn il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE għal eżenzjoni mir-responsabbiltà ma jiġux issodisfati.

__________________

__________________

8 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku') (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

8 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ("Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku") (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Ir-regoli biex jiġi evitat l-użu ħażin tas-servizzi tal-hosting għat-tixrid ta' kontenut terroristiku online sabiex ikun garantit il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern huma stabbiliti f'dan ir-Regolament b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali protetti fl-ordni legali tal-Unjoni u b'mod partikolari dawk garantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Ir-regoli dwar l-indirizzar tal-użu ħażin tas-servizzi tal-hosting għat-tixrid ta' kontenut terroristiku online sabiex ikun garantit il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern huma stabbiliti f'dan ir-Regolament, u jenħtieġ li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali protetti fl-ordni legali tal-Unjoni, u b'mod partikolari dawk garantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika filwaqt li jistabbilixxi salvagwardji xierqa u robusti biex jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali involuti. Dan jinkludi d-drittijiet tar-rispett tal-ħajja privata u tal-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluża l-libertà li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, il-libertà li jitwettaq negozju, u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jadottaw biss miżuri li huma meħtieġa, xierqa u proporzjonati f'soċjetà demokratika, b'kunsiderazzjoni tal-importanza partikolari mogħtija lill-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, li tikkostitwixxi wieħed mill-pedamenti essenzjali ta' soċjetà pluralista, demokratika, u hija waħda mill-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Il-miżuri li jikkostitwixxu interferenza fil-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni għandhom ikunu strettament immirati, fis-sens li jridu jservu biex jipprevjenu t-tixrid ta' kontenut terroristiku, iżda mingħajr ma jiġi affettwat id-dritt li wieħed jirċievi u jgħaddi informazzjoni legalment, filwaqt li jitqies ir-rwol ċentrali tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting biex jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u l-wasla ta' fatti, opinjonijiet u ideat skont il-liġi.

(7)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika u jenħtieġ li jistabbilixxi salvagwardji xierqa u robusti biex jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali involuti. Dan jinkludi d-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluża l-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni, il-libertà li wieħed iwettaq negozju, u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jadottaw biss miżuri li jkunu meħtieġa u proporzjonati f'soċjetà demokratika, b'kunsiderazzjoni tal-importanza partikolari mogħtija lil-libertà tal-espressjoni u lil-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u ideat, kif ukoll ir-rispett għall-ħajja privata u għall-protezzjoni tad-data personali, li jikkostitwixxu l-pedamenti essenzjali ta' soċjetà pluralista, demokratika, u huma fost il-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Jenħtieġ li kwalunkwe miżura tevita li tindaħal fil-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u, sa fejn ikun possibbli, isservi biex tindirizza d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku permezz ta' approċċ b'mira stretta, iżda mingħajr ma taffettwa d-dritt li wieħed jirċievi u jgħaddi informazzjoni legalment, fil-qies tar-rwol ċentrali tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting fil-faċilitazzjoni tad-dibattitu pubbliku u tad-distribuzzjoni u r-riċeviment ta' fatti, opinjonijiet u ideat skont il-liġi. Miżuri online effettivi kontra t-terroriżmu u l-protezzjoni tal-libertà ta' espressjoni mhumiex għanijiet konfliġġenti, iżda għanijiet komplementari u li jsaħħu lil xulxin b'mod reċiproku.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Id-dritt għal rimedju effettiv huwa minqux fl-Artikolu 19 tat-TUE u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti kontra kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament, li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet ta' dik il-persuna. Id-dritt jinkludi, b'mod partikolari l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-fornituri tal-kontenut li jikkontestaw b'mod effettiv l-ordnijiet ta' tneħħija quddiem il-qorti tal-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġu l-ordni ta' tneħħija.

(8)  Id-dritt għal rimedju effettiv huwa minqux fl-Artikolu 19 tat-TUE u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti kontra kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament, li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet ta' dik il-persuna. Id-dritt jinkludi, b'mod partikolari l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-fornituri tal-kontenut jikkontestaw b'mod effettiv l-ordnijiet ta' tneħħija quddiem il-qorti tal-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġu l-ordni ta' tneħħija, u l-possibbiltà li l-fornituri tal-kontenut jikkontestaw ir-riżultati tal-miżuri speċifiċi meħuda mill-fornitur tal-hosting.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar l-azzjonijiet li għandhom jieħdu kemm il-fornituri ta' servizzi ta' hosting kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti biex jiġi evitat it-tixrid ta' kontenut terroristiku online, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi definizzjoni ta' kontenut terroristiku għal skopijiet preventivi abbażi tad-definizzjoni ta' reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9. Minħabba l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-propaganda terroristika l-aktar dannuża online, id-definizzjoni għandha taqbad materjal u informazzjoni li jinstigaw, jinkoraġġixxu jew jippromwovu t-twettiq jew il-kontribuzzjoni tar-reati terroristiċi, tipprovdi struzzjonijiet għat-twettiq ta' dawn ir-reati jew tippromwovi l-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' grupp terroristiku. Din l-informazzjoni tinkludi b'mod partikolari, testi miktuba, stampi, reġistrazzjonijiet awdjo u vidjows. Meta jiġi vvalutat jekk il-kontenut jikkostitwixxix kontenut terroristiku skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jieħdu kont ta' fatturi bħan-natura u l-kliem tad-dikjarazzjonijiet, il-kuntest li fih saru d-dikjarazzjonijiet u l-potenzjal tagħhom li jwasslu għal konsegwenzi ta' ħsara, u b'hekk jiġu affettwati s-sigurtà u s-sikurezza tal-persuni. Il-fatt li l-materjal kien prodott, huwa attribwibbli jew imxerred f'isem organizzazzjoni jew persuna terroristika elenkata mill-UE, jikkostitwixxi fattur importanti fil-valutazzjoni. Il-kontenut imxerred għal finijiet edukattivi, ġurnalistiċi jew ta' riċerka għandu jkun protett b'mod adegwat. Barra minn hekk, l-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi m'għandhiex titqies bħala kontenut terroristiku.

(9)  Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar l-azzjonijiet li jenħtieġ li jieħdu kemm il-fornituri ta' servizzi ta' hosting kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti biex jindirizzaw id-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online, jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi definizzjoni ta' kontenut terroristiku għal skopijiet preventivi abbażi tad-definizzjoni ta' reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9. Minħabba l-ħtieġa li l-propaganda terroristika l-aktar dannuża online tiġi indirizzata, jenħtieġ li d-definizzjoni tħaddan materjal li jissolleċita t-twettiq ta' reati terroristiċi jew jikkontribwixxi għalihom, jew jippromwovi l-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' grupp terroristiku u b'hekk jikkawża l-periklu li reat jew reati tali jitwettqu b'mod intenzjonali. Id-definizzjoni jenħtieġ li tkopri wkoll kontenut li jipprovdi gwida għall-manifattura u l-użu ta' splussivi, armi tan-nar, kwalunkwe arma oħra, sustanzi tossiċi jew perikolużi kif ukoll sustanzi Kimiċi, Bijoloġiċi, Radjoloġiċi u Nukleari (CBRN) u kwalunkwe gwida dwar metodi u tekniki oħra, inkluża s-selezzjoni ta' miri, għall-finijiet li jitwettqu reati terroristiċi. Din l-informazzjoni tinkludi b'mod partikolari, testi miktuba, stampi, reġistrazzjonijiet awdjo u videos. Meta jiġi vvalutat jekk il-kontenut jikkostitwixxix kontenut terroristiku skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jieħdu kont ta' fatturi bħan-natura u l-kliem tad-dikjarazzjonijiet, il-kuntest li fih saru d-dikjarazzjonijiet u l-potenzjal tagħhom li jwasslu għal konsegwenzi ta' ħsara, u b'hekk jiġu affettwati s-sigurtà u s-sikurezza tal-persuni. Il-fatt li l-materjal kien prodott, huwa attribwibbli jew disseminat f'isem organizzazzjoni jew persuna terroristika elenkata mill-UE, jikkostitwixxi fattur importanti fil-valutazzjoni. Jenħtieġ li kontenut disseminat għal finijiet edukattivi, artistiċi, ġurnalistiċi jew ta' riċerka, jew għal skopijiet ta' sensibilizzazzjoni kontra l-attività terroristika, ikun protett b'mod adegwat. Speċjalment f'każijiet fejn il-fornitur tal-kontenut ikollu responsabbiltà editorjali, kwalunkwe deċiżjoni dwar it-tneħħija tal-materjal disseminat jenħtieġ li tqis l-istandards ġurnalistiċi stabbiliti mir-regolamentazzjoni tal-istampa jew tal-midja konsistenti mad-dritt tal-Unjoni u mal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk, l-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi m'għandhiex titqies bħala kontenut terroristiku.

_________________

_________________

9 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex ikunu koperti dawk is-servizzi ta' hosting online fejn jiġi mxerred il-kontenut terroristiku, dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu l-informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz fuq talba tiegħu jew tagħha u meta jagħmlu l-informazzjoni maħżuna disponibbli għal partijiet terzi, irrispettivament minn jekk din l-attività tkunx ta' natura sempliċiment teknika, awtomatika u passiva. Pereżempju, tali fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jinkludu pjattaformi ta' midja soċjali, servizzi ta' streaming ta' filmati, vidjow, immaġni u servizzi ta' kondiviżjoni tal-awdjo, kondiviżjoni ta' fajls u servizzi oħra ta' cloud sal-punt li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli lil partijiet terzi u siti web fejn l-utenti jistgħu jagħmlu kummenti jew rieżamijiet. Ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting stabbiliti barra l-Unjoni iżda li joffru servizzi fi ħdan l-Unjoni, peress li proporzjon sinifikanti ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom huma stabbiliti f'pajjiżi terzi. Dan għandu jiżgura li l-kumpaniji kollha li joperaw fis-Suq Uniku Diġitali jikkonformaw mal-istess rekwiżiti, irrispettivament mill-pajjiż ta' stabbiliment tagħhom. L-istabbiliment ta' jekk fornitur tas-servizzi joffrix servizzi fl-Unjoni jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-fornitur tas-servizzi jippermettix persuni ġuridiċi jew fiżiċi fi Stat Membru wieħed jew aktar jużaw is-servizzi tiegħu. Madankollu, is-sempliċi aċċessibbiltà tas-sit web tal-fornitur ta' servizz jew ta' indirizz elettroniku u ta' dettalji oħra ta' kuntatt fi Stat Membru wieħed jew aktar meħuda b'mod iżolat m'għandhiex tkun kundizzjoni suffiċjenti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(10)  Sabiex ikunu koperti dawk is-servizzi ta' hosting online fejn jiġi disseminat il-kontenut terroristiku, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu l-informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz fuq talba tiegħu jew tagħha u meta jagħmlu l-informazzjoni maħżuna disponibbli għall-pubbliku, irrispettivament minn jekk din l-attività tkunx ta' natura sempliċiment teknika, awtomatika u passiva. Pereżempju, tali fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jinkludu pjattaformi ta' midja soċjali, servizzi ta' streaming ta' filmati, videos, immaġni u servizzi ta' kondiviżjoni tal-awdjo, kondiviżjoni ta' fajls u servizzi oħra ta' cloud sal-punt li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u siti web fejn l-utenti jistgħu jagħmlu kummenti jew itellgħu reċensjonijiet. Ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting stabbiliti barra l-Unjoni iżda li joffru servizzi fi ħdan l-Unjoni, peress li proporzjon sinifikanti ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom huma stabbiliti f'pajjiżi terzi. B'hekk jiġi żgurat li l-kumpaniji kollha li joperaw fis-Suq Uniku Diġitali jikkonformaw mal-istess rekwiżiti, irrispettivament mill-pajjiż ta' stabbiliment tagħhom. Id-determinazzjoni ta' jekk fornitur tas-servizzi joffrix servizzi fl-Unjoni tirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-fornitur tas-servizzi jippermettix persuni ġuridiċi jew fiżiċi f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri jużaw is-servizzi tiegħu. Madankollu, jenħtieġ li s-sempliċi aċċessibbiltà tas-sit web tal-fornitur ta' servizz jew ta' indirizz elettroniku u ta' dettalji oħra ta' kuntatt f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri meħuda b'mod iżolat ma tkunx kundizzjoni suffiċjenti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma japplikax għas-servizzi tal-cloud, inklużi servizzi tal-cloud minn negozju għal ieħor, li l-fornitur ta' servizz ma jkollu l-ebda dritt kuntrattwali rigward liema kontenut jinħażen jew kif jiġi pproċessat jew kif isir disponibbli għall-pubbliku mill-klijenti tiegħu jew mill-utenti aħħarin ta' tali klijenti, u fejn il-fornitur ta' servizz ma jkollu l-ebda kapaċità teknika li jneħħi kontenut speċifiku maħżun mill-klijenti tiegħu jew mill-utenti aħħarin tas-servizzi tagħhom.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Għandha tkun rilevanti konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni sabiex jiġi determinat il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Tali konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni jintieġ li titqies li teżisti fejn il-fornitur tas-servizz ikollu stabbiliment fl-Unjoni jew, fin-nuqqas tiegħu, fuq il-bażi tal-eżistenza ta' numru sinifikanti ta' utenti fi Stat Membru wieħed jew aktar, jew l-immirar ta' attivitajiet lejn Stat Membru wieħed jew aktar. L-immirar tal-attivitajiet lejn Stat Membru wieħed jew aktar jista' jiġi ddeterminat abbażi taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi fatturi bħall-użu ta' lingwa jew ta' munita li ġeneralment jintużaw f'dak l-Istat Membru, jew il-possibbiltà li jiġu ordnati prodotti jew servizzi. L-immirar tal-attivitajiet lejn Stat Membru jista' jirriżulta wkoll mid-disponibbiltà ta' applikazzjoni fil-ħanut tal-applikazzjonijiet nazzjonali rilevanti, mill-għoti ta' riklamar lokali jew riklamar fil-lingwa użata f'dak l-Istat Membru, jew mill-ġestjoni tar-relazzjonijiet tal-klijenti pereżempju bl-għoti ta' servizz tal-konsumaturi f'lingwa li ġeneralment tintuża f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ ukoll li tiġi preżunta konnessjoni sostanzjali fejn fornitur ta' servizz jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn Stat Membru wieħed jew aktar kif stabbilit fl-Artikolu 17(1)(c) tar-Regolament 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10. Min-naħa l-oħra, il-forniment tas-servizz minħabba s-sempliċi konformità mal-projbizzjoni li ssir diskriminazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11 ma jistax, fuq dik il-bażi biss, jitqies bħala li jidderieġi jew jimmira attivitajiet lejn territorju partikolari ġewwa l-Unjoni .

(11)  Jenħtieġ li konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni tkun rilevanti sabiex jiġi determinat il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Tali konnessjoni sostanzjali mal-Unjoni jenħtieġ li titqies li teżisti fejn il-fornitur tas-servizz ikollu stabbiliment fl-Unjoni jew, fin-nuqqas tiegħu, fuq il-bażi tal-eżistenza ta' numru sinifikanti ta' utenti f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri, jew l-immirar ta' attivitajiet lejn Stat Membru wieħed jew aktar. L-immirar tal-attivitajiet fid-direzzjoni ta' wieħed jew aktar mill-Istati Membri jista' jiġi determinat abbażi taċ-ċirkostanzi kollha rilevanti, inklużi fatturi bħall-użu ta' lingwa jew munita ġeneralment użata f'dak l-Istat Membru. L-immirar tal-attivitajiet lejn Stat Membru jista' jirriżulta wkoll mid-disponibbiltà ta' applikazzjoni fil-ħanut tal-applikazzjonijiet nazzjonali rilevanti, mill-għoti ta' riklamar lokali jew riklamar fil-lingwa użata f'dak l-Istat Membru, jew mill-ġestjoni tar-relazzjonijiet tal-klijenti pereżempju bl-għoti ta' servizz tal-konsumaturi f'lingwa li ġeneralment tintuża f'dak l-Istat Membru. Jenħtieġ ukoll li tiġi preżunta konnessjoni sostanzjali fejn fornitur ta' servizz jidderieġi l-attivitajiet tiegħu lejn wieħed jew kif stabbilit fl-Artikolu 17(1)(c) tar-Regolament 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill10. Min-naħa l-oħra, il-forniment tas-servizz minħabba s-sempliċi konformità mal-projbizzjoni li ssir diskriminazzjoni stabbilita fir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill11 ma jistax, fuq dik il-bażi biss, jitqies bħala li jidderieġi jew jimmira attivitajiet lejn territorju partikolari ġewwa l-Unjoni .

_________________

_________________

10 Ir-Regolament (UE) 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali (ĠU L 351, 20.12.2012, p. 1).

11 Ir-Regolament (UE) 2018/302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' Frar 2018 dwar l-indirizzar tal-imblukkar ġeografiku u forom oħrajn ta' diskriminazzjoni abbażi tan-nazzjonalità, tal-post tar-residenza jew tal-post tal-istabbiliment tal-konsumaturi fi ħdan is-suq intern u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u (UE) 2017/2394 u d-Direttiva 2009/22/KE (ĠU L 601, 2.3.2018, p. 1).

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom japplikaw ċerti dmirijiet ta' kura, sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom. Dawn id-dmirijiet ta' kura m'għandhomx jammontaw għal obbligu ta' monitoraġġ ġenerali. Jenħtieġ li d-dmirijiet ta' diliġenza jinkludu li, meta jiġi applikat dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting jaġixxu b'mod diliġenti, proporzjonat u nondiskriminatorju fir-rigward tal-kontenut li jaħżnu, b'mod partikolari meta jimplimentaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess, bil-għan li tiġi evitata t-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex terroristiku. It-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għandha ssir fl-osservanza tal-libertà ta' l-espressjoni u tal-informazzjoni.

(12)  Jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting japplikaw ċerti dmirijiet ta' kura, sabiex jindirizzaw id-disseminazzjoni lill-pubbliku ta' kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom. Jenħtieġ li dawn id-dmirijiet ta' kura ma jammontawx għal obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jimmonitorjaw l-informazzjoni li jaħżnu, u lanqas obbligu ġenerali li jfittxu attivament fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali Jenħtieġ li d-dmirijiet ta' diliġenza jinkludu li, meta jiġi applikat dan ir-Regolament, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jaġixxu b'mod trasparenti, diliġenti, proporzjonat u nondiskriminatorju fir-rigward tal-kontenut li jaħżnu, b'mod partikolari meta jimplimentaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess, bil-għan li tiġi evitata t-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex terroristiku. Jenħtieġ li t-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess issir fl-osservanza tal-libertà ta' espressjoni, tal-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u ideat f'soċjetà miftuħa u demokratika u tal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Għandhom jiġu armonizzati l-proċedura u l-obbligi li jirriżultaw minn ordnijiet legali li jitolbu li l-fornituri tas-servizzi ta' hosting jneħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih, wara valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa fir-rigward tal-għażla tal-awtoritajiet kompetenti li tippermettilhom jaħtru awtoritajiet amministrattivi, tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji ma' dik il-ħidma. Minħabba l-veloċità li biha jiġi mxerred il-kontenut terroristiku bejn is-servizzi online, din id-dispożizzjoni timponi obbligi fuq dawk li jipprovdu servizz ta' hosting biex jiżguraw li l-kontenut terroristiku identifikat fl-ordni ta' tneħħija, jitneħħa jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat fi żmien siegħa minn meta tiġi riċevuta l-ordni ta' tneħħija. Hu f'idejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jiddeċiedu dwar jekk għandhomx ineħħu l-kontenut inkwistjoni jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut għall-utenti fl-Unjoni.

(13)  Jenħtieġ li jiġu armonizzati l-proċedura u l-obbligi li jirriżultaw minn ordnijiet ta' tneħħija li jitolbu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jneħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih, wara valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri jenħtieġ li jibqgħu ħielsa fir-rigward tal-għażla tal-awtoritajiet kompetenti li tippermettilhom jaħtru awtorità ġudizzjarja jew awtorità funzjonalment indipendenti amministrattiva jew tal-infurzar għal dak il-kompitu. Minħabba l-veloċità li biha l-kontenut terroristiku jiġi disseminat bejn is-servizzi online, din id-dispożizzjoni timponi obbligi fuq dawk li jipprovdu servizz ta' hosting biex jiżguraw li l-kontenut terroristiku identifikat fl-ordni ta' tneħħija, jitneħħa jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat fi żmien siegħa minn meta tiġi riċevuta l-ordni ta' tneħħija.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-awtorità kompetenti għandha tittrażmetti l-ordni ta' tneħħija direttament lid-destinatarju u l-punt ta' kuntatt permezz ta' kwalunkwe mezz elettroniku li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-fornitur ta' servizz jistabbilixxi l-awtentiċità, inkluża l-preċiżjoni tad-data u l-ħin ta' meta tintbagħat l-ordni, bħal permezz ta' posta elettronika sikura u pjattaformi jew kanali garantiti oħra, inklużi dawk magħmula disponibbli mill-fornitur tas-servizz, f'konformità mar-regoli li jipproteġu d-data personali. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi ssodisfat b'mod partikolari bl-użu ta' servizzi elettroniċi kwalifikati ta' konsenja rreġistrati kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12.

(14)  Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tittrażmetti l-ordni ta' tneħħija direttament lill-punt ta' kuntatt tal-fornitur ta' servizz u, fejn l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizz ta' hosting ikun fi Stat Membru ieħor, lill-awtorità kompetenti ta' dak l-Istat Membru permezz ta' kwalunkwe mezz elettroniku li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-fornitur ta' servizz jistabbilixxi l-awtentiċità, inkluża l-akkuratezza tad-data u l-ħin ta' meta tintbagħat l-ordni, bħal permezz ta' posta elettronika sikura u pjattaformi jew kanali garantiti oħra, inklużi dawk magħmula disponibbli mill-fornitur tas-servizz, f'konformità mar-regoli li jipproteġu d-data personali. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi ssodisfat b'mod partikolari bl-użu ta' servizzi elettroniċi kwalifikati ta' konsenja rreġistrati kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12.

__________________

__________________

12 Ir-Regolament (UE) 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ir-riferimenti mill-awtoritajiet kompetenti jew l-Europol jikkostitwixxu mezz effettiv u rapidu biex il-fornituri ta' servizzi ta' akkoljenza jsiru konxji ta' kontenut speċifiku dwar is-servizzi tagħhom. Dan il-mekkaniżmu li jibgħat twissija lill-fornituri tas-servizzi ta' hosting b'informazzjoni li tista' titqies bħala kontenut terroristiku, għall-konsiderazzjoni volontarja tal-fornitur dwar il-kompatibbiltà tat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu stess, għandu jibqa' disponibbli flimkien mal-ordnijiet ta' tneħħija. Huwa importanti li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jivvalutaw tali riferimenti bħala kwistjoni ta' prijorità u jipprovdu rispons rapidu dwar l-azzjoni meħuda. Id-deċiżjoni finali dwar jekk għandux jitneħħa l-kontenut jew le minħabba li mhuwiex kompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tibqa' f'idejn il-fornitur tas-servizz ta' hosting. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament relatat mar-riferimenti, il-mandat tal-Europol kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 2016/79413 jibqa' mhux affettwat.

imħassar

__________________

13 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/JHA, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53)

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Meta wieħed iqis l-iskala u l-ħeffa meħtieġa biex jiġi identifikat b'mod effettiv u jitneħħa l-kontenut terroristiku, miżuri proattivi proporzjonati, inkluż bl-użu ta' mezzi awtomatizzati f'ċerti każijiet, huma element essenzjali fl-indirizzar tal-kontenut terroristiku fuq l-internet. Bil-ħsieb li titnaqqas l-aċċessibbiltà tal-kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' hosting jivvalutaw jekk huwiex xieraq li jittieħdu miżuri proattivi skont ir-riskji u l-livell ta' esponiment għal kontenut terroristiku kif ukoll dwar l-effetti fuq id-drittijiet ta' partijiet terzi u l-interess pubbliku tal-informazzjoni. Konsegwentement, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jiddeterminaw liema miżura proattiva xierqa, effettiva u proporzjonata għandha tiġi stabbilita. Dan ir-rekwiżit m'għandux jimplika obbligu ġenerali ta' monitoraġġ. Fil-kuntest ta' din il-valutazzjoni, in-nuqqas ta' ordnijiet għat-tneħħija u r-riferimenti indirizzati lill-fornitur ta' hosting, huwa indikazzjoni ta' livell baxx ta' esponiment għal kontenut terroristiku.

(16)  Meta wieħed iqis l-iskala u l-ħeffa meħtieġa biex il-kontenut terroristiku jiġi identifikat u jitneħħa b'mod effettiv, miżuri speċifiċi proporzjonati huma element essenzjali fl-indirizzar tal-kontenut terroristiku online. Bil-ħsieb li jnaqqsu l-aċċessibbiltà għall-kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jivvalutaw jekk ikunx f'loku li jieħdu miżuri speċifiċi skont ir-riskji u l-livell ta' esponiment għal kontenut terroristiku kif ukoll l-effetti fuq id-drittijiet ta' partijiet terzi u l-interess pubbliku li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni, b'mod partikolari fejn ikun hemm livell sostanzjali ta' esponiment għall-kontenut terroristiku u għar-riċeviment ta' ordnijiet ta' tneħħija. Konsegwentement, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jiddeterminaw liema miżura speċifika, adatta, immirata, effettiva u proporzjonata jkun jenħtieġ li tiġi implimentata. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma jimplikax obbligu ġenerali ta' monitoraġġ. Dawk il-miżuri speċifiċi jistgħu jinkludu rappurtar regolari lill-awtoritajiet kompetenti, żieda fir-riżorsi umani li jittrattaw miżuri għall-protezzjoni tas-servizzi kontra d-disseminazzjoni pubblika ta' kontenut terroristiku, u l-iskambju tal-aħjar prattiki. Fil-kuntest ta' din il-valutazzjoni, in-nuqqas ta' ordnijiet għat-tneħħija indirizzati lill-fornitur ta' hosting ikun indikazzjoni ta' livell baxx ta' esponiment għal kontenut terroristiku.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Meta jimplimentaw miżuri proattivi, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jiżguraw li d-dritt tal-utenti għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni - inkluż li wieħed jirċievi u jaqsam liberament l-informazzjoni - jiġi ppreservat. Minbarra kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jaġixxu bid-diliġenza dovuta u jimplimentaw salvagwardji, inkluż b'mod partikolari s-sorveljanza u l-verifiki tal-bniedem, fejn xieraq, biex tiġi evitata kwalunkwe deċiżjoni mhux intenzjonata u żbaljata li twassal għat-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex kontenut terroristiku. Dan huwa ta' rilevanza partikolari meta l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jużaw mezzi awtomatizzati għad-detezzjoni tal-kontenut terroristiku. Kwalunkwe deċiżjoni biex jintużaw mezzi awtomatizzati, kemm jekk meħuda mill-fornitur tas-servizz ta' hosting kif ukoll skont talba mill-awtorità kompetenti, għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-affidabbiltà tat-teknoloġija sottostanti u l-impatt li jirriżulta fuq id-drittijiet fundamentali.

(17)  Meta jimplimentaw miżuri speċifiċi, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jiżguraw li d-drittijiet tal-utenti għal-libertà ta' espressjoni u għal-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u ideat f'soċjetà miftuħa u demokratika jiġu ppreservati. Minbarra kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jaġixxu bid-diliġenza dovuta u jimplimentaw salvagwardji, inkluż b'mod partikolari s-sorveljanza u l-verifiki tal-bniedem biex tiġi evitata kwalunkwe deċiżjoni mhux intenzjonata u żbaljata li twassal għat-tneħħija ta' kontenut li ma jkunx kontenut terroristiku.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu ħażin tas-servizzi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu rċevew ordni ta' tneħħija, li tkun saret finali, biex jirrapportaw dwar il-miżuri proattivi meħuda. Dawn jistgħu jikkonsistu f'miżuri li jipprevjenu l-applowd mill-ġdid tal-kontenut terroristiku, it-tneħħija jew id-diżattivar tal-aċċess għalih bħala riżultat ta' ordni ta' tneħħija jew ta' riferimenti li jkunu rċevew, il-verifika fuq għodda miżmuma pubblikament jew privatament li jkun fiha kontenut terroristiku magħruf. Huma jistgħu iħaddmu wkoll l-użu ta' għodod tekniċi affidabbli biex jidentifikaw kontenut terroristiku ġdid, jew billi jużaw dawk disponibbli fis-suq jew dawk żviluppati mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting. Il-fornitur tas-servizz għandu jirrapporta dwar il-miżuri proattivi speċifiċi fis-seħħ sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiġġudika jekk il-miżuri humiex effettivi u proporzjonati u jekk, kieku jintużaw il-mezzi awtomatizzati, il-fornitur tas-servizz ta' hosting ikollux il-kapaċitajiet meħtieġa għas-sorveljanza u l-verifika umani. Fil-valutazzjoni tal-effettività u l-proporzjonalità tal-miżuri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-parametri rilevanti inkluż l-għadd tal-ordnijiet ta' tneħħija u r-riferimenti maħruġa lill-fornitur, il-kapaċità ekonomika tagħhom u l-impatt tas-servizz tiegħu fit-tixrid tal-kontenut terroristiku (pereżempju, filwaqt li jitqies l-għadd ta' utenti fl-Unjoni).

(18)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku jieħdu miżuri adatti biex jipprevjenu l-użu ħażin tas-servizzi tagħhom, l-awtorità kompetenti għandha titlob li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu rċevew għadd sostanzjali ta' ordnijiet ta' tneħħija finali jirrapportaw dwar il-miżuri speċifiċi li jkunu ħadu. Huma jistgħu iħaddmu wkoll l-użu ta' għodod tekniċi affidabbli biex jidentifikaw kontenut terroristiku ġdid. Jenħtieġ li l-fornitur tas-servizz jirrapporta dwar il-miżuri proattivi speċifiċi fis-seħħ sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiġġudika jekk il-miżuri jkunux neċessarji, effettivi u proporzjonati u jekk, fil-każ li jintużaw mezzi awtomatizzati, il-fornitur tas-servizz ta' hosting ikollux il-kapaċitajiet meħtieġa għas-sorveljanza u l-verifika umani. Fil-valutazzjoni tal-effettività, in-neċessità u l-proporzjonalità tal-miżuri, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu l-parametri rilevanti inkluż l-għadd tal-ordnijiet ta' tneħħija maħruġa lill-fornitur, id-daqs u l-kapaċità ekonomika tiegħu u l-impatt tas-servizz tiegħu fid-disseminazzjoni tal-kontenut terroristiku (pereżempju, fil-qies tal-għadd ta' utenti fl-Unjoni), kif ukoll is-salvagwardji implimentati biex jipproteġu l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-għadd ta' inċidenti ta' restrizzjonijiet fuq kontenuti legali.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Wara t-talba, l-awtorità kompetenti għandha tidħol fi djalogu mal-fornitur tas-servizzi ta' hosting dwar il-miżuri proattivi neċessarji li għandhom jiġu stabbiliti. Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-adozzjoni ta' miżuri proattivi xierqa, effettivi u proporzjonati fejn tqis li l-miżuri meħuda ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw ir-riskji. Deċiżjoni li timponi tali miżuri proattivi speċifiċi m'għandhiex, fil-prinċipju, twassal għall-impożizzjoni ta' obbligu ġenerali ta' monitoraġġ, kif previst fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE. Meta wieħed iqis ir-riskji partikolarment gravi assoċjati mat-tixrid tal-kontenut terroristiku, id-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament jistgħu jidderogaw mill-approċċ stabbilit fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE, fir-rigward ta' ċerti miżuri speċifiċi u mmirati, li l-adozzjoni tagħhom hija meħtieġa għal raġunijiet prevalenti ta' sigurtà pubblika. Qabel ma tadotta deċiżjonijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti għandha ssib bilanċ ġust bejn l-għanijiet ta' interess pubbliku u d-drittijiet fundamentali involuti, b'mod partikolari, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-libertà li twettaq negozju, u tipprovdi ġustifikazzjoni xierqa.

(19)  Wara t-talba, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tidħol fi djalogu mal-fornitur ta' servizzi ta' hosting dwar il-miżuri speċifiċi neċessarji li jkunu jridu jiġu stabbiliti. Jekk dan ikun neċessarju, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li titlob lill-fornitur tal-hosting biex jerġa' jivvaluta l-miżuri meħtieġa jew titlob l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi xierqa, effettivi u proporzjonati fejn tqis li l-miżuri meħuda ma jirrispettawx il-prinċipji ta' neċessità u proporzjonalità jew ma kinux biżżejjed biex jilqgħu għar-riskji. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti timponi biss miżuri speċifiċi li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jista' jkun raġonevolment mistenni li jimplimenta, fil-qies ta', fost fatturi oħra, ir-riżorsi finanzjarji u ta' tip ieħor tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting. Talba għall-implimentazzjoni ta' tali miżuri speċifiċi jenħtieġ li, fil-prinċipju, ma twassalx għall-impożizzjoni ta' obbligu ġenerali ta' monitoraġġ, kif previst fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-obbligu tal-fornituri tas-servizzi ta' hosting li jippreżervaw il-kontenut imneħħi u d-data relatata, jenħtieġ li jkun stabbilit għal skopijiet speċifiċi u limitati fiż-żmien għal dak li hu meħtieġ. Hemm bżonn li r-rekwiżit ta' preservazzjoni jiġi estiż għad-data relatata sal-punt li kwalunkwe data bħal din tintilef b'mod ieħor bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-kontenut inkwistjoni. Id-data relatata tista' tinkludi data bħal "data dwar l-abbonati", inkluż b'mod partikolari data li tappartjeni għall-identità tal-fornitur tal-kontenut kif ukoll "data ta' aċċess", inkluż pereżempju data dwar id-data u l-ħin tal-użu mill-fornitur tal-kontenut, jew log-in u log-off mis-servizz, flimkien ma' indirizz IP allokat mill-fornitur tas-servizz ta' aċċess għall-Internet lill-fornitur tal-kontenut.

(20)  L-obbligu tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jippreservaw il-kontenut imneħħi u d-data relatata jenħtieġ li jkun stabbilit għal skopijiet speċifiċi u limitati fiż-żmien għal dak li jkun meħtieġ. Hemm bżonn li r-rekwiżit ta' preservazzjoni jiġi estiż għad-data relatata sal-punt li kwalunkwe tali data tintilef b'mod ieħor bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-kontenut inkwistjoni. Id-data relatata tista' tinkludi data bħal "data dwar l-abbonati", b'mod partikolari data li tappartjeni għall-identità tal-fornitur tal-kontenut kif ukoll "data ta' aċċess", inkluż pereżempju data dwar id-data u l-ħin tal-użu mill-fornitur tal-kontenut, jew log-in u log-off mis-servizz, flimkien mal-indirizz IP allokat mill-fornitur tas-servizz ta' aċċess għall-Internet lill-fornitur tal-kontenut.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  L-obbligu li jiġi ppreservat il-kontenut tal-proċedimenti ta' rieżami amministrattiv jew ġudizzjarju huwa meħtieġ u ġustifikat bil-ħsieb li jiġu żgurati l-miżuri effettivi ta' rimedju għall-fornitur tal-kontenut li l-kontenut tiegħu tneħħa jew li kien ġie diżattivat l-aċċess għalih kif ukoll biex tiġi żgurata l-integrazzjoni ta' dak il-kontenut kif kien qabel it-tneħħija tiegħu skont ir-riżultat tal-proċedura ta' rieżami. L-obbligu li jiġi ppriservat il-kontenut għall-finijiet ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni huwa ġustifikat u meħtieġ fid-dawl tal-valur li dan il-materjal jista' jġib għall-għan ta' tfixkil jew prevenzjoni tal-attività terroristika. Meta l-kumpaniji jneħħu l-materjal jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih, b'mod partikolari permezz tal-miżuri proattivi tagħhom stess, u ma jinfurmawx lill-awtorità rilevanti għaliex jivvalutaw li dan ma jaqax fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 13(4) ta' dan ir-Regolament, l-infurzar tal-liġi jista' ma jkunx konxju tal-eżistenza tal-kontenut. Għalhekk, il-preservazzjoni tal-kontenut għal skopijiet ta' prevenzjoni, individwazzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi hija ġġustifikata wkoll. Għal dawn il-finijiet, il-preservazzjoni tad-data mitluba hija limitata għal data li x'aktarx ikollha rabta ma' reati terroristiċi, u għalhekk tista' tikkontribwixxi għall-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew għall-prevenzjoni ta' riskji serji għas-sigurtà pubblika.

(21)  L-obbligu li l-kontenut jiġi ppreservat għal proċedimenti ta' rieżami jew rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju huwa meħtieġ u ġustifikat bil-ħsieb li jkun żgurat li l-fornitur tal-kontenut li l-kontenut tiegħu tneħħa jew li l-aċċess għalih ġie diżattivat ikollu miżuri effettivi ta' rimedju, kif ukoll biex tiġi żgurata l-integrazzjoni ta' dak il-kontenut kif kien qabel it-tneħħija tiegħu skont l-eżitu tal-proċedura ta' rieżami. L-obbligu li l-kontenut jiġi ppreservat għall-finijiet ta' investigazzjoni u prosekuzzjoni huwa ġustifikat u meħtieġ fid-dawl tal-valur li dan il-materjal jista' jġib għall-għan tat-tfixkil jew tal-prevenzjoni tal-attività terroristika. Meta l-kumpaniji jneħħu l-materjal jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih, permezz tal-miżuri speċifiċi tagħhom stess, jenħtieġ li jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti tal-infurzar tal-liġi fil-pront. Il-preservazzjoni tal-kontenut għal skopijiet ta' prevenzjoni, individwazzjoni, investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi hija ġustifikata wkoll. Għal dawn il-finijiet, jenħtieġ li l-kontenut terroristiku u d-data relatata jinħażnu biss għal perjodu speċifiku li jippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jiċċekkjaw il-kontenut u jiddeċiedu jekk ikunx meħtieġ għal dawk il-finijiet speċifiċi. Jenħtieġ li dan il-perjodu ma jkunx itwal minn xahrejn. Għall-finijiet tal-prevenzjoni, l-individwazzjoni, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi, il-preservazzjoni tad-data rikjesta hija limitata għal data li x'aktarx ikollha rabta ma' reati terroristiċi, u li għalhekk tista' tikkontribwixxi għall-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew għall-prevenzjoni ta' riskji serji għas-sigurtà pubblika.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  Biex tiġi żgurata l-proporzjonalità, il-perjodu ta' preservazzjoni għandu jkun limitat għal sitt xhur biex il-fornituri tal-kontenut ikollhom biżżejjed żmien biex jibdew il-proċess ta' rieżami u biex jippermettu l-aċċess għall-infurzar tal-liġi għad-data rilevanti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi. Madankollu, dan il-perjodu jista' jiġi estiż għall-perjodu li huwa meħtieġ f'każ li l-proċedimenti ta' rieżami jinbdew iżda ma jiġux iffinalizzati fi żmien sitt xhur wara talba mill-awtorità li twettaq ir-reviżjoni. Dan it-tul ta' żmien għandu jkun biżżejjed biex jippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jippreservaw l-evidenza meħtieġa fir-rigward tal-investigazzjonijiet, filwaqt li jiżguraw il-bilanċ mad-drittijiet fundamentali kkonċernati.

(22)  Biex tiġi żgurata l-proporzjonalità, jenħtieġ li l-perjodu ta' preservazzjoni jkun limitat għal sitt xhur biex il-fornituri tal-kontenut ikollhom biżżejjed żmien biex jibdew il-proċess ta' rieżami jew biex jippermettu lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jaċċedu għad-data rilevanti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi. Madankollu, dan il-perjodu jista' jiġi estiż għall-perjodu li jkun meħtieġ f'każ li l-proċedimenti ta' rieżami jew rimedju jinbdew iżda ma jiġux iffinalizzati fi żmien sitt xhur wara talba mill-awtorità li twettaq ir-reviżjoni. Jenħtieġ li dan it-tul ta' żmien ikun ukoll biżżejjed biex jippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jippreservaw il-materjal meħtieġ bi rbit mal-investigazzjonijiet, filwaqt li jiżguraw il-bilanċ mad-drittijiet fundamentali kkonċernati.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  It-trasparenza tal-politiki tal-fornituri ta' servizzi ta' akkoljenza fir-rigward ta' kontenut terroristiku hija essenzjali biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tagħhom lejn l-utenti tagħhom u biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fis-Suq Uniku Diġitali. Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jippubblikaw rapporti annwali ta' trasparenza li jkun fihom informazzjoni sinifikanti dwar l-azzjoni meħuda fir-rigward tal-individwazzjoni, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kontenut terroristiku.

(24)  It-trasparenza tal-politiki tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting fir-rigward ta' kontenut terroristiku hija essenzjali biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tagħhom lejn l-utenti tagħhom u biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fis-Suq Uniku Diġitali. Jenħtieġ li biss il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu soġġetti għal ordnijiet ta' tneħħija għal dik is-sena jkunu obbligati jippubblikaw rapporti annwali ta' trasparenza li jkun fihom informazzjoni sinifikanti dwar l-azzjoni meħuda fir-rigward tal-kxif, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kontenut terroristiku.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti biex joħorġu ordni ta' tneħħija jippubblikaw ukoll rapporti ta' trasparenza li jkun fihom informazzjoni dwar l-għadd ta' ordnijiet ta' tneħħija, l-għadd ta' rifjuti, l-għadd ta' kontenuti terroristiċi identifikati li wasslu għal investigazzjoni u prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi u l-għadd ta' każijiet ta' kontenut identifikati ħażin bħala kontenut terroristiku.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-proċeduri għall-ilmenti jikkostitwixxu salvagwardja neċessarja kontra t-tneħħija żbaljata ta' kontenut protett skont il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni. Għaldaqstant, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti li jkunu faċli għall-utent u jiżguraw li l-ilmenti jiġu ttrattati malajr u bi trasparenza sħiħa għall-fornitur tal-kontenut. Ir-rekwiżit għall-fornitur ta' servizzi ta' hosting li jerġa' jdaħħal il-kontenut fejn ikun tneħħa bi żball, ma jaffettwax il-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jinfurzaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess għal raġunijiet oħra.

(25)  Il-proċeduri għall-ilmenti jikkostitwixxu salvagwardja neċessarja kontra t-tneħħija żbaljata ta' kontenut protett skont il-libertà ta' espressjoni u l-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u ideat f'soċjetà miftuħa u demokratika. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti li jkunu faċli għall-utent u jiżguraw li l-ilmenti jiġu ttrattati malajr u bi trasparenza sħiħa fil-konfront tal-fornitur tal-kontenut. Ir-rekwiżit li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jerġa' jdaħħal il-kontenut fejn ikun tneħħa bi żball ma jaffettwax il-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jinfurzaw it-termini u l-kundizzjonijiet proprji tagħhom għal raġunijiet oħra.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-protezzjoni legali effettiva skont l-Artikolu 19 tat-TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi li l-persuni jkunu jistgħu jaċċertaw ir-raġunijiet li fuqhom il-kontenut imtella' minnhom tneħħa jew l-aċċess għalih ġie diżattivat. Għal dak il-għan, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornitur tal-kontenut informazzjoni sinifikanti li tippermetti lill-fornitur tal-kontenut li jikkontesta d-deċiżjoni. Madankollu, dan mhux neċessarjament jirrikjedi notifika lill-fornitur tal-kontenut. Skont iċ-ċirkostanzi, il-fornituri ta' servizz ta' hosting jistgħu jissostitwixxu kontenut meqjus bħala kontenut terroristiku, b'messaġġ li tneħħa jew ġie diżattivat skont dan ir-Regolament. Għandha tingħata, fuq talba, aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet kif ukoll il-possibilitajiet għall-fornitur tal-kontenut biex jikkontesta d-deċiżjoni. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika inkluż fil-kuntest ta' investigazzjoni, jitqies li ma jkunx xieraq li jiġi nnotifikat direttament il-fornitur tal-kontenut bit-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-kontenut, huma għandhom jinfurmaw lill-fornitur tas-servizz ta' hosting.

(26)  Il-protezzjoni legali effettiva skont l-Artikolu 19 tat-TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi li l-persuni jkunu jistgħu jaċċertaw ir-raġunijiet għala l-kontenut imtella' minnhom ikun tneħħa jew l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat. Għal dak il-għan, il-fornitur ta' servizz ta' hosting jenħtieġ li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornitur tal-kontenut informazzjoni sinifikanti, bħar-raġunijiet għat-tneħħija jew għad-diżattivazzjoni tal-aċċess, il-bażi legali għall-azzjoni li tippermetti lill-fornitur tal-kontenut li jikkontesta d-deċiżjoni. Skont iċ-ċirkostanzi, il-fornituri ta' servizz ta' hosting jistgħu jissostitwixxu kontenut meqjus bħala kontenut terroristiku, b'messaġġ li tneħħa jew ġie diżattivat skont dan ir-Regolament. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika inkluż fil-kuntest ta' investigazzjoni, jitqies li ma jkunx xieraq li jiġi nnotifikat direttament il-fornitur tal-kontenut bit-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-kontenut, huma għandhom jinformaw lill-fornitur tas-servizz ta' hosting.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 27

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27)  Sabiex jiġu evitati d-duplikazzjonijiet u l-interferenzi potenzjali fl-investigazzjonijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jinfurmaw, jikkoordinaw u jikkooperaw ma' xulxin u fejn xieraq mal-Europol meta joħorġu ordnijiet ta' tneħħija jew jibagħtu riferimenti lil fornituri ta' servizzi ta' hosting. Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Europol jista' jipprovdi appoġġ skont il-mandat attwali tiegħu u l-qafas legali eżistenti.

(27)  Sabiex jevitaw duplikazzjonijiet u interferenzi potenzjali fl-investigazzjonijiet u biex jimminimizzaw l-ispejjeż tal-fornituri ta' servizzi affettwati, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jinformaw, jikkoordinaw u jikkooperaw ma' xulxin u, fejn dan ikun f'loku, mal-Europol, meta joħorġu ordnijiet ta' tneħħija lil fornituri ta' servizzi ta' hosting. Fl-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, il-Europol jista' jipprovdi appoġġ skont il-mandat attwali tiegħu u l-qafas legali eżistenti.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 27a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(27a)  Ir-riferimenti mill-Europol jikkostitwixxu mezz effettiv u rapidu biex il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jsiru konxji minn kontenut speċifiku fuq is-servizzi tagħhom. Dan il-mekkaniżmu ta' twissija lill-fornituri ta' servizzi ta' hosting dwar informazzjoni li tista' titqies bħala kontenut terroristiku, għall-konsiderazzjoni volontarja tal-fornitur dwar il-kompatibbiltà mat-termini u mal-kundizzjonijiet proprji tiegħu, jenħtieġ li jibqa' disponibbli flimkien mal-ordnijiet ta' tneħħija. Għal dik ir-raġuni, huwa importanti li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jikkooperaw mal-Europol u jivvalutaw ir-riferimenti mill-Europol bħala kwistjoni ta' prijorità u jipprovdu feedback rapidu dwar l-azzjoni meħuda. Id-deċiżjoni finali dwar jekk il-kontenut jitneħħiex jew le minħabba li ma jkunx kompatibbli mat-termini u mal-kundizzjonijiet tibqa' f'idejn il-fornitur tas-servizz ta' hosting. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-mandat tal-Europol kif stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 2016/7941a jibqa' mhux affettwat.

__________________

1a Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/JHA, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53)

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u koerenti biżżejjed tal-miżuri proattivi, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ma' xulxin fir-rigward tad-diskussjonijiet li għandhom mal-fornituri tas-servizzi ta' hosting dwar l-identifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni ta' miżuri proattivi speċifiċi. Bl-istess mod, kooperazzjoni bħal din hija meħtieġa wkoll b'rabta mal-adozzjoni ta' regoli dwar il-penali, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' penali.

(28)  Sabiex jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jimplimentaw il-miżuri b'mod effettiv u koerenti biżżejjed, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri jikkomunikaw ma' xulxin fir-rigward tad-diskussjonijiet li jkollhom mal-fornituri ta' servizzi ta' hosting dwar l-ordnijiet ta' tneħħija u l-identifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni ta' miżuri speċifiċi. Kooperazzjoni bħal din hija meħtieġa wkoll b'rabta mal-adozzjoni ta' regoli dwar il-penali, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' penali.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Huwa essenzjali li l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru responsabbli għall-impożizzjoni ta' penali tkun infurmata b'mod sħiħ dwar il-ħruġ ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti u skambji sussegwenti bejn il-fornitur tas-servizzi ta' hosting u l-awtorità kompetenti rilevanti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mezzi ta' komunikazzjoni u mekkaniżmi xierqa li jippermettu l-kondiviżjoni ta' informazzjoni rilevanti fi żmien xieraq.

(29)  Huwa essenzjali li l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru responsabbli għall-impożizzjoni ta' penali tkun informata bis-sħiħ dwar il-ħruġ ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti u skambji sussegwenti bejn il-fornitur ta' servizzi ta' hosting u l-awtoritajiet kompetenti rilevanti fi Stati Membri oħrajn. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jiżguraw mezzi ta' komunikazzjoni u mekkaniżmi adatti u siguri li jippermettu l-kondiviżjoni f'waqtha ta' informazzjoni rilevanti.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Iż-żewġ fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punti ta' kuntatt biex jiffaċilitaw it-trattament rapidu ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti. B'kuntrast mar-rappreżentant legali, il-punt ta' kuntatt iservi għal skopijiet operattivi. Il-punt ta' kuntatt tal-fornitur tas-servizzi ta' hosting għandu jikkonsisti minn kwalunkwe mezz iddedikat li jippermetti s-sottomissjoni elettronika ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferiment u ta' mezzi tekniċi u personali li jippermettu l-ipproċessar rapidu tagħhom. Il-punt ta' kuntatt għall-fornitur tas-servizzi ta' hosting ma għandux għalfejn ikun jinstab fl-Unjoni u l-fornitur tas-servizz ta' hosting huwa liberu biex jinnomina punt ta' kuntatt eżistenti, dment li dan il-punt ta' kuntatt ikun jista' jissodisfa l-funzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li jitneħħa l-kontenut terroristiku jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat fi żmien siegħa minn meta tasal l-ordni ta' tneħħija, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jiżguraw li l-punt ta' kuntatt ikun aċċessibbli 24/7. L-informazzjoni fuq il-punt ta' kuntatt għandha tinkludi informazzjoni dwar il-lingwa li biha jista' jiġi indirizzat il-punt ta' kuntatt. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi ta' hosting u l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting huma mħeġġa jippermettu l-komunikazzjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li fiha huma disponibbli t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

(33)  Jenħtieġ li kemm il-fornituri ta' servizzi ta' hosting kif ukoll l-Istati Membri jistabbilixxu punti ta' kuntatt biex jiffaċilitaw it-trattament rapidu ta' ordnijiet ta' tneħħija. B'kuntrast mar-rappreżentant legali, il-punt ta' kuntatt iservi għal skopijiet operattivi. Jenħtieġ li l-punt ta' kuntatt tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jikkonsisti minn kwalunkwe mezz iddedikat li jippermetti s-sottomissjoni elettronika ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferiment u ta' mezzi tekniċi u personali li jippermettu l-ipproċessar rapidu tagħhom. Il-punt ta' kuntatt għall-fornitur ta' servizzi ta' hosting mhux bilfors irid ikun jinstab fl-Unjoni u l-fornitur tas-servizz ta' hosting huwa liberu jinnomina punt ta' kuntatt eżistenti, dment li dan il-punt ta' kuntatt ikun jista' jissodisfa l-funzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li jitneħħa l-kontenut terroristiku jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat fi żmien siegħa minn meta tasal l-ordni ta' tneħħija, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jiżguraw li l-punt ta' kuntatt ikun aċċessibbli 24/7. Jenħtieġ li l-informazzjoni fuq il-punt ta' kuntatt tinkludi informazzjoni dwar il-lingwa li biha jista' jiġi indirizzat il-punt ta' kuntatt. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting huma mħeġġa jipprevedu komunikazzjoni b'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li fiha jkunu disponibbli t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Fin-nuqqas ta' rekwiżit ġenerali għall-fornituri tas-servizzi li jiżguraw preżenza fiżika fit-territorju tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza taħt liema ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru jaqa' l-fornitur tas-servizzi ta' hosting li joffri s-servizzi fi ħdan l-Unjoni. Bħala regola ġenerali, il-fornitur tas-servizzi ta' hosting jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ikun ħatar rappreżentant legali. Madankollu, meta Stat Membru ieħor joħroġ ordni ta' tneħħija, l-awtoritajiet tiegħu jenħtieġ li jkunu jistgħu jinfurzaw l-ordnijiet tagħhom billi jieħdu miżuri koerċittivi ta' natura mhux punittiva, bħal pagamenti ta' penali. Fir-rigward ta' fornitur tas-servizzi ta' hosting li ma għandu ebda stabbiliment fl-Unjoni u ma jaħtarx rappreżentant legali, kwalunkwe Stat Membru jenħtieġ li, madankollu, ikun jista' joħroġ penali, dment li l-prinċipju ta' ne bis in idem jiġi rrispettat.

(34)  Fin-nuqqas ta' rekwiżit ġenerali għall-fornituri ta' servizzi li jiżguraw preżenza fiżika fit-territorju tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza taħt il-ġurisdizzjoni ta' liema Stat Membru jaqa' l-fornitur ta' servizzi ta' hosting li joffri servizzi fi ħdan l-Unjoni. Bħala regola ġenerali, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ikun ħatar rappreżentant legali. Fir-rigward ta' fornitur ta' servizzi ta' hosting li ma jkollu ebda stabbiliment fl-Unjoni u ma jaħtarx rappreżentant legali, jenħtieġ li kwalunkwe Stat Membru, madankollu, ikun jista' joħroġ penali, dment li l-prinċipju ta' ne bis in idem jiġi rrispettat.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Dawk il-fornituri tas-servizzi ta' hosting li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni għandhom jaħtru bil-miktub rappreżentant legali sabiex jiżguraw il-konformità u l-infurzar tal-obbligi skont dan ir-Regolament.

(35)  Jenħtieġ li dawk il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni jaħtru bil-miktub rappreżentant legali sabiex jiżguraw il-konformità u l-infurzar tal-obbligi skont dan ir-Regolament. Il-fornituri ta' servizz ta' hosting jistgħu jużaw rappreżentant legali eżistenti, dment li dan ir-rappreżentant legali jkun jista' jaqdi l-funzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti. Ir-rekwiżit li jaħtru awtoritajiet kompetenti ma jeħtieġx neċessarjament l-istabbiliment ta' awtoritajiet ġodda iżda jistgħu jkunu korpi eżistenti inkarigati bil-funzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jirrikjedi li jinħatru awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta' ordnijiet ta' tneħħija, riferimenti u għas-superviżjoni ta' miżuri proattivi u għall-impożizzjoni ta' penali. Huwa f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu kemm-il awtorità jixtiequ jaħtru għal dawn il-kompiti.

(37)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtorità ġudizzjarja jew awtorità amministrattiva indipendenti. Dan ir-rekwiżit ma jinneċessitax l-istabbiliment ta' awtorità ġdida, iżda l-awtorità tista' tkun korp eżistenti inkarigat bil-funzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jirrikjedi li tinħatar awtorità kompetenti għall-ħruġ ta' ordnijiet ta' tneħħija, u għas-superviżjoni ta' miżuri speċifiċi u għall-impożizzjoni ta' penali. L-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw l-awtorità kompetenti maħtura skont dan ir-Regolament lill-Kummissjoni, li jenħtieġ li tippubblika online lista tal-awtoritajiet kompetenti għal kull Stat Membru. Ir-reġistru online jenħtieġ li jkun aċċessibbli faċilment biex jiffaċilita l-verifika rapida tal-awtentiċità ta' ordnijiet ta' tneħħija mill-fornituri ta' servizzi ta' hosting.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Il-penali huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva minn fornituri ta' servizzi ta' hosting tal-obbligi skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli dwar penali, inkluż, fejn xieraq, il-linji gwida tal-multi. Penali partikolarment serji għandhom jiġu aċċertati fil-każ li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jonqos sistematikament milli jneħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih fi żmien siegħa mill-wasla ta' ordni ta' tneħħija. In-nuqqas ta' konformità f'każijiet individwali jista' jiġi ssanzjonat filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta' ne bis in idem tal-proporzjonalità u l-iżgurar li dawn is-sanzjonijiet iqisu l-falliment sistematiku. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ir-regolament għandu jistabbilixxi sa liema punt l-obbligi rilevanti jistgħu jkunu suġġett għal penali. Penali għal nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 6 għandhom jiġu adottati biss fir-rigward tal-obbligi li jirriżultaw minn talba għal rapport skont l-Artikolu 6(2) jew deċiżjoni li timponi miżuri proattivi addizzjonali skont l-Artikolu 6(4). Meta jkun qed jiġi determinat jekk għandhomx ikunu imposti penali finanzjarji, għandhom jitqiesu r-riżorsi finanzjarji tal-fornitur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali ma jħeġġux it-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex kontenut terroristiku.

(38)  Il-penali huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva minn fornituri ta' servizzi ta' hosting tal-obbligi skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw regoli dwar penali, inkluż, fejn dan ikun f'loku, linji gwida għall-multi. Jenħtieġ li l-penali jiġu aċċertati f'każ li l-fornituri tas-servizzi tal-hosting sistematikament u b'mod persistenti jonqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tagħhom skont dan ir-Regolament. Penali għal nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 6 jenħtieġ li jiġu adottati biss fir-rigward ta' obbligi li jirriżultaw minn talba għall-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi addizzjonali skont l-Artikolu 6(4). Meta jkun qed jiġi determinat jekk iridux jiġu imposti penali finanzjarji, jenħtieġ li jitqiesu r-riżorsi finanzjarji tal-fornitur. Barra minn hekk, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tqis jekk il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ikunx start-up jew impriża żgħira jew ta' daqs medju, u jenħtieġ li tiddetermina fuq bażi ta' każ b'każ jekk kellux il-kapaċità li jikkonforma b'mod adegwat mal-ordni maħruġa. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-penali ma jħeġġux it-tneħħija ta' kontenut li ma jkunx kontenut terroristiku.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti sabiex jjitqiesu f'evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni.

(41)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta' każijiet ta' kxif, investigazzjoni u prosekuzzjoni b'suċċess ta' reati terroristiċi bħala konsegwenza ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li jiġi stabbilit programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti ta' dan ir-Regolament sabiex dawn jitqiesu f'evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Abbażi tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet fir-rapport ta' implimentazzjoni u l-eżitu tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux qabel tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE. Hija ser tivvaluta l-funzjonament ta' miżuri operazzjonali u tekniċi differenti previsti fir-Regolament, inkluża l-effettività ta' miżuri biex tittejjeb id-detezzjoni, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kontenut terroristiku, l-effettività ta' mekkaniżmi ta' salvagwardja kif ukoll l-impatti potenzjalment affettwati dwar id-drittijiet u l-interessi ta' partijiet terzi, inkluż rieżami għar-rekwiżit li jinforma lill-fornituri tal-kontenut.

(42)  Abbażi tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet fir-rapport ta' implimentazzjoni u l-eżitu tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament sena wara li jidħol fis-seħħ. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq is-seba' kriterji ta' effiċjenza, neċessità u proporzjonalità, effettività, rilevanza, koerenza u valur miżjud tal-UE. Jenħtieġ li tivvaluta l-funzjonament ta' miżuri differenti previsti fir-Regolament, inkluża l-effettività ta' miżuri biex jittejbu l-kxif, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kontenut terroristiku, l-effettività ta' mekkaniżmi ta' salvagwardja kif ukoll l-impatti fuq id-drittijiet fundamentali potenzjalment affettwati, inklużi l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni, id-dritt għal-libertà u għall-pluraliżmu tal-midja, il-libertà li wieħed iwettaq negozju u d-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tivvaluta wkoll l-impatt fuq l-interessi potenzjalment affettwati ta' partijiet terzi, inkluż rieżami tar-rekwiżit li l-fornituri tal-kontenut jiġu informati.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi għall-prevenzjoni tal-użu anormali ta' servizzi ta' hosting għad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku onlajn. Huwa jistabbilixxi b'mod partikolari:

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli mmirati uniformi għall-indirizzar tal-abbuż ta' servizzi ta' hosting għad-disseminazzjoni pubblika ta' kontenut terroristiku online. Jistabbilixxi, b'mod partikolari:

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  regoli dwar l-obbligi ta' diliġenza li għandhom jiġu applikati minn fornituri ta' servizzi ta' hosting bil-għan li jipprevjenu d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku permezz tas-servizzi tagħhom u jiżguraw, fejn meħtieġ, it-tneħħija rapida tiegħu;

(a)  regoli dwar dmirijiet raġonevoli u proporzjonati li għandhom jiġu applikati minn fornituri ta' servizzi ta' hosting bil-għan li jindirizzaw id-disseminazzjoni pubblika ta' kontenut terroristiku permezz tas-servizzi tagħhom u jiżguraw, fejn ikun meħtieġ, it-tneħħija rapida tiegħu;

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sett ta' miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri biex jidentifikaw kontenut terroristiku, biex jippermettu t-tneħħija rapida tiegħu minn fornituri ta' servizzi ta' hosting u biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra, ma' fornituri ta' servizzi ta' hosting u fejn xieraq, ma' korpi rilevanti tal-Unjoni.

(b)  sett ta' miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri biex jidentifikaw kontenut terroristiku, jabilitaw it-tneħħija rapida tiegħu minn fornituri ta' servizzi ta' hosting f'konformità mad-dritt tal-Unjoni li jistabbilixxi salvagwardji adatti għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u għal-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u ideat f'soċjetà miftuħa u demokratika, u jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra, ma' fornituri ta' servizzi ta' hosting u, fejn dan ikun f'loku, ma' korpi rilevanti tal-Unjoni.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan jistabbilixxi wkoll l-ambitu ġeografiku li jkopri l-fornituri ta' servizzi ta' hosting li joffru servizzi fl-Unjoni, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting li joffru lill-pubbliku servizzi fl-Unjoni, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Dan ir-Regolament ma japplikax għal kontenut li jiġi disseminat għal skopijiet edukattivi, artistiċi, ġurnalistiċi jew ta' riċerka, jew għal skopijiet ta' tqajjim ta' kuxjenza kontra l-attività terroristika, u lanqas għal kontenut li jirrappreżenta espressjoni ta' fehmiet polemiċi jew kontroversjali f'dibattitu pubbliku.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1, paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 b.  Dan ir-Regolament ma għandux ikollu l-effett li jimmodifika l-obbligu tar-rispett tad-drittijiet, il-libertajiet u l-prinċipji kif imsemmija fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u għandu japplika mingħajr preġudizzju għall-prinċipji fundamentali fid-dritt tal-Unjoni u f'dak nazzjonali relatati mal-libertà tal-espressjoni, mal-libertà tal-istampa u mal-libertà u mal-pluraliżmu tal-midja.

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 - paragrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 c.  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2000/31/KE.

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(-1)  "servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni" tfisser servizzi kif imsemmija fil-punt (a) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2000/31/KE.

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "fornitur ta' servizzi ta' hosting" tfisser fornitur ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jikkonsisti fil-ħażna ta' informazzjoni pprovduta minn u fuq it-talba tal-fornitur tal-kontenut u meta jagħmel l-informazzjoni maħżuna disponibbli għal partijiet terzi;

(1)  "fornitur ta' servizzi ta' hosting" tfisser fornitur ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jikkonsisti fil-ħażna ta' informazzjoni pprovduta mill-fornitur tal-kontenut u fuq talba tiegħu u f'li jagħmel l-informazzjoni maħżuna disponibbli għall-pubbliku. Dan japplika biss għal servizzi pprovduti lill-pubbliku fis-saff tal-applikazzjoni. Il-fornituri tal-infrastruttura tal-cloud u l-fornituri tal-cloud mhumiex ikkunsidrati bħala fornituri ta' servizzi ta' hosting. Lanqas ma japplika għal servizzi ta' komunikazzjoni elettronika kif definiti fid-Direttiva (UE) 2018/1972;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  "fornitur ta' kontenut" tfisser utent li ma pprovda informazzjoni li hija, jew li kienet, maħżuna fuq talba tal-utent minn fornitur ta' servizzi ta' hosting;

(2)  "fornitur ta' kontenut" tfisser utent li pprovda informazzjoni li tkun, jew li kienet, maħżuna u magħmula disponibbli għall-pubbliku fuq talba tal-utent minn fornitur ta' servizzi ta' hosting;

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "reati terroristiċi" tfisser ir-reati kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

imħassar

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "kontenut terroristiku" tfisser waħda jew aktar mill-informazzjoni li ġejja:

(5)  "kontenut terroristiku" tfisser wieħed jew aktar mill-materjali li ġejjin:

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-inċitament jew il-promozzjoni, inkluż permezz tal-glorifikazzjoni, l-ikkummissjonar ta' reati terroristiċi li b'hekk jikkawżaw il-periklu li dawn l-atti jitwettqu;

(a)  l-inċitament għat-twettiq ta' wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541, meta tali mġiba, direttament jew indirettament, bħal permezz tal-glorifikazzjoni ta' atti terroristiċi, taħdem favur it-twettiq ta' reati terroristiċi, u b'hekk toħloq periklu tat-twettiq intenzjonali ta' tali reat jew reati;

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-inkoraġġiment tal-kontribut għal reati terroristiċi;

(b)  is-solleċitar ta' persuna jew ta' grupp ta' persuni oħra biex iwettqu jew jikkontribwixxu għat-twettiq ta' wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541, u b'hekk il-ħolqien ta' periklu tat-twettiq intenzjonali ta' tali reat jew reati;

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-promozzjoni tal-attivitajiet ta' grupp terroristiku, b'mod partikolari bl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni fi grupp terroristiku jew l-appoġġ għalihom fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(c)  is-solleċitar persuna jew ta' grupp ta' persuni oħra biex jipparteċipaw fl-attivitajiet ta' grupp terroristiku, inkluż bil-forniment ta' informazzjoni jew riżorsi materjali, jew bil-finanzjament tal-attivitajiet tal-persuna jew tal-grupp ta' persuni bi kwalunkwe mod fit-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2017/541/UE, u b'hekk il-ħolqien ta' periklu tat-twettiq intenzjonali ta' tali reat jew reati;

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 –punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-għoti ta' struzzjonijiet fuq metodi jew tekniki għall-fini li jitwettqu reati terroristiċi.

(d)  l-għoti ta' istruzzjonijiet dwar il-produzzjoni jew l-użu ta' splussivi, ta' armi tan-nar jew ta' armi oħra jew ta' sustanzi noċivi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, għall-fini li jitwettaq, jew li jsir kontribut għat-twettiq ta', wieħed mir-reati terroristiċi elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  It-turija tat-twettiq ta' wieħed jew aktar mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541, u b'hekk il-ħolqien ta' periklu tat-twettiq intenzjonali ta' tali reat jew reati;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku" tfisser li l-kontenut terroristiku jkun disponibbli għal partijiet terzi fuq is-servizzi ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting;

(6)  "disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku" tfisser li l-kontenut terroristiku jkun disponibbli għall-pubbliku fuq is-servizzi ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "riferiment" tfisser avviż minn awtorità kompetenti jew, fejn applikabbli, korp tal-Unjoni rilevanti lil fornitur ta' servizzi ta' hosting dwar informazzjoni li tista' titqies bħala kontenut terroristiku, għall-konsiderazzjoni volontarja tal-fornitur tal-kompatibbiltà mat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu stess għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' kontenut terroristiku;

imħassar

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità ġudizzjarja nazzjonali unika jew awtorità amministrattiva unika funzjonalment indipendenti fl-Istat Membru;

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornituri ta' servizz ta' hosting għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa, raġonevoli u proporzjonati skont dan ir-Regolament, kontra t-tixrid ta' kontenut terroristiku u biex jipproteġu l-utenti minn kontenut terroristiku. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu b'mod diliġenti, proporzjonat u mhux diskriminatorju, u b'kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali tal-utenti u jqisu l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni f'soċjetà miftuħa u demokratika.

1.  Fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jaġixxu f'konformità ma' dan ir-Regolament biex jipproteġu lill-utenti minn kontenut terroristiku. Dan għandhom jagħmluh b'mod diliġenti, proporzjonat u mhux diskriminatorju, u f'kull ċirkostanza b'kunsiderazzjoni debita għad-drittijiet fundamentali tal-utenti, u jqisu l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u l-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u ideat f'soċjetà miftuħa u demokratika u bil-ħsieb li jevitaw it-tneħħija ta' kontenut li ma jkunx kontenut terroristiku.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Dawn id-dmirijiet ta' kura ma għandhomx jammontaw għal obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jimmonitorjaw l-informazzjoni li jittrażmettu jew jaħżnu, u lanqas obbligu ġenerali li jfittxu attivament fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jinkludu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, u japplikaw, dispożizzjonijiet għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' kontenut terroristiku.

imħassar

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Meta l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jiksbu għarfien dwar kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom jew isiru konxji minnu, għandhom jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti dwar tali kontenut u jneħħuh mingħajr dewmien.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 3, paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2b.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jissodisfaw il-kriterji tad-definizzjoni tal-pjattaformi ta' kondiviżjoni ta' videos għandhom jieħdu miżuri adatti biex jindirizzaw id-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku f'konformità mal-Artikolu 28b, paragrafu 1(c) u l-paragrafu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/1808.

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li toħroġ deċiżjoni li titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting ineħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih.

1.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jkollha s-setgħa li toħroġ ordni ta' tneħħija li tirrikjedi li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting ineħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-awtorità kompetenti ta' Stat Membru fejn il-fornitur tas-servizz ta' hosting ma jkollux l-istabbiliment ewlieni tiegħu jew ma jkollux rappreżentant legali, tista' titlob li l-aċċess għal kontenut terroristiku jiġi diżattivat u tinforza din it-talba fit-territorju proprju tagħha.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1b.  Jekk l-awtorità kompetenti rilevanti ma tkunx qabel ħarġet ordni ta' tneħħija għal fornitur ta' servizzi ta' hosting, għandha tikkuntattja lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting, tipprovdi informazzjoni dwar proċeduri u skadenzi applikabbli, tal-anqas 12-il siegħa qabel ma toħroġ ordni ta' tneħħija.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess tiegħu fi żmien siegħa minn meta tiġi riċevuta l-ordni ta' tneħħija.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih mill-aktar fis possibbli u fi żmien siegħa minn meta jirċievu l-ordni ta' tneħħija.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  identifikazzjoni tal-awtorità kompetenti li toħroġ ordni ta' tneħħija u l-awtentikazzjoni tal-ordni ta' tneħħija mill-awtorità kompetenti;

(a)  identifikazzjoni permezz ta' firma diġitali tal-awtorità kompetenti li toħroġ l-ordni ta' tneħħija u l-awtentikazzjoni tal-ordni ta' tneħħija mill-awtorità kompetenti;

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dikjarazzjoni tar-raġunijiet li jispjegaw għaliex il-kontenut jitqies kontenut terroristiku, tal-anqas, b'referenza għall-kategoriji ta' kontenut terroristiku elenkat fl-Artikolu 2(5);

(b)  dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet li tispjega għala l-kontenut jitqies bħala kontenut terroristiku u referenza speċifika għall-kategoriji ta' kontenut terroristiku elenkati fl-Artikolu 2(5);

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (URL) u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut imsemmi;

(c)  Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (URL) eżatt u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut imsemmi;

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  informazzjoni dwar ir-rimedju disponibbli għall-fornitur ta' servizzi ta' akkoljenza u għall-fornitur tal-kontenut;

(f)  informazzjoni li tinftiehem faċilment dwar ir-rimedju disponibbli għall-fornitur ta' servizzi ta' hosting u għall-fornitur tal-kontenut, inkluż rimedju mal-awtorità kompetenti kif ukoll rikors quddiem il-qorti u dwar l-iskadenzi għal appell;

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  fejn rilevanti, id-deċiżjoni biex ma tiġix żvelata informazzjoni dwar it-tneħħija ta' kontenut terroristiku jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalih imsemmija fl-Artikolu 11.

(g)  fejn ikun neċessarju u proporzjonat, id-deċiżjoni li ma tiġix żvelata informazzjoni dwar it-tneħħija ta' kontenut terroristiku jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalih imsemmija fl-Artikolu 11;

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fuq talba mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew mill-fornitur tal-kontenut, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet, mingħajr preġudizzju għall-obbligu li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw l-ordnijiet ta' tneħħija lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizzi ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur tas-servizzi ta' hosting skont l-Artikolu 16 u jibagħtuhom lill-punt ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 14(1). Dawn l-ordnijiet għandhom jintbagħtu b'mezzi elettroniċi li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt il-kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi stabbilita l-awtentikazzjoni tal-mittent, inkluż eżattezza tad-data u l-ħin tat-trażmissjoni u l-wasla tal-ordni.

5.  L-awtorità kompetenti għandha tindirizza l-ordnijiet ta' tneħħija lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting skont l-Artikolu 16 u tibgħathom lill-punt ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 14(1). Dawn l-ordnijiet għandhom jintbagħtu b'mezzi elettroniċi li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi stabbilita l-awtentikazzjoni tal-mittent, inklużi l-akkuratezza tad-data u l-ħin tat-trażmissjoni u tal-wasla tal-ordni.

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jikkonfermaw li jkunu rċevew u, mingħajr dewmien bla bżonn, jinformaw lill-awtorità kompetenti dwar it-tneħħija ta' kontenut terroristiku jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalih, billi jindikaw, b'mod partikolari, il-ħin tal-azzjoni, billi jużaw il-mudell stabbilit fl-Anness II.

6.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jinformaw lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn dwar it-tneħħija ta' kontenut terroristiku jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalih, billi jindikaw, b'mod partikolari, il-ħin tal-azzjoni, permezz tal-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness II.

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma jkunx jista' jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija minħabba force majeure jew impossibbiltà de facto mhux attribwibbli lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting, huwa għandu jinforma, mingħajr dewmien bla bżonn, lill-awtorità kompetenti, u jispjega r-raġunijiet, billi juża l-mudell stabbilit fl-Anness III. L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2 għandha tapplika hekk kif ir-raġunijiet invokati ma jkunux għadhom preżenti.

7.  Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma jkunx jista' jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija minħabba force majeure jew impossibbiltà de facto mhux attribwibbli lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting, inkluż għal raġunijiet tekniċi jew operattivi, huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn, u jispjega r-raġunijiet, permezz tal-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness III. L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2 għandha tapplika hekk kif ir-raġunijiet invokati ma jkunux aktar preżenti.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma jistax jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija minħabba li l-ordni ta' tneħħija fiha żbalji evidenti jew ma fihiex biżżejjed informazzjoni biex tiġi eżegwita l-ordni, huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn, fejn jitlob il-kjarifika meħtieġa, billi juża l-mudell stabbilit fl-Anness III. L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2 għandha tapplika hekk kif tiġi pprovduta l-kjarifika.

8.  Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jista' jirrifjuta li jeżegwixxi l-ordni ta' tneħħija jekk l-ordni ta' tneħħija jkun fiha żbalji evidenti jew ma jkunx fiha biżżejjed informazzjoni . Għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn, u jitlob għall-kjarifika meħtieġa, permezz tal-użu tal-mudell stabbilit fl-Anness III. L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2 għandha tapplika hekk kif tiġi pprovduta l-kjarifika. .

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta' tneħħija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-implimentazzjoni ta' miżuri proattivi msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) meta l-ordni ta' tneħħija ssir finali. Ordni ta' tneħħija ssir finali fejn hija ma ġietx appellata fi żmien l-iskadenza skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew fejn tkun ġiet ikkonfermata wara appell.

9.  L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta' tneħħija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) meta l-ordni ta' tneħħija ssir finali. Ordni ta' tneħħija ssir finali fejn hija ma ġietx appellata fi żmien l-iskadenza skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew fejn tkun ġiet ikkonfermata wara appell.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

Proċedura ta' konsultazzjoni għal ordnijiet ta' tneħħija

1. L-awtorità kompetenti li toħroġ ordni ta' tneħħija skont l-Artikolu 4(1a) għandha tressaq kopja tal-ordni ta' tneħħija lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(a) tal-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting fl-istess ħin li tintbagħat lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting f'konformità mal-Artikolu 4(5).

2. F'każijiet fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizz ta' hosting ikollha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-ordni ta' tneħħija jista' jkollha impatt fuq l-interessi fundamentali ta' dak l-Istat Membru, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti emittenti. L-awtorità emittenti għandha tqis dawn iċ-ċirkostanzi u għandha, fejn meħtieġ, tirtira jew tadatta l-ordni ta' tneħħija.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 4b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4b

Proċedura ta' kooperazzjoni għall-ħruġ ta' ordni ta' tneħħija addizzjonali

1. Meta awtorità kompetenti tkun ħarġet ordni ta' tneħħija skont l-Artikolu 4(1a), dik l-awtorità tista' tikkuntattja lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru fejn il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ikollu l-istabbiliment ewlieni tiegħu sabiex titlob li din l-awtorità kompetenti tal-aħħar ukoll toħroġ ordni ta' tneħħija skont l-Artikolu 4(1).

2. L-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandha jew toħroġ ordni ta' tneħħija jew tirrifjuta li toħroġ ordni mill-aktar fis possibbli iżda mhux aktar tard minn siegħa wara li tiġi kkuntattjata skont il-paragrafu 1, u għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li ħarġet l-ewwel ordni bid-deċiżjoni tagħha.

3. F'każijiet fejn l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru tal-istabbiliment ewlieni teħtieġ aktar minn siegħa biex twettaq il-valutazzjoni tagħha tal-kontenut, għandha tibgħat talba lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting ikkonċernat biex jiddiżattiva temporanjament l-aċċess għall-kontenut sa 24 siegħa, matul liema żmien l-awtorità kompetenti għandha tagħmel il-valutazzjoni u tibgħat l-ordni ta' tneħħija jew tirtira t-talba għad-diżattivazzjoni tal-aċċess.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 5

imħassar

Riferimenti

1.  L-awtorità kompetenti jew il-korp rilevanti tal-Unjoni jistgħu jibagħtu referenza lil fornitur ta' servizzi ta' hosting.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu miżuri operattivi u tekniċi li jiffaċilitaw il-valutazzjoni rapida tal-kontenut li jkun intbagħat mill-awtoritajiet kompetenti u, fejn applikabbli, korpi rilevanti tal-Unjoni għall-kunsiderazzjoni volontarja tagħhom.

3.  Ir-riferiment għandu jiġi indirizzat lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizz ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur tas-servizz skont l-Artikolu 16 u jiġi trażmess lill-punt ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 14(1). Tali riferimenti għandhom jintbagħtu b'mezzi elettroniċi.

4.  Ir-riferiment għandu jkun fih informazzjoni dettaljata biżżejjed, inklużi r-raġunijiet għaliex il-kontenut jitqies kontenut terroristiku, URL u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut terroristiku msemmi.

5.  Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu, bħala kwistjoni ta' prijorità, jivvaluta l-kontenut identifikat fir-referenza kontra t-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu stess u jiddeċiedi jekk ineħħix dak il-kontenut jew jiddiżattivax l-aċċess għalih.

6.  Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti jew il-korp rilevanti tal-Unjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni u l-għażla taż-żmien għal kwalunkwe azzjoni meħuda bħala riżultat tar-riferiment.

7.  Meta l-fornitur ta' servizzi ta' hosting iqis li r-riferiment ma jkunx fih biżżejjed informazzjoni biex jiġi vvalutat il-kontenut imsemmi, huwa għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-korp tal-Unjoni rilevanti, billi jistabbilixxi liema informazzjoni jew kjarifika ulterjuri hija meħtieġa.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri proattivi

Miżuri speċifiċi

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting fejn xieraq għandhom jieħdu miżuri proattivi biex jipproteġu s-servizzi tagħhom kontra t-tixrid ta' kontenut terroristiku. Il-miżuri għandhom ikunu effettivi u proporzjonati, filwaqt li jqisu r-riskju u l-livell ta' espożizzjoni għal kontenut terroristiku, id-drittijiet fundamentali tal-utenti, u l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni f'soċjetà miftuħa u demokratika.

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2018/1808 u d-Direttiva 2000/31/KE, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jieħdu miżuri proattivi biex jipproteġu s-servizzi tagħhom kontra d-disseminazzjoni pubblika ta' kontenut terroristiku. Il-miżuri għandhom ikunu effettivi, immirati u proporzjonati, b'attenzjoni partikolari lir-riskju u lil-livell ta' esponiment għal kontenut terroristiku, lid-drittijiet fundamentali tal-utenti, u lill-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u tal-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u ideat f'soċjetà miftuħa u demokratika.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tkun ġiet infurmata skont l-Artikolu 4(9), l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) għandha titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jissottometti rapport, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba u minn hemm 'il quddiem mill-inqas fuq bażi annwali, dwar il-miżuri proattivi speċifiċi li ħa, inkluż bl-użu ta' għodod awtomatizzati, bil-ħsieb li:

imħassar

(a)  il-prevenzjoni ta' re-upload tal-kontenut li qabel kien tneħħa jew li għalih l-aċċess ġie diżattivat għax huwa meqjus bħala kontenut terroristiku;

(b)  id-detezzjoni, l-identifikazzjoni u b'ħeffa jneħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal kontenut terroristiku.

Tali talba għandha tintbagħat lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizzi ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur tas-servizz.

Ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) biex tivvaluta jekk il-miżuri proattivi humiex effettivi u proporzjonati, inkluż biex jiġi evalwat il-funzjonament ta' kwalunkwe għodda awtomatizzata użata kif ukoll il-mekkaniżmi ta' sorveljanza u verifika umani użati.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) tikkunsidra li l-miżuri proattivi meħuda u rrapportati skont il-paragrafu 2 mhumiex biżżejjed biex itaffu u jimmaniġġjaw ir-riskju u l-livell ta' espożizzjoni, hija tista' titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jieħu miżuri proattivi speċifiċi addizzjonali. Għal dak il-għan, lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jikkoopera mal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) bil-ħsieb li jiġu identifikati l-miżuri speċifiċi li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jistabbilixxi, billi jistabbilixxi l-objettivi ewlenin u punti ta' referenza kif ukoll l-iskedi taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

imħassar

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn l-ebda ftehim ma jkun jista' jintlaħaq fi żmien it-tliet xhur mit-talba skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) tista' toħroġ deċiżjoni li timponi miżuri proattivi speċifiċi meħtieġa u proporzjonati. Id-Deċiżjoni għandha tqis, b'mod partikolari, il-kapaċità ekonomika tal-fornitur tas-servizz ta' hosting u l-effett ta' tali miżuri fuq id-drittijiet fundamentali tal-utenti u l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. Tali deċiżjoni għandha tintbagħat lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizz ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur tas-servizz. Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni ta' tali miżuri kif speċifikat mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c).

4.  Wara li tistabbilixxi li fornitur ta' servizzi ta' hosting ikun irċieva għadd sostanzjali ta' ordnijiet ta' tneħħija, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) tista' tibgħat talba għal miżuri addizzjonali speċifiċi, proporzjonati u effettivi li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting ikollu jimplimenta. L-awtorità kompetenti m'għandhiex timponi obbligu ta' monitoraġġ ġenerali, u lanqas l-użu ta' għodod awtomatizzati. Id-Deċiżjoni għandha tqis, b'mod partikolari, il-fattibbiltà teknika tal-miżuri, id-daqs u l-kapaċità ekonomika tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting u l-effett ta' tali miżuri fuq id-drittijiet fundamentali tal-utenti u l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u tal-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u ideat f'soċjetà miftuħa u demokratika. Tali talba għandha tintbagħat lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur ta' servizzi. Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni ta' tali miżuri kif speċifikat mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c).

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  fornitur ta' servizzi ta' hosting jista', fi kwalunkwe ħin, jitlob rieżami lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) u, fejn xieraq, jirrevoka talba jew deċiżjoni skont il-paragrafi 2, 3, u 4 rispettivament. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi deċiżjoni motivata f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara li tirċievi t-talba mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting.

5.  Fornitur ta' servizzi ta' hosting jista', fi kwalunkwe ħin, jitlob rieżami lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) u, fejn xieraq, jirrevoka talba skont il-paragrafu 4. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi deċiżjoni motivata f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara li tirċievi t-talba mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting.

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jippreservaw kontenut terroristiku li tneħħa jew ġie diżattivat bħala riżultat ta' ordni ta' tneħħija, riferiment jew bħala riżultat ta' miżuri proattivi skont l-Artikoli 4, 5 u 6 u d-data relatata mneħħija bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-kontenut terroristiku u li hija meħtieġa għal:

1.  Fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jippreservaw kontenut terroristiku li tneħħa jew ġie diżattivat bħala riżultat ta' ordni ta' tneħħija, riferiment jew bħala riżultat ta' miżuri speċifiċi skont l-Artikoli 4 u 6 u d-data relatata mneħħija bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-kontenut terroristiku u li hija meħtieġa għal:

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  proċedimenti ta' stħarriġ amministrattiv jew ġudizzjarju,

(a)  proċedimenti ta' stħarriġ jew rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-prevenzjoni, id-detezzjoni, l-investigazzjoni, u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi.

(b)  il-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni, u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi minn awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kontenut terroristiku u data relatata msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinżammu għal sitt xhur. Kontenut terroristiku għandu, fuq talba mill-awtorità kompetenti jew qorti, jiġi ppreservat għal perjodu itwal meta u sakemm ikun meħtieġ għal proċedimenti li jkunu għaddejjin ta' stħarriġ amministrattiv jew ġudizzjarju msemmija fil-paragrafu 1 (a).

2.  Il-kontenut terroristiku u data relatata msemmija fil-paragrafu 1(a) għandhom jinżammu għal sitt xhur u jitħassru wara dan il-perjodu. Il-kontenut terroristiku għandu, fuq talba mill-awtorità kompetenti jew mill-qorti, jiġi ppreservat għal perjodu speċifikat ulterjorment biss meta u sakemm ikun meħtieġ għal proċedimenti li jkunu għaddejjin ta' stħarriġ jew rimedju amministrattiv jew ġudizzjarju msemmija fil-paragrafu 1(a). Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jippreservaw il-kontenut terroristiku u d-data relatata msemmija fil-paragrafu 1(b) sakemm l-awtorità tal-infurzar tal-liġi tirreaġixxi għan-notifika magħmula mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting f'konformità mal-Artikolu 13(4), iżda sa mhux aktar tard minn sitt xhur.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Obbligi ta' trasparenza

Obbligi ta' trasparenza għal fornituri ta' servizzi ta' hosting

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-politika tagħhom biex jipprevjenu t-tixrid ta' kontenut terroristiku, inkluż, fejn xieraq, spjegazzjoni sinifikanti tal-funzjonament ta' miżuri proattivi inkluż l-użu ta' għodod awtomatizzati.

1.  Fejn applikabbli, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu b'mod ċar, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-politika tagħhom biex jipprevjenu d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku, inkluż, fejn applikabbli, spjega sinifikanti tal-funzjonament ta' miżuri speċifiċi.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jippubblikaw rapporti ta' trasparenza annwali dwar l-azzjoni meħuda kontra t-tixrid ta' kontenut terroristiku.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu jew li kienu soġġetti għal ordni ta' tneħħija f'dik is-sena għandhom jagħmlu disponibbli għall-pubbliku rapporti ta' trasparenza annwali dwar l-azzjoni meħuda kontra d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni dwar il-miżuri tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jipprevjeni l-upload mill-ġdid ta' kontenut li jkun tneħħa jew li għalih l-aċċess ġie diżattivat minħabba li huwa meqjus li huwa kontenut terroristiku;

(b)  informazzjoni dwar il-miżuri tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jipprevjeni l-upload mill-ġdid ta' kontenut li jkun tneħħa jew li għalih l-aċċess ġie diżattivat minħabba li jitqies li huwa kontenut terroristiku, b'mod partikolari fejn tkun intużat teknoloġija awtomatizzata;

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  numru ta' biċċiet ta' kontenut terroristiku mneħħi jew li għalihom l-aċċess ġie diżattivat, wara l-ordnijiet ta' tneħħija, riferimenti jew miżuri proattivi, rispettivament;

(c)  l-għadd ta' biċċiet ta' kontenut terroristiku li tneħħew jew li l-aċċess għalihom ġie diżattivat, wara ordnijiet ta' tneħħija jew miżuri speċifiċi rispettivament, u l-għadd ta' ordnijiet fejn il-kontenut ma tneħħiex skont l-Artikolu 4(7) u (8) flimkien mar- raġunijiet għar-rifjut .

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ħarsa ġenerali u l-eżitu tal-proċeduri ta' lment.

(d)  l-għadd u l-eżitu tal-proċeduri ta' lment u ta' azzjonijiet għal stħarriġ ġudizzjarju, inkluż l-għadd ta' każijiet li fihom ikun ġie stabbilit li l-kontenut ikun ġie identifikat b'mod żbaljat bħala kontenut terroristiku.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

Obbligi ta' trasparenza għall-awtoritajiet kompetenti

1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jippubblikaw rapporti ta' trasparenza annwali li għandhom jinkludu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

(a) l-għadd ta' ordnijiet ta' tneħħija maħruġa, l-għadd ta' tneħħijiet u l-għadd ta' ordnijiet ta' tneħħija rifjutati jew injorati;

(b) l-għadd ta' kontenuti terroristiċi identifikati li wasslu għal investigazzjoni u prosekuzzjoni u l-għadd ta' każijiet ta' kontenut identifikat bi żball bħala kontenut terroristiku;

(c) deskrizzjoni tal-miżuri mitluba mill-awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 6(4).

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Salvagwardji rigward l-użu u l-implimentazzjoni ta' miżuri proattivi

Salvagwardji rigward l-użu u l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-fornituri ta' servizz ta' hosting jużaw għodod awtomatizzati skont dan ir-Regolament fir-rigward ta' kontenut li jaħżnu, huma għandhom jipprovdu salvagwardji effettivi u xierqa biex jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda dwar dak il-kontenut, b'mod partikolari deċiżjonijiet biex il-kontenut jitneħħa jew jiġi diżattivat meta jitqies li huwa kontenut terroristiku, huma preċiżi u fondati.

1.  Fejn il-fornituri ta' servizz ta' hosting jużaw għodod awtomatizzati fir-rigward ta' kontenut li jaħżnu, huma għandhom jipprovdu salvagwardji effettivi u adatti biex jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda dwar dak il-kontenut, b'mod partikolari deċiżjonijiet li l-kontenut jitneħħa jew li l-aċċess għalih jiġi diżattivat meta jitqies li jkun kontenut terroristiku, ikunu akkurati u fondati.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-salvagwardji għandhom jikkonsistu, b'mod partikolari, minn sorveljanza umana u verifiki fejn xieraq u, fi kwalunkwe każ, fejn valutazzjoni dettaljata tal-kuntest rilevanti tkun meħtieġa sabiex jiġi determinat jekk il-kontenut għandux jiġi kkunsidrat bħala kontenut terroristiku jew le.

2.  Is-salvagwardji għandhom jikkonsistu, b'mod partikolari, minn sorveljanza umana u verifiki tal-adegwatezza tad-deċiżjoni li l-kontenut jitneħħa jew li l-aċċess għalih jiġi miċħud, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi il ħaddieħor informazzjoni u ideat f'soċjetà miftuħa u demokratika.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9a

Rimedji effettivi

1. Fornituri tal-kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew li l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat wara ordni ta' tneħħija, u fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu rċevew ordni ta' tneħħija, għandu jkollhom id-dritt għal rimedju effettiv. L-Istati Membri għandhom idaħħlu fis-seħħ proċeduri effettivi għall-eżerċizzju ta' dan id-dritt.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u aċċessibbli li jippermettu fornituri tal-kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew li jkun diżattivat l-aċċess għalih b'riżultat ta' riferiment skont l-Artikolu 5 jew ta' miżuri proattivi skont l-Artikolu 6, biex jissottomettu lment kontra l-azzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting li jitlob li jerġa' jiddaħħal il-kontenut.

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u aċċessibbli li jippermettu li fornituri tal-kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew li l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat b'riżultat ta' miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 6 jissottomettu lment kontra l-azzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting bit-talba li l-kontenut jerġa jiddaħħal.

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom minnufih jeżaminaw kull ilment li jirċievu u jerġgħu jintroduċu l-kontenut mingħajr dewmien żejjed meta t-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess ma tkunx ġustifikata. Huma għandhom jinformaw lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-eżami.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom minnufih jeżaminaw kull ilment li jirċievu u jerġgħu jdaħħlu l-kontenut mingħajr dewmien bla bżonn meta t-tneħħija tal-kontenut jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalih ma tkunx ġustifikata. Għandhom jinformaw lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-eżami fi żmien ġimagħtejn minn meta jirċievu l-ilment, bi spjegazzjoni ċara f'każijiet fejn fornitur ta' servizzi ta' hosting jiddeċiedi li ma jerġax idaħħal il-kontenut. It-tidħil mill-ġdid tal-kontenut ma għandhiex tipprekludi aktar miżuri ġudizzjarji kontra d-deċiżjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew tal-awtorità kompetenti.

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting neħħew il-kontenut terroristiku jew iddiżattivaw l-aċċess għalih, għandhom jagħmlu disponibbli lill-fornitur tal-kontenut informazzjoni dwar it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal kontenut terroristiku.

1.  Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting ineħħu l-kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih, għandhom jagħmlu disponibbli lill-fornitur tal-kontenut informazzjoni komprensiva u konċiża dwar it-tneħħija tal-kontenut terroristiku jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalih, inklużi r-raġunijiet għat-tneħħija tal-kontenut jew għad-diżattivazzjoni tal-aċċess għalih, inklużi l-possibbiltajiet ta' kontestazzjoni tad-deċiżjoni u, fuq talba, għandhom jipprovdulu kopja tal-ordni ta' tneħħija maħruġa f'konformità mal-Artikolu 4.

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fuq talba tal-fornitur tal-kontenut, il-fornitur tas-servizz ta' hosting għandu jinforma lill-fornitur tal-kontenut dwar ir-raġunijiet għat-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess u l-possibbiltajiet biex tkun ikkontestata d-deċiżjoni.

imħassar

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-obbligu skont il-paragrafi 1 u 2 m'għandux japplika meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li m'għandu jkun hemm l-ebda żvelar għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika, bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi, sakemm ikun meħtieġ, iżda ta' mhux aktar minn [erba'] ġimgħat minn dik id-deċiżjoni. F'każ bħal dan, lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting m'għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni dwar it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni ta' aċċess għal kontenut terroristiku.

3.  L-obbligu skont il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi, abbażi ta' evidenza oġġettiva u fil-qies tal-proporzjonalità u tan-neċessità ta' tali deċiżjoni, li ma għandu jkun hemm l-ebda żvelar għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika, bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi, sakemm ikun meħtieġ, iżda ta' mhux aktar minn erba' ġimgħat minn dik id-deċiżjoni. F'każ bħal dan, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma għandu jiżvela l-ebda informazzjoni dwar it-tneħħija tal-kontenut terroristiku jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalih.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom il-kapaċità meħtieġa u riżorsi suffiċjenti biex jiksbu l-għanijiet u jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom il-kapaċità meħtieġa u riżorsi suffiċjenti biex jilħqu l-għanijiet u jissodisfaw l-obbligi tagħhom taħt dan ir-Regolament, b'garanziji qawwija ta' indipendenza.

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Kooperazzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting, l-awtoritajiet kompetenti u, fejn xieraq, korpi rilevanti tal-Unjoni

Kooperazzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting, l-awtoritajiet kompetenti u, fejn ikun f'loku, korpi kompetenti tal-Unjoni

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jinfurmaw, jikkoordinaw u jikkooperaw ma' xulxin u, fejn xieraq, ma' korpi rilevanti tal-Unjoni bħall-Europol fir-rigward ta' ordnijiet u referenzi ta' tneħħija biex tiġi evitata d-duplikazzjoni, itejbu l-koordinazzjoni u jevitaw l-interferenza ma' investigazzjonijiet fi Stati Membri differenti.

1.  L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jinformaw, jikkoordinaw u jikkooperaw ma' xulxin u, fejn dan ikun f'loku, mal-Europol, fir-rigward ta' ordnijiet ta' tneħħija biex jevitaw id-duplikazzjoni, itejbu l-koordinazzjoni u jevitaw l-interferenza ma' investigazzjonijiet fi Stati Membri differenti.

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jinfurmaw, jikkoordinaw u jikkooperaw mal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) u (d) fir-rigward tal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 6 u l-azzjonijiet ta' infurzar skont l-Artikolu 18. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) u (d) hija fil-pussess tal-informazzjoni kollha rilevanti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu mezzi jew mekkaniżmi ta' komunikazzjoni xierqa biex jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi kondiviża f'waqtha.

2.  L-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jinformaw, jikkoordinaw u jikkooperaw mal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) u (d) fir-rigward tal-miżuri meħuda skont l-Artikolu 6 u l-azzjonijiet ta' infurzar skont l-Artikolu 18. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) u (d) tkun fil-pussess tal-informazzjoni kollha rilevanti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jipprovdu mezzi jew mekkaniżmi ta' komunikazzjoni adatti u siguri biex jiżguraw li l-informazzjoni rilevanti tiġi kondiviża f'waqtha.

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jistgħu jagħżlu li jużaw għodod apposta, inkluż, fejn xieraq, dawk stabbiliti minn korpi rilevanti tal-Unjoni bħall-Europol, biex b'mod partikolari jiffaċilitaw:

3.  L-Istati Membri jistgħu jagħżlu li jużaw għodod apposta, inklużi dawk stabbiliti mill-Europol, biex b'mod partikolari jiffaċilitaw:

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-ipproċessar u feedback dwar iir-riferimenti skont l-Artikolu 5;

imħassar

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-kooperazzjoni bil-ħsieb li jidentifikaw u jimplimentaw miżuri proattivi skont l-Artikolu 6.

(c)  il-kooperazzjoni bil-ħsieb li jidentifikaw u jimplimentaw miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 6.

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting isiru konxji dwar kwalunkwe evidenza ta' reati terroristiċi, huma għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f'reati kriminali fl-Istat Membru kkonċernat jew il-punt ta' kuntatt fl-Istat Membru skont l-Artikolu 14(2), fejn huma jkollhom l-istabbiliment ewlieni tagħhom jew rappreżentant legali. Fornituri ta' servizzi ta' hosting jista', f'każ ta' dubju, jittrażmett din l-informazzjoni lill-Europol għal segwitu xieraq.

4.  Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting isiru konxji minn kontenut terroristiku, għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti għall-investigazzjoni u għall-prosekuzzjoni f'reati kriminali fl-Istat Membru kkonċernat. Fejn ma jkunx possibbli li jiġi identifikat l-Istat Membru kkonċernat, il-fornitur ta' servizz ta' hosting għandu jinnotifika lill-punt ta' kuntatt fl-Istat Membru skont l-Artikolu 17(2) fejn huma jkollhom l-istabbiliment ewlieni tagħhom jew rappreżentant legali, u anke jittrażmettu din l-informazzjoni lill-Europol għal segwitu adatt.

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu punt ta' kuntatt li jippermetti li jiġu riċevuti ordnijiet ta' tneħħija u riferimenti b'mezzi elettroniċi u jiġi żgurat l-ipproċessar rapidu tagħhom skont l-Artikoli 4 u 5. Huma għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tkun pubblikament disponibbli.

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li qabel ikunu rċevew ordni jew ordnijiet ta' tneħħija għandhom jistabbilixxu punt ta' kuntatt li jippermetti li ordnijiet ta' tneħħija jiġu riċevuti b'mezzi elettroniċi u għandhom jiżguraw l-ipproċessar rapidu tagħhom skont l-Artikolu 4. Għandhom jiżguraw li din l-informazzjoni tkun pubblikament disponibbli.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Unjoni, kif imsemmi fir-Regolament 1/58, li fiha jista' jiġi indirizzat il-punt ta' kuntatt u li fiha għandhom isiru aktar skambji fir-rigward ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti skont l-Artikoli 4 u 5. Din għandha tinkludi mill-inqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih fornitur ta' servizzi ta' hosting ikollu l-istabbiliment ewlieni tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu skont l-Artikolu 16 huwa residenti jew stabbilit.

2.  L-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 għandha tispeċifika l-lingwa jew lingwi uffiċjali tal-Unjoni, kif imsemmi fir-Regolament 1/58, li biha jista' jiġi indirizzat il-punt ta' kuntatt u li biha għandhom isiru aktar skambji fir-rigward ta' ordnijiet ta' tneħħija skont l-Artikolu 4. Din għandha tinkludi tal-anqas waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat Membru li fih fornitur ta' servizzi ta' hosting ikollu l-istabbiliment ewlieni tiegħu jew fejn ir-rappreżentant legali tiegħu skont l-Artikolu 16 ikun residenti jew stabbilit.

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punt ta' kuntatt biex jittratta talbiet għal kjarifika u feedback f'dak li jirrigwarda l-ordinijiet ta' tneħħija u riferimenti maħruġa minnhom. Informazzjoni dwar il-punt ta' kuntatt għandha ssir disponibbli pubblikament.

imħassar

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fejn fornitur ta' servizzi ta' hosting jonqos milli jaħtar rappreżentant legali, l-Istati Membri kollha għandu jkollhom ġurisdizzjoni.

2.  Fejn fornitur ta' servizzi ta' hosting li ma jkollux l-istabbiliment ewlieni tiegħu f'wieħed mill-Istati Membri jonqos milli jaħtar rappreżentant legali, l-Istati Membri kollha għandu jkollhom ġurisdizzjoni. Fejn Stat Membru jiddeċiedi li jeżerċita din il-ġurisdizzjoni, għandu jinforma lill-Istati Membri l-oħra kollha.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 15 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta awtorità ta' Stat Membru ieħor tkun ħarġet ordni ta' tneħħija skont l-Artikolu 4(1), dak l-Istat Membru għandu l-ġurisdizzjoni li jieħu miżuri koerċittivi skont il-liġi nazzjonali tiegħu sabiex jinforza l-ordni ta' tneħħija.

imħassar

Emenda    124

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornitur ta' servizzi ta' hosting li ma għandux stabbiliment fl-Unjoni iżda li joffri servizzi fl-Unjoni, għandu jaħtar, bil-miktub, persuna ġuridika jew fiżika bħala r-rappreżentant legali tiegħu fl-Unjoni biex jirċievi, ikun konformi ma' jinforza ordnijiet ta' tneħħija, riferimenti, talbiet u deċiżjonijiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant legali għandu jkun jirresjedi jew ikun stabbilit f'wieħed mill-Istati Membri fejn il-fornitur tas-servizz ta' hosting jipprovdi s-servizzi.

1.  Fornitur ta' servizzi ta' hosting li ma jkollux stabbiliment fl-Unjoni iżda li joffri servizzi fl-Unjoni għandu jaħtar, bil-miktub, persuna ġuridika jew fiżika bħala r-rappreżentant legali tiegħu fl-Unjoni biex jirċievi, ikun konformi ma' u jinforza ordnijiet ta' tneħħija u talbiet maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament. Ir-rappreżentant legali għandu jkun jirrisjedi jew ikun stabbilit f'wieħed mill-Istati Membri fejn il-fornitur tas-servizz ta' hosting jipprovdi s-servizzi.

Emenda    125

Proposta għal regolament

Artikolu 16 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jafda lir-rappreżentant legali bl-irċevuta, il-konformità u l-infurzar tal-ordnijiet ta' tneħħija, riferimenti, talbiet u deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 f'isem il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ikkonċernat. Fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jipprovdu lir-rappreżentant legali tagħhom is-setgħat meħtieġa u riżorsi biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti u jikkonformaw ma' dawn id-deċiżjonijiet u ordnijiet.

2.  Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jafda lir-rappreżentant legali bl-irċevuta, il-konformità u l-infurzar tal-ordnijiet ta' tneħħija u deċiżjonijiet imsemmija fil-paragrafu 1 f'isem il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ikkonċernat. Fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jipprovdu lir-rappreżentant legali tagħhom is-setgħat u r-riżorsi meħtieġa biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti u jikkonformaw ma' dawn id-deċiżjonijiet u ordnijiet.

Emenda    126

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti biex

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità ġudizzjarja jew waħda amministrattiva funzjonalment indipendenti li tkun kompetenti biex

Emenda    127

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  isibu, jidentifikaw u jirreferu kontenut terroristiku lil fornituri ta' servizzi ta' hosting skont l-Artikolu 5;

imħassar

Emenda    128

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' miżuri proattivi skont l-Artikolu 6;

(c)  tissorvelja l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 6;

Emenda    129

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punt ta' kuntatt fi ħdan l-awtoritajiet kompetenti biex jittratta talbiet għal kjarifika u feedback f'dak li jirrigwarda l-ordnijiet ta' tneħħija maħruġa minnhom. Informazzjoni dwar il-punt ta' kuntatt għandha ssir disponibbli pubblikament.

Emenda    130

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa mhux aktar tard minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifika u kull modifika tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Sa mhux aktar tard minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi reġistru online li jelenka dawk l-awtoritajiet kompetenti kollha kif ukoll il-punt ta' kuntatt maħtur għal kull awtorità kompetenti. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifika u kull modifika tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    131

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tal-provedimenti nazzjonali addottati skont dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali penali għandhom ikunu limitati għal ksur tal-obbligi skont:

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur sistematiku u persistenti tal-obbligi min-naħa tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting skont dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali penali għandhom ikunu limitati għal ksur tal-obbligi skont:

Emenda    132

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-Artikolu 3(2) (termini u kundizzjonijiet ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting);

imħassar

Emenda    133

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  L-Artikolu 5(5) u (6) (valutazzjoni u feedback dwar ir-riferimenti);

imħassar

Emenda    134

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  L-Artikolu 6(2) u (4) (rapporti dwar miżuri proattivi u l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi wara deċiżjoni li timponi miżuri proattivi);

(d)  L-Artikolu 6(4) (rapporti dwar miżuri speċifiċi u l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi wara talba li timponi speċifiċi addizzjonali);

Emenda    135

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  Artikolu 8 (trasparenza);

(f)  Artikolu 8 (trasparenza għal fornituri ta' servizzi ta' hosting)

Emenda    136

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  Artikolu 9 (salvagwardji fir-rigward ta' miżuri proattivi);

(g)  Artikolu 9 (salvagwardji rigward l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi);

Emenda    137

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt j

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(j)  Artikolu 13 (4) (informazzjoni dwar evidenza ta' offiżi terroristiċi);

(j)  Artikolu 13(4) (informazzjoni dwar kontenut terroristiku);

Emenda    138

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-penali stipulati jridu jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, [mhux iktar tard minn sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

2.  Il-penali skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri għandhom, sa [mhux iktar tard minn sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] jinnotifikaw lill-Kummissjoni b'dawk ir-regoli u b'dawk il-miżuri u għandhom jinnotifikawha, mingħajr dewmien, bi kwalunkwe emenda sussegwenti li taffettwahom.

Emenda    139

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-livell ta' kooperazzjoni lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting mal-awtoritajiet kompetenti;

(e)  il-livell ta' kooperazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting mal-awtoritajiet kompetenti.

Emenda    140

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  in-natura u d-daqs tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting, b'mod partikolari għall-mikrointrapriżi jew l-intrapriżi żgħar, fit-tifsira tar-rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

Emenda    141

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li nuqqas sistematiku ta' konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 4(2) ikun soġġett għal penali finanzjarji sa 4 % tal-fatturat globali tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting tal-aħħar sena tan-negozju.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li nuqqas sistematiku u persistenti ta' konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 4(2) ikun soġġett għal penali finanzjarji sa 4 % tal-fatturat globali tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting tal-aħħar sena tan-negozju.

Emenda    142

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Rekwiżiti tekniċi u emendi għall-formoli għal ordnijiet ta' tneħħija

Rekwiżiti tekniċi, kriterji għall-valutazzjoni tas-sinifikat, u emendi għall-mudelli ta' ordnijiet ta' tneħħija

Emenda    143

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rekwiżiti tekniċi għall-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għat-trażmissjoni ta' ordnijiet ta' tneħħija.

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bir-rekwiżiti tekniċi meħtieġa għall-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għat-trażmissjoni ta' ordnijiet ta' tneħħija.

Emenda    144

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 20 sabiex tikkomplementa dan ir-Regolament bi kriterji u ċifri li l-awtoritajiet kompetenti jridu jużawhom biex jiddeterminaw x'jikkorrispondi għal għadd sinifikanti ta' ordnijiet ta' tneħħija mhux ikkontestati kif imsemmi f'dan ir-Regolament.

Emenda    145

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  informazzjoni dwar l-għadd ta' ordnijiet ta' tneħħija u l-konsultazzjonijiet maħruġa, in-numru ta' biċċiet ta' kontenut terroristiku li jkun tneħħa jew li għalih ikun diżattivat l-aċċess, inklużi perjodi ta' żmien korrispondenti skont l-Artikoli 4 u 5;

(a)  informazzjoni dwar l-għadd ta' ordnijiet ta' tneħħija maħruġa, l-għadd ta' biċċiet ta' kontenut terroristiku li jkun tneħħa jew li l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat, inklużi perjodi ta' żmien korrispondenti skont l-Artikolu 4, u informazzjoni dwar l-għadd ta' każijiet korrispondenti ta' kxif, investigazzjoni u prosekuzzjoni b'suċċess ta' reati terroristiċi;

Emenda    146

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba  informazzjoni dwar l-għadd ta' talbiet għal aċċess maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali rigward il-kontenut ippreservat mill-fornituri ta' servizzi ta' hosting skont l-Artikolu 7;

Emenda    147

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż il-funzjonament tal-effettività tal-mekkaniżmi ta' salvagwardja. Fejn xieraq, ir-rapport jiġi akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport.

Sena mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż il-funzjonament u l-effettività tal-mekkaniżmi ta' salvagwardja, kif ukoll l-impatt fuq id-Drittijiet Fundamentali, u b'mod partikolari fuq il-libertà tal-espressjoni u l-libertà li wieħed jirċievi u jgħaddi lil ħaddieħor informazzjoni u d-dritt għar-rispett tal-ħajja privata. Fil-kuntest ta' din l-evalwazzjoni, il-Kummissjoni għandha tirrapporta wkoll dwar in-neċessità, il-fattibbiltà u l-effettività tal-ħolqien ta' Pjattaforma Ewropea dwar il-Kontenut Terroristiku Online, li permezz tagħha l-Istati Membri kollha jkunu jistgħu jużaw mezz ta' komunikazzjoni sigur biex jibagħtu ordnijiet ta' tneħħija għal kontenut terroristiku lil fornituri ta' servizzi ta' hosting. Fejn dan ikun f'loku, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport.

Emenda    148

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika minn [sitt (6) xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Għandu japplika minn [12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Emenda    149

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima B – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[ ] inċitament għat-twettiq ta' atti terroristiċi, jargumenta favurhom jew jigglorifikahom (l-Artikolu 2(5) a)

[ ] inċitament għat-twettiq ta' reati terroristiċi elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541 (l-Artikolu 2(5)a);

Emenda    150

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima B – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[ ] l-inkoraġġiment tal-kontribut għal reati terroristiċi (l-Artikolu 2(5) b)

[ ] jissolleċita persuna jew grupp ta' persuni oħra biex iwettqu jew jikkontribwixxu għat-twettiq ta' reati terroristiċi elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541 (l-Artikolu 2(5)b);

Emenda    151

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima B – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[ ] jippromwovi l-attivitajiet ta' xi grupp terroristiku, iħajjar il-parteċipazzjoni fil-grupp jew l-appoġġ għalih (l-Artikolu 2(5) c)

[ ] jissolleċita persuna jew grupp ta' persuni oħra biex jieħdu sehem fl-attivitajiet ta' grupp terroristiku elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541 (l-Artikolu 2(5)c);

Emenda    152

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima B – paragrafu 3 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[ ] jipprovdi struzzjonijiet jew tekniki għat-twettiq ta' atti terroristiċi (l-Artikolu 2(5) d)

[ ] l-għoti ta' istruzzjonijiet jew tekniki dwar il-produzzjoni jew l-użu ta' splussivi, ta' armi tan-nar jew ta' armi oħra jew ta' sustanzi noċivi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, għall-fini tat-twettiq tar-reati terroristiċi elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541 (l-Artikolu 2(5)d);

Emenda    153

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima B – paragrafu 3 – subparagrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[ ] it-turija tat-twettiq ta' reati terroristiċi elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541 (l-Artikolu 2(5)e);

Emenda    154

Proposta għal regolament

Anness I – taqsima G – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni dwar l-entità jew qorti kompetenti, l-iskadenzi u l-proċeduri għall-kontestazzjoni tal-ordni ta' tneħħija:

Informazzjoni dwar l-entità jew il-qorti kompetenti, l-iskadenzi u l-proċeduri, inklużi r-rekwiżiti formali, għall-kontestazzjoni tal-ordni ta' tneħħija:

Emenda    155

Proposta għal regolament

Anness III – taqsima B – punt 1 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

[ ] force majeure jew l-impossibbiltà de facto li ma tkun attribwibbli għad-destinatarju jew għall-fornitur tas-servizz

[ ] force majeure jew l-impossibbiltà de facto li ma tkun attribwibbli għad-destinatarju jew għall-fornitur tas-servizz, inkluż għal raġunijiet tekniċi jew operazzjonali

(1)

Għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali.

OPINJONI tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni (13.3.2019)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online

(COM(2018)0640 – C8-0405/2018 – 2018/0331(COD))

Rapporteur għal opinjoni (*): Julie Ward

(*) Kumitat assoċjat – Artikolu 54 tar-Regoli ta' Proċedura

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fit-12 ta' Settembru 2018, il-Kummissjoni (KE) ippubblikat il-proposta tagħha biex tindirizza d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online billi twaqqaf qafas legali ċar u armonizzat biex tipprevjeni l-użu ħażin tas-servizzi ta' hosting.

Ir-Rapporteur tieħu nota ta' din il-proposta li għandha l-għan li tiċċara r-responsabbiltajiet legali tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting, li jeħtiġilhom jieħdu l-azzjonijiet xierqa, raġonevoli u proporzjonati meħtieġa kollha biex jiżguraw is-sikurezza tas-servizzi tagħhom u biex malajr u b'mod effettiv jidentifikaw u jneħħu kontenut terroristiku online.

Ir-Rapporteur tinsab imħassba dwar diversi aspetti tal-approċċ tal-KE, b'mod partikolari fir-rigward tal-livell ta' rispett mogħti lid-drittijiet fundamentali, bħal-libertà tal-espressjoni u l-aċċess għall-informazzjoni, kif ukoll lill-pluraliżmu tal-midja. Il-proposta kif inhi toħloq ukoll diversi problemi legali ma' normi eżistenti, b'mod partikolari rigward il-konsistenza tagħha mad-Direttiva 2000/31/KE(1) u mad-Direttiva 2018/1808/UE(2).

Ir-Rapporteur tqis li huwa kruċjali li r-Regolament propost la jipperikola d-drittijiet fundamentali u l-qafas legali eżistenti tal-UE u lanqas ma jidderoga minnu. Sabiex jiġi indirizzat dan it-tħassib, ir-Rapporteur tissuġġerixxi serje ta' emendi li għandhom l-għan li jiċċaraw legalment xi wħud mill-kwistjonijiet involuti.

Il-punti prinċipali tal-abbozz ta' opinjoni huma:

(i)  Definizzjonijiet (Artikolu 2)

- Fornituri ta' servizzi ta' hosting;

Id-definizzjoni proposta ta' "fornitur ta' servizzi ta' hosting" hija wiesgħa wisq u mhix ċara mil-lat legali, u tista' b'mod mhux intenzjonat tkopri għadd sinifikanti ta' fornituri, li m'għandhomx jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li d-definizzjoni tiġi mdejqa biex esklużivament tkopri l-fornituri ta' hosting li jippermettu lill-utenti tagħhom jagħmlu kontenut disponibbli għall-pubbliku ġenerali.

- Kontenut terroristiku

Bl-istess mod, id-definizzjoni proposta ta' "kontenut terroristiku" għandha tiġi ċċarata aktar. Ir-Rapporteur tissuġġerixxi li d-definizzjoni proposta tiġi allinjata mad-Direttiva (UE) 2017/541, kif ukoll li jiġi eskluż b'mod espliċitu l-materjal kollu użat għal skopijiet edukattivi, ġurnalistiċi u ta' riċerka.

(ii)  Ordnijiet ta' tneħħija (Artikolu 4)

- Awtoritajiet kompetenti

Il-paragrafu 1 jirrikjedi li l-awtorità kompetenti jkollha s-setgħa li toħroġ deċiżjoni li tirrikjedi li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting ineħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih. Ir-Rapporteur tqis li l-awtoritajiet ġudizzjarji biss, li għandhom biżżejjed għarfien espert biex joħorġu ordni ta' tneħħija valida, għandhom jingħataw is-setgħa li jieħdu deċiżjonijiet bħal dawn.

- Skadenza għall-konformità mal-ordnijiet ta' tneħħija

Il-paragrafu 2 jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih fi żmien siegħa minn meta jirċievu l-ordni ta' tneħħija. Għalkemm il-fornituri għandhom jaġixxu malajr kemm jista' jkun biex ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut terroristiku, siegħa tidher li hija żmien qasir wisq ta' żmien biex jikkonformaw ma' ordni ta' tneħħija. Il-biċċa l-kbira tal-fornituri, b'mod partikolari l-SMEs, m'għandhomx ir-riżorsi adegwati biex jagħmlu dan f'dak it-tul ta' ħin. Skadenza qasira bħal din, flimkien mal-penali severi imposti fuq il-fornituri fl-Artikolu 18, f'każ li ma jkunx hemm konformità, timplika wkoll li l-partijiet affettwati mill-ordnijiet ta' tneħħija, fil-prattika, ikunu mċaħħda minn kull dritt jew opportunità li jikkontestaw tali ordni. Dan jista' potenzjalment iwassal għal sitwazzjonijiet abbużivi, filwaqt ukoll li jipproteġi b'mod insuffiċjenti d-drittijiet fundamentali. Ta' min jinnota wkoll li xi kontenut ta' immaġinijiet li jiċċaqilqu jew kontenut ta' fajl awdjo jista' jdum aktar minn siegħa.

Għalhekk hemm bżonn ta' żmien biżżejjed biex dak li jkun jikkonforma mal-ordnijiet ta' tneħħija. "Fi żmien siegħa" għandha tiġi sostitwita b' "mingħajr dewmien bla bżonn" li tippermetti lill-fornituri jindirizzaw l-ordnijiet ta' tneħħija b'mod ibbilanċjat u xieraq.

- Eċċezzjonijiet

Il-paragrafi 7 u 8 jipprevedu eċċezzjonijiet possibbli biex il-fornituri ma jikkonformawx mal-ordni ta' tneħħija f'każ ta' force majeure, impossibbiltà de facto, żbalji evidenti jew nuqqas ta' informazzjoni suffiċjenti. Ir-Rapporteur, madankollu, tqis tali eċċezzjonijiet bħala limitati wisq, u għalhekk tissuġġerixxi li jiżdiedu eċċezzjonijiet ibbażati fuq raġunijiet tekniċi jew operattivi.

(iii)  Miżuri proattivi (Artikolu 6)

L-Artikolu 6 jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting, fejn xieraq, jieħdu miżuri proattivi biex jipproteġu s-servizzi tagħhom kontra d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online. Dan jirrikjedi wkoll li huma jissottomettu rapport dwar il-miżuri proattivi speċifiċi meħuda biex jiġi prevenut li jerġa' jittella' mill-ġdid kontenut terroristiku li jkun tneħħa qabel jew li għalih l-aċċess ikun ġie diżattivat.

Ir-Rapporteur tqis li dan l-Artikolu huwa problematiku wisq peress li jwassal għall-impożizzjoni ta' obbligu ġenerali ta' monitoraġġ fuq il-fornituri ta' servizzi ta' hosting, b'kontradizzjoni mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE.

Għalkemm il-KE għandha l-intenzjoni li tevita din il-problema billi tagħti xi riassigurazzjoni legali billi tispeċifika fil-Premessa 19 li "[Deċiżjoni li timponi tali] miżuri proattivi speċifiċi m'għandhiex, fil-prinċipju, twassal għall-impożizzjoni ta' obbligu ġenerali ta' monitoraġġ" jidher ċar li dan mhuwiex biżżejjed biex jiggarantixxi li ma jiġi impost l-ebda obbligu ġenerali ta' monitoraġġ. Għall-kuntrarju, il-Kummissjoni ssostni li, "minħabba riskju partikolarment serju assoċjat mat-tixrid ta' kontenut terroristiku", l-istati jistgħu jkunu permessi li "f'każijiet eċċezzjonali, jidderogaw minn dan il-prinċipju skont qafas tal-UE". Dan joħloq bidla maġġuri fl-approċċ ġuridiku eżistenti fir-rigward tal-obbligi tas-servizzi ta' hosting online u r-reġim tar-responsabbiltà tagħhom, kif ukoll ikollu impatt drammatiku fuq id-drittijiet fundamentali.

Barra minn hekk, l-Artikolu 6 joħloq xi problemi fir-rigward tad-Direttiva (UE) 2018/1808/UE. Il-fornituri ta' pjattaformi ta' kondiviżjoni ta' vidjows (VSPs) li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament propost ikollhom jieħdu miżuri proattivi. L-Artikolu 28b(1) tad-Direttiva jirrikjedi li VSPs "jieħdu l-miżuri xierqa biex jipproteġu lill-pubbliku ġenerali minn programmi (...) li fihom kontenut li d-disseminazzjoni tiegħu tirrappreżenta attività li hija reat kriminali skont il-liġi tal-Unjoni, jiġifieri provokazzjoni pubblika sabiex jitwettaq reat terroristiku kif stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva (UE) 2017/541". Jiddikjara b'mod ċar ukoll li dawk il-miżuri "ma għandhom iwasslu għall-ebda miżura ta' kontroll ex ante jew filtraġġ tal-kontenut imtella' li ma jikkonformax mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE". Għalhekk il-miżuri proattivi jidhru li huma inkompatibbli mal-projbizzjoni ta' kontroll ex ante u l-iffiltrar ta' kontenut imtella' kif previst fid-Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva.

F'dak il-kuntest, fid-dawl tal-kontradizzjonijiet legali bejn ir-Regolament propost u d-Direttivi 2000/31/KE u (UE) 2018/1808, ir-Rapporteur jissuġġerixxi t-tħassir tal-Artikolu 6.

(iv)  Penali

L-Artikolu 18 jipprevedi serje ta' penali applikabbli għall-ksur tal-obbligi mill-fornituri ta' servizzi ta' hosting skont ir-Regolament. Huma previsti penali finanzjarji severi f'każ fejn fornituri ta' servizzi ta' hosting jonqsu b'mod sistematiku milli jikkonformaw mal-ordnijiet ta' tneħħija. Ir-Rapporteur tqis li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali fil-livell nazzjonali, b'mod proporzjonat u prattikabbli. Huma għandhom jiddeċiedu wkoll jekk għandhomx jimponu penali finanzjarji fuq il-fornituri. Ir-Rapporteur għalhekk tissuġġerixxi t-tneħħija tal-penali finanzjarji kif propost mill-Kummissjoni, kemm sabiex jiġi evitat li jitpoġġa piż żejjed fuq il-fornituri iżgħar, li s-sopravivenza tagħhom ma tibqax possibbli b'sanzjonijiet finanzjarji bħal dawn, kif ukoll sabiex jiġi evitat li tinħoloq sitwazzjoni fejn il-kumpaniji jistgħu jimblukkaw u jneħħu b'mod esaġerat il-kontenut sabiex jipproteġu lilhom infushom kontra l-possibbiltà ta' penali finanzjarji.

Fuq dawn il-punti ewlenin, ir-Rapporteur tagħmel serje ta' emendi biex tikkjarifika kwistjonijiet legalment differenti, fir-rigward tar-rispett għad-drittijiet fundamentali, il-mekkaniżmi ta' rimedju u d-dritt ta' appell.

Fl-aħħar nett, ir-Rapporteur tixtieq ittenni xi prinċipji bażiċi essenzjali għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni għat-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti li jmorru ferm lil hinn minn kwalunkwe miżura li l-Unjoni tista' tieħu biex tindirizza d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online. Ma tistax tiġi sottovalutata l-importanza tal-litteriżmu medjatiku u diġitali għaċ-ċittadini kollha ta' kull età. F'dak ir-rigward, fost l-azzjonijiet ewlenin li għandhom jittieħdu għall-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni, l-Unjoni għandha tiżgura l-koerenza fil-politika tagħha u tipprova trawwem kooperazzjoni aktar mill-qrib mas-soċjetà ċivili u l-fornituri tas-servizzi online biex jiġu indirizzati l-isfidi ffaċċjati online. Iridu jiżdiedu l-isforzi biex iż-żgħażagħ jiġu inkoraġġiti jaħsbu b'mod kritiku dwar il-messaġġi estremisti disponibbli online. Il-prattiki tajba u r-riċerka dwar l-inklużjoni tal-litteriżmu medjatiku fl-edukazzjoni u t-taħriġ formali, kif ukoll fit-tagħlim mhux formali u informali huma wkoll tal-akbar importanza.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Titolu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Proposta għal

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online

dwar l-indirizzar tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online

Kontribut mill-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja

Kontribut mill-Kummissjoni Ewropea għal-laqgħa tal-Mexxejja

f'Salzburg fid-19-20 ta' Settembru 2018

f'Salzburg fid-19-20 ta' Settembru 2018

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku diġitali f'soċjetà miftuħa u demokratika, billi jipprevjeni l-użu ħażin tas-servizzi ta' hosting għal skopijiet terroristiċi. Il-funzjonament tas-suq uniku diġitali għandu jittejjeb billi tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting, it-tisħiħ tal-fiduċja tal-utenti fl-ambjent online, u billi jissaħħu s-salvagwardji għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni.

(1)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku diġitali f'soċjetà miftuħa u demokratika, billi jipprevjeni l-użu ħażin tas-servizzi ta' hosting għal skopijiet terroristiċi u li jipprovdi għodda konkreta biex jiġi miġġieled tali fenomenu u jgħin biex jiġu żgurati l-libertà u s-sigurtà għaċ-ċittadini. Il-funzjonament tas-suq uniku diġitali jenħtieġ li jittejjeb billi tissaħħaħ iċ-ċertezza tad-dritt għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting, it-tisħiħ tal-fiduċja tal-utenti fl-ambjent online, u billi jissaħħu s-salvagwardji għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, u d-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll il-libertà tal-istampa u l-pluraliżmu tal-midja.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1a)  Il-kontenut terroristiku jagħmel parti mill-problema aktar mifruxa tal-kontenut illegali online, li jinkludi forom oħrajn ta' kontenut bħall-isfruttament sesswali tat-tfal, prattiki kummerċjali illegali u ksur tal-proprjetà intellettwali. It-traffikar ta' kontenut illegali spiss jitwettaq minn organizzazzjonijiet terroristiċi u organizzazzjonijiet kriminali oħra għall-ħasil u l-ġbir ta' flus biex jibdew jiffinanzjaw l-operazzjonijiet tagħhom. Din il-problema tirrikjedi taħlita ta' miżuri leġiżlattivi, mhux leġiżlattivi u volontarji bbażati fuq il-kollaborazzjoni bejn l-awtoritajiet u l-fornituri, b'rispett sħiħ għad-drittijiet fundamentali. Għalkemm it-theddida tal-kontenut illegali ttaffiet permezz ta' inizjattivi ta' suċċess bħall-Kodiċi ta' Kondotta dwar id-Diskors ta' Mibegħa mmexxi mill-industrija u l-Alleanza Globali WePROTECT biex jintemm l-abbuż sesswali tat-tfal online, huwa neċessarju li jiġi stabbilit qafas leġiżlattiv għal kooperazzjoni transfruntiera bejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali biex jitneħħa l-kontenut illegali.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting attivi fuq l-internet għandhom rwol essenzjali fl-ekonomija diġitali billi joħolqu konnessjoni bejn in-negozju u ċ-ċittadini billi jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u l-wasla tal-informazzjoni, l-opinjonijiet u l-ideat, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Madankollu, is-servizzi tagħhom f'ċerti każijiet huma abbużati minn partijiet terzi biex iwettqu attivitajiet illegali online. Problema partikolari hi l-użu ħażin tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting minn gruppi terroristiċi u s-sostenituri tagħhom biex ixerrdu kontenut terroristiku online sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom, jirradikalizzaw u jirreklutaw u biex jiffaċilitaw u jidderieġu l-attività terroristika.

(2)  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting attivi fuq l-internet għandhom rwol essenzjali fl-ekonomija diġitali billi joħolqu konnessjoni bejn in-negozju u ċ-ċittadini billi jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u l-wasla tal-informazzjoni, l-opinjonijiet u l-ideat, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Madankollu, is-servizzi tagħhom f'ċerti każijiet huma abbużati minn partijiet terzi biex iwettqu attivitajiet illegali online li jikkostitwixxu reat kriminali taħt il-liġi tal-Unjoni. Problema partikolari hi l-użu ħażin tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting minn gruppi terroristiċi u s-sostenituri tagħhom biex ixerrdu kontenut terroristiku online sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom, jirradikalizzaw u jirreklutaw u biex jiffaċilitaw u jmexxu attività terroristika.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-preżenza ta' kontenut terroristiku online għandha konsegwenzi negattivi serji għall-utenti, għaċ-ċittadini u għas-soċjetà inġenerali, kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi online li jospitaw tali kontenut, peress li ddgħajjef il-fiduċja tal-utenti tagħhom u tagħmel ħsara lill-mudelli tan-negozju tagħhom. Fid-dawl tar-rwol ċentrali tagħhom u l-mezzi u l-kapaċitajiet teknoloġiċi assoċjati mas-servizzi li jipprovdu, il-fornituri tas-servizzi onlajn għandhom responsabbiltajiet soċjetali partikolari biex jipproteġu s-servizzi tagħhom minn użu ħażin mit-terroristi u jgħinu biex jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku mxerred permezz tas-servizzi tagħhom.

(3)  Minkejja li mhijiex l-uniku fattur, il-preżenza ta' kontenut terroristiku online tat prova tal-fatt li hija kruċjali f'termini ta' radikalizzazzjoni ta' individwi li jkunu wettqu atti terroristiċi fl-Unjoni u barra minnha, b'konsegwenzi negattivi serji ħafna mhux biss għaċ-ċittadini u għas-soċjetà inġenerali, iżda wkoll għall-fornituri ta' servizzi online li jospitaw tali kontenut, peress li ddgħajjef il-fiduċja tal-utenti tagħhom u tagħmel ħsara lill-mudelli tan-negozju tagħhom. B'mod korrispondenti, fid-dawl tar-rwol ċentrali tagħhom u l-kapaċitajiet professjonali, flimkien mal-mezzi teknoloġiċi assoċjati mas-servizzi li jipprovdu, filwaqt li titqies l-importanza li jiġu salvagwardjati l-libertajiet fundamentali tal-espressjoni u l-informazzjoni, il-fornituri ta' servizzi online għandhom responsabbiltajiet soċjetali partikolari biex jipproteġu s-servizzi tagħhom minn użu ħażin mit-terroristi u jgħinu biex jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku mxerred permezz tas-servizzi tagħhom.

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-isforzi fil-livell tal-Unjoni biex jiġi miġġieled il-kontenut terroristiku online li bdew fl-2015 permezz ta' qafas ta' kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jeħtieġ li jkunu ikkumplimentati minn qafas leġiżlattiv ċar sabiex ikomplu jnaqqsu l-aċċessibbiltà għal kontenut terroristiku online u jindirizzaw b'mod adegwat problema li tevolvi b'mod rapidu. Dan il-qafas leġiżlattiv għandu l-għan li jibni fuq l-isforzi volontarji, li ġew imsaħħa mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/3347 u jwieġeb għas-sejħiet li saru mill-Parlament Ewropew biex jissaħħu l-miżuri biex jindirizzaw il-kontenut illegali u ta' ħsara u mill-Kunsill Ewropew biex itejbu l-individwazzjoni awtomatika u t-tneħħija ta' kontenut li jinċita atti terroristiċi.

(4)  L-isforzi fil-livell tal-Unjoni biex jiġi miġġieled il-kontenut terroristiku online bdew fl-2015 permezz ta' qafas ta' kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting.  Sfortunatament, irriżulta li l-kooperazzjoni ma kinitx biżżejjed biex jiġi miġġieled dan il-fenomenu. Għalhekk, jeħtieġ li l-liġi tal-Unjoni tiġi kkomplementata minn qafas leġiżlattiv ċar sabiex tkompli titnaqqas l-aċċessibbiltà għal kontenut terroristiku online u tiġi indirizzata b'mod adegwat problema li tevolvi b'mod rapidu. Dan il-qafas leġiżlattiv għandu l-għan li jibni fuq l-isforzi volontarji, li ġew imsaħħa mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/3347 u jwieġeb għas-sejħiet li saru mill-Parlament Ewropew biex jissaħħu l-miżuri biex jiġi indirizzat il-kontenut illegali u ta' ħsara u mill-Kunsill Ewropew biex titjieb l-individwazzjoni awtomatika u jitneħħa kontenut li jinċita atti terroristiċi.

_________________

_________________

7 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

7 Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE8. B'mod partikolari, kwalunkwe miżura meħuda mill-fornitur ta' servizz ta' hosting f'konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż kwalunkwe miżura proattiva, m'għandhomx fihom infushon iwasslu biex dak il-fornitur ta' servizzi jitlef il-benefiċċju tal-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista f'dik id-dispożizzjoni. Dan ir-Regolament ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li jistabbilixxu r-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting f'każijiet speċifiċi fejn il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE għal eżenzjoni mir-responsabbiltà ma jiġux issodisfati.

(5)  Jenħtieġ li l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament ma taffettwax l-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE8. B'mod partikolari, kwalunkwe miżura meħuda mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting f'konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż kwalunkwe miżura proattiva, jenħtieġ li fiha nnifisha ma twassalx biex dak il-fornitur ta' servizzi jitlef il-benefiċċju tal-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista f'dik id-dispożizzjoni, peress li l-Artikolu 14 jirrikjedi li l-fornituri ta' servizzi jaġixxu minnufih biex ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut illegali malli jiġu mgħarrfa dwar attività jew informazzjoni illegali. Dan ir-Regolament ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li jistabbilixxu r-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting f'każijiet speċifiċi fejn il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE għal eżenzjoni mir-responsabbiltà ma jiġux issodisfati.

_________________

_________________

8 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (‘Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku') (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

8 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (‘Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku') (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 6a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6a)  L-obbligi stabbiliti f'dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jaffettwawx id-dmir u l-kapaċità tal-awtoritajiet u tal-qrati nazzjonali li jieħdu azzjonijiet xierqa, raġonevoli u proporzjonati kontra reati kriminali f'konformità mal-liġi nazzjonali.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika filwaqt li jistabbilixxi salvagwardji xierqa u robusti biex jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali involuti. Dan jinkludi d-drittijiet tar-rispett tal-ħajja privata u tal-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluża l-libertà li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, il-libertà li jitwettaq negozju, u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jadottaw biss miżuri li huma meħtieġa, xierqa u proporzjonati f'soċjetà demokratika, b'kunsiderazzjoni tal-importanza partikolari mogħtija lill-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, li tikkostitwixxi wieħed mill-pedamenti essenzjali ta' soċjetà pluralista, demokratika, u hija waħda mill-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Il-miżuri li jikkostitwixxu interferenza fil-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni għandhom ikunu strettament immirati, fis-sens li jridu jservu biex jipprevjenu t-tixrid ta' kontenut terroristiku, iżda mingħajr ma jiġi affettwat id-dritt li wieħed jirċievi u jgħaddi informazzjoni legalment, filwaqt li jitqies ir-rwol ċentrali tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting biex jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u l-wasla ta' fatti, opinjonijiet u ideat skont il-liġi.

(7)  Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika filwaqt li jistabbilixxi salvagwardji xierqa u robusti biex jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali involuti. Dan jinkludi d-drittijiet tar-rispett tal-ħajja privata u tal-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluża l-libertà li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, il-libertà li jitwettaq negozju, u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti, kif definit f'dan ir-Regolament, u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jadottaw b'mod esklużiv miżuri li jkunu meħtieġa, xierqa u proporzjonati f'soċjetà demokratika, b'kunsiderazzjoni tal-importanza partikolari mogħtija lil-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, id-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali, li jikkostitwixxu l-pedamenti essenzjali ta' soċjetà pluralista, demokratika, u waħda mill-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Il-miżuri li jittieħdu taħt dan ir-Regolament jenħtieġ li jkunu neċessarji, xierqa u proporzjonati għall-għan li jsegwu biex jikkontribwixxu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu, iżda mingħajr ma jiġi affettwat id-dritt li wieħed jirċievi u jgħaddi informazzjoni legalment, filwaqt li jitqies ir-rwol ċentrali tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting biex jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u l-wasla ta' fatti, opinjonijiet u ideat skont il-liġi.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Id-dritt għal rimedju effettiv huwa minqux fl-Artikolu 19 tat-TUE u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti kontra kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament, li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet ta' dik il-persuna. Id-dritt jinkludi, b'mod partikolari l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-fornituri tal-kontenut li jikkontestaw b'mod effettiv l-ordnijiet ta' tneħħija quddiem il-qorti tal-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġu l-ordni ta' tneħħija.

(8)  Id-dritt għal rimedju effettiv huwa minqux fl-Artikolu 19 tat-TUE u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti kontra kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament, li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet ta' dik il-persuna. Id-dritt jinkludi, b'mod partikolari l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-fornituri tal-kontenut ikunu infurmati dwar ir-rimedju, il-possibbiltà li l-fornituri tal-kontenut iressqu appell kontra deċiżjonijiet ta' tneħħija li jittieħdu minn fornitur ta' servizzi ta' hosting u l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-fornituri tal-kontenut jikkontestaw b'mod effettiv l-ordnijiet ta' tneħħija quddiem il-qorti tal-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġu l-ordni ta' tneħħija, kif ukoll il-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jikkontestaw kwalunkwe deċiżjoni li timponi penali quddiem il-qrati tal-Istat Membru fejn huma stabbiliti jew fejn għandhom rappreżentant legali.

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar l-azzjonijiet li għandhom jieħdu kemm il-fornituri tas-servizzi ta' hosting kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti biex jiġi evitat it-tixrid ta' kontenut terroristiku online, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi definizzjoni ta' kontenut terroristiku għal skopijiet preventivi abbażi tad-definizzjoni ta' reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Minħabba l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-propaganda terroristika l-aktar dannuża online, id-definizzjoni għandha taqbad materjal u informazzjoni li jinstigaw, jinkoraġġixxu jew jippromwovu t-twettiq jew il-kontribuzzjoni tar-reati terroristiċi, tipprovdi struzzjonijiet għat-twettiq ta' dawn ir-reati jew tippromwovi l-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' grupp terroristiku. Din l-informazzjoni tinkludi b'mod partikolari, testi miktuba, stampi, reġistrazzjonijiet awdjo u vidjows. Meta jiġi vvalutat jekk il-kontenut jikkostitwixxix kontenut terroristiku skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jieħdu kont ta' fatturi bħan-natura u l-kliem tad-dikjarazzjonijiet, il-kuntest li fih saru d-dikjarazzjonijiet u l-potenzjal tagħhom li jwasslu għal konsegwenzi ta' ħsara, u b'hekk jiġu affettwati s-sigurtà u s-sikurezza tal-persuni. Il-fatt li l-materjal kien prodott, huwa attribwibbli jew imxerred f'isem organizzazzjoni jew persuna terroristika elenkata mill-UE, jikkostitwixxi fattur importanti fil-valutazzjoni. Il-kontenut imxerred għal finijiet edukattivi, ġurnalistiċi jew ta' riċerka għandu jkun protett b'mod adegwat. Barra minn hekk, l-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi m'għandhiex titqies bħala kontenut terroristiku.

(9)  Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar l-azzjonijiet li jenħtieġ li jieħdu kemm il-fornituri ta' servizzi ta' hosting kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti biex tiġi evitata d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi definizzjoni ta' kontenut terroristiku għal skopijiet preventivi abbażi tad-definizzjoni ta' reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Minħabba l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-propaganda terroristika l-aktar dannuża online, id-definizzjoni jenħtieġ li tkopri materjal u informazzjoni li jinċitaw, jinkoraġġixxu jew jippromwovu t-twettiq jew il-kontribuzzjoni tar-reati terroristiċi, tipprovdi struzzjonijiet għat-twettiq ta' dawn ir-reati jew tippromwovi l-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' grupp terroristiku. Din l-informazzjoni tinkludi b'mod partikolari, testi miktuba, stampi, reġistrazzjonijiet awdjo u vidjows. Meta jiġi vvalutat jekk il-kontenut jikkostitwixxix kontenut terroristiku skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-fornituri tas-servizzi ta' hosting jenħtieġ li jieħdu kont ta' fatturi bħan-natura u l-kliem tad-dikjarazzjonijiet, il-kuntest li fih saru d-dikjarazzjonijiet u l-potenzjal tagħhom li jwasslu għal konsegwenzi ta' ħsara, u b'hekk jiġu affettwati s-sigurtà u s-sikurezza tal-persuni. Il-fatt li l-materjal kien prodott, huwa attribwibbli jew imxerred f'isem organizzazzjoni jew persuna terroristika elenkata mill-UE, jikkostitwixxi fattur importanti fil-valutazzjoni. Ovvjament, kontenut imxerred għal finijiet edukattivi, ġurnalistiċi jew ta' riċerka jenħtieġ li jiġi identifikat jkun protett b'mod adegwat u jenħtieġ li ma jiġix meqjus b'mod ugwali għal inċitament għat-terroriżmu sakemm id-disseminazzjoni ta' tali kontenut ma jippermettix li jintuża għal skopijiet terroristiċi. B'hekk jintlaħaq bilanċ ġust bejn il-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni u r-rekwiżiti tas-sigurtà pubblika. B'mod partikolari, kull deċiżjoni ta' tneħħija ta' kontenut ġurnalistiku jenħtieġ li tqis il-kodiċi ta' awtoregolamentazzjoni u ta' etika tal-ġurnalisti, f'konformità mal-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni. B'koerenti ma' dan, jenħtieġ li l-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi ma titqiesx bħala kontenut terroristiku.

_________________

_________________

9 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

9 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex ikunu koperti dawk is-servizzi ta' hosting online fejn jiġi mxerred il-kontenut terroristiku, dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu l-informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz fuq talba tiegħu jew tagħha u meta jagħmlu l-informazzjoni maħżuna disponibbli għal partijiet terzi, irrispettivament minn jekk din l-attività tkunx ta' natura sempliċiment teknika, awtomatika u passiva. Pereżempju, tali fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jinkludu pjattaformi ta' midja soċjali, servizzi ta' streaming ta' filmati, vidjow, immaġni u servizzi ta' kondiviżjoni tal-awdjo, kondiviżjoni ta' fajls u servizzi oħra ta' cloud sal-punt li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli lil partijiet terzi u siti web fejn l-utenti jistgħu jagħmlu kummenti jew rieżamijiet. Ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting stabbiliti barra l-Unjoni iżda li joffru servizzi fi ħdan l-Unjoni, peress li proporzjon sinifikanti ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom huma stabbiliti f'pajjiżi terzi. Dan għandu jiżgura li l-kumpaniji kollha li joperaw fis-Suq Uniku Diġitali jikkonformaw mal-istess rekwiżiti, irrispettivament mill-pajjiż ta' stabbiliment tagħhom. L-istabbiliment ta' jekk fornitur tas-servizzi joffrix servizzi fl-Unjoni jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-fornitur tas-servizzi jippermettix persuni ġuridiċi jew fiżiċi fi Stat Membru wieħed jew aktar jużaw is-servizzi tiegħu. Madankollu, is-sempliċi aċċessibbiltà tas-sit web tal-fornitur ta' servizz jew ta' indirizz elettroniku u ta' dettalji oħra ta' kuntatt fi Stat Membru wieħed jew aktar meħuda b'mod iżolat m'għandhiex tkun kundizzjoni suffiċjenti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(10)  Sabiex ikunu koperti dawk is-servizzi ta' hosting online fejn jiġi mxerred il-kontenut terroristiku, jenħtieġ li dan ir-Regolament japplika biss għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu l-informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz fuq talba tiegħu jew tagħha u li jqiegħdu tali materjal għad-dispożizzjoni tal-pubbliku, li jfisser li l-fornituri ta' kontenut ma jiddeterminawx minn qabel l-ambitu tal-utenti potenzjali tal-kontenut. Pereżempju, tali fornituri jinkludu pjattaformi ta' kondiviżjoni ta' vidjows, pjattaformi tal-midja soċjali, servizzi ta' streaming, servizzi ta' kondiviżjoni tal-immaġinijiet u tal-awdjo, servizzi ta' kondiviżjoni tal-fajls, u servizzi oħra cloud u ta' ħżin, bl-eċċezzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting tal-cloud minn negozju għal negozju sa fejn dawn iqiegħdu l-materjal għad-dispożizzjoni tal-pubbliku. Għall-fini ta' dan ir-Regolament, fornituri ta' servizzi ta' hosting li jipprovdu l-infrastruttura teknika lill-operaturi ta' siti web, sempliċi mezzi ta' trażmissjoni u servizzi oħra ta' komunikazzjoni elettronika, servizzi ta' caching, servizzi ta' infrastruttura ta' IT cloud, servizzi ta' protezzjoni, servizzi oħra pprovduti f'saffi oħra tal-infrastruttura tal-internet, bħalma huma r-reġistri u r-reġistraturi, is-sistemi tal-ismijiet tad-dominji (DNS), is-servizzi kontigwi, bħalma huma s-servizzi ta' pagament, l-attakki distribwiti li jwaqqfu s-servizz (DDoS), is-servizzi ta' protezzjoni, is-servizzi ta' komunikazzjoni interpersonali li jippermettu l-iskambju interpersonali u interattiv dirett ta' informazzjoni bejn għadd finit ta' persuni, li permezz tagħhom il-persuni li jibdew jew li jkunu qed jieħdu sehem fil-komunikazzjoni jiddeterminaw min jirċeviha, jenħtieġ għalhekk li jkunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tiegħu. "Servizzi tal-infrastruttura cloud" li jinkludu l-forniment ta' riżorsi fiżiċi jew virtwali on demand li jipprovdu kapaċitajiet ta' computing u ta' infrastruttura tal-ħażna li fuqhom il-fornitur ta' servizz ma jkollu l-ebda dritt kuntrattwali fir-rigward ta' liema kontenut jinħażen jew kif jiġi pproċessat jew isir disponibbli għall-pubbliku mill-klijenti tiegħu jew mill-utenti aħħarin ta' tali klijenti, u fejn il-fornitur ta' servizz ma jkollu l-ebda kapaċità teknika li jneħħi kontenut speċifiku maħżun mill-klijenti tiegħu jew mill-utenti aħħarin tal-klijenti tiegħu, ukoll jenħtieġ li ma jitqisux li jaqgħu taħt il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Ir-Regolament jenħtieġ li japplika wkoll għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting stabbiliti barra l-Unjoni iżda li joffru servizzi fi ħdan l-Unjoni, peress li proporzjon sinifikanti ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom huma stabbiliti f'pajjiżi terzi. Dan għandu jiżgura li l-kumpaniji kollha li joperaw fis-Suq Uniku Diġitali jikkonformaw mal-istess rekwiżiti, irrispettivament mill-pajjiż ta' stabbiliment tagħhom. Id-deċiżjoni dwar jekk fornitur ta' servizzi joffrix servizzi fl-Unjoni tirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-fornitur ta' servizzi jippermettix persuni ġuridiċi jew fiżiċi fi Stat Membru wieħed jew aktar jużaw is-servizzi tiegħu. Madankollu, is-sempliċi aċċessibbiltà tas-sit web tal-fornitur ta' servizzi jew ta' indirizz elettroniku u ta' dettalji oħra ta' kuntatt fi Stat Membru wieħed jew aktar meħuda b'mod iżolat jenħtieġ li ma tkunx kundizzjoni suffiċjenti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom japplikaw ċerti dmirijiet ta' kura, sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom. Dawn id-dmirijiet ta' kura m'għandhomx jammontaw għal obbligu ta' monitoraġġ ġenerali. Jenħtieġ li d-dmirijiet ta' diliġenza jinkludu li, meta jiġi applikat dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting jaġixxu b'mod diliġenti, proporzjonat u nondiskriminatorju fir-rigward tal-kontenut li jaħżnu, b'mod partikolari meta jimplimentaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess, bil-għan li tiġi evitata t-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex terroristiku. It-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għandha ssir fl-osservanza tal-libertà ta' l-espressjoni u tal-informazzjoni.

(12)  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li japplikaw ċerti dmirijiet ta' diliġenza għall-prevenzjoni u l-iskoraġġiment tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom. Jenħtieġ li dawn id-dmirijiet ta' diliġenza ma jammontawx għal obbligu ta' monitoraġġ ġenerali u jenħtieġ li jkunu mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE. Jenħtieġ li d-dmirijiet ta' diliġenza jinkludu li, meta jiġi applikat dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting jaġixxu b'mod diliġenti, proporzjonat u nondiskriminatorju fir-rigward tal-kontenut li jaħżnu, b'mod partikolari meta jimplimentaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess, bil-għan li tiġi evitata t-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex terroristiku. Il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni jenħtieġ li tiġi rrispettata kif xieraq meta jkun qed jitneħħa kontenut jew ikun qed jiġi diżattivat l-aċċess għalih. Jenħtieġ li l-mekkaniżmi tal-ilment u tar-rimedju effettivi u immedjati jiġu magħmula disponibbli mill-fornituri ta' servizzi ta' hosting fil-każ ta' tneħħija mhux iġġustifikata ta' kontenut.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Għandhom jiġu armonizzati l-proċedura u l-obbligi li jirriżultaw minn ordnijiet legali li jitolbu li l-fornituri tas-servizzi ta' hosting jneħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih, wara valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa fir-rigward tal-għażla tal-awtoritajiet kompetenti li tippermettilhom jaħtru awtoritajiet amministrattivi, tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji ma' dik il-ħidma. Minħabba l-veloċità li biha jiġi mxerred il-kontenut terroristiku bejn is-servizzi online, din id-dispożizzjoni timponi obbligi fuq dawk li jipprovdu servizz ta' hosting biex jiżguraw li l-kontenut terroristiku identifikat fl-ordni ta' tneħħija, jitneħħa jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat fi żmien siegħa minn meta tiġi riċevuta l-ordni ta' tneħħija. Hu f'idejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jiddeċiedu dwar jekk għandhomx ineħħu l-kontenut inkwistjoni jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut għall-utenti fl-Unjoni.

(13)  L-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jenħtieġ li jivvalutaw jekk il-kontenut huwiex kontenut terroristiku, u jenħtieġ li joħorġu ordni ġuridiku biex jitolbu lill-fornituri ta' servizzi ta' hosting jew ineħħu tali kontenut jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih. Minħabba l-veloċità li biha jiġi mxerred il-kontenut terroristiku bejn is-servizzi online, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jiżguraw li tali kontenut terroristiku identifikat fl-ordni ta' tneħħija jitneħħa jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat mingħajr dewmien żejjed wara li jkunu irċevew l-ordni ta' tneħħija. Hu f'idejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jiddeċiedu dwar jekk għandhomx ineħħu l-kontenut inkwistjoni jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut għall-utenti fl-Unjoni.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Meta wieħed iqis l-iskala u l-ħeffa meħtieġa biex jiġi identifikat b'mod effettiv u jitneħħa l-kontenut terroristiku, miżuri proattivi proporzjonati, inkluż bl-użu ta' mezzi awtomatizzati f'ċerti każijiet, huma element essenzjali fl-indirizzar tal-kontenut terroristiku fuq l-internet. Bil-ħsieb li titnaqqas l-aċċessibbiltà tal-kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' hosting jivvalutaw jekk huwiex xieraq li jittieħdu miżuri proattivi skont ir-riskji u l-livell ta' esponiment għal kontenut terroristiku kif ukoll dwar l-effetti fuq id-drittijiet ta' partijiet terzi u l-interess pubbliku tal-informazzjoni. Konsegwentement, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jiddeterminaw liema miżura proattiva xierqa, effettiva u proporzjonata għandha tiġi stabbilita. Dan ir-rekwiżit m'għandux jimplika obbligu ġenerali ta' monitoraġġ. Fil-kuntest ta' din il-valutazzjoni, in-nuqqas ta' ordnijiet għat-tneħħija u r-riferimenti indirizzati lill-fornitur ta' hosting, huwa indikazzjoni ta' livell baxx ta' esponiment għal kontenut terroristiku.

(16)  Meta wieħed iqis l-iskala u l-ħeffa meħtieġa biex jiġi identifikat b'mod effettiv u jitneħħa l-kontenut terroristiku, miżuri proattivi proporzjonati, inkluż bl-użu ta' mezzi awtomatizzati f'ċerti każijiet, huma element essenzjali fl-indirizzar tal-kontenut terroristiku fuq l-internet. Bil-ħsieb li titnaqqas l-aċċessibbiltà tal-kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jivvalutaw jekk huwiex xieraq, effettiv u proporzjonat li jittieħdu miżuri proattivi mmirati skont ir-riskji u l-livell ta' esponiment għal kontenut terroristiku kif ukoll dwar l-effetti fuq id-drittijiet ta' partijiet terzi u l-interess pubbliku tal-informazzjoni. Konsegwentement, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jiddeterminaw liema miżura proattiva xierqa, effettiva u proporzjonata għandha tiġi stabbilita. Dan ir-rekwiżit jenħtieġ li ma jimplikax obbligu ġenerali ta' monitoraġġ f'konformità mal-Artikolu 15 tad-Direttiva 2000/31/KE. Dan jenħtieġ li jkun ukoll mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2018/1808, li tirrikjedi li l-pjattaformi ta' kondiviżjoni ta' vidjows (VSP) jieħdu miżuri biex jipproteġu lill-pubbliku ġenerali minn kontenut li d-disseminazzjoni tiegħu tikkostitwixxi attività li hija reat kriminali taħt il-liġi tal-Unjoni. Fil-kuntest ta' din il-valutazzjoni, in-nuqqas ta' ordnijiet għat-tneħħija u r-riferimenti indirizzati lill-fornitur ta' hosting, huwa indikazzjoni ta' livell baxx ta' esponiment għal kontenut terroristiku.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Meta jimplimentaw miżuri proattivi, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jiżguraw li d-dritt tal-utenti għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni - inkluż li wieħed jirċievi u jaqsam liberament l-informazzjoni - jiġi ppreservat. Minbarra kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jaġixxu bid-diliġenza dovuta u jimplimentaw salvagwardji, inkluż b'mod partikolari s-sorveljanza u l-verifiki tal-bniedem, fejn xieraq, biex tiġi evitata kwalunkwe deċiżjoni mhux intenzjonata u żbaljata li twassal għat-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex kontenut terroristiku. Dan huwa ta' rilevanza partikolari meta l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jużaw mezzi awtomatizzati għad-detezzjoni tal-kontenut terroristiku. Kwalunkwe deċiżjoni biex jintużaw mezzi awtomatizzati, kemm jekk meħuda mill-fornitur tas-servizz ta' hosting kif ukoll skont talba mill-awtorità kompetenti, għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-affidabbiltà tat-teknoloġija sottostanti u l-impatt li jirriżulta fuq id-drittijiet fundamentali.

(17)  Meta jimplimentaw miżuri proattivi, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jiżguraw li d-dritt tal-utenti għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni - inkluż li wieħed jirċievi u jaqsam liberament l-informazzjoni - jiġi ppreservat. Minbarra kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jaġixxu bid-diliġenza dovuta u jimplimentaw salvagwardji, inkluż b'mod partikolari s-sorveljanza u l-verifiki tal-bniedem, fejn xieraq, biex tiġi evitata kwalunkwe deċiżjoni mhux intenzjonata u żbaljata li twassal għat-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex kontenut terroristiku. Dan huwa ta' rilevanza partikolari meta l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jużaw mezzi awtomatizzati għad-detezzjoni tal-kontenut terroristiku. Kwalunkwe deċiżjoni biex jintużaw mezzi awtomatizzati, kemm jekk meħuda mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting kif ukoll skont talba mill-awtorità kompetenti, jenħtieġ li tiġi vvalutata fir-rigward tal-affidabbiltà tat-teknoloġija fil-bażi u l-impatt li jirriżulta fuq id-drittijiet fundamentali. Jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jistabbilixxu mekkaniżmi ta' rimedju u ta' kumpens effettivi u immedjati biex jindirizzaw każijiet ta' tneħħija mhux iġġustifikata ta' kontenut.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu ħażin tas-servizzi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu rċevew ordni ta' tneħħija, li tkun saret finali, biex jirrapportaw dwar il-miżuri proattivi meħuda. Dawn jistgħu jikkonsistu f'miżuri li jipprevjenu l-applowd mill-ġdid tal-kontenut terroristiku, it-tneħħija jew id-diżattivar tal-aċċess għalih bħala riżultat ta' ordni ta' tneħħija jew ta' riferimenti li jkunu rċevew, il-verifika fuq għodda miżmuma pubblikament jew privatament li jkun fiha kontenut terroristiku magħruf. Huma jistgħu iħaddmu wkoll l-użu ta' għodod tekniċi affidabbli biex jidentifikaw kontenut terroristiku ġdid, jew billi jużaw dawk disponibbli fis-suq jew dawk żviluppati mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting. Il-fornitur tas-servizz għandu jirrapporta dwar il-miżuri proattivi speċifiċi fis-seħħ sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiġġudika jekk il-miżuri humiex effettivi u proporzjonati u jekk, kieku jintużaw il-mezzi awtomatizzati, il-fornitur tas-servizz ta' hosting ikollux il-kapaċitajiet meħtieġa għas-sorveljanza u l-verifika umani. Fil-valutazzjoni tal-effettività u l-proporzjonalità tal-miżuri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-parametri rilevanti inkluż l-għadd tal-ordnijiet ta' tneħħija u r-riferimenti maħruġa lill-fornitur, il-kapaċità ekonomika tagħhom u l-impatt tas-servizz tiegħu fit-tixrid tal-kontenut terroristiku (pereżempju, filwaqt li jitqies l-għadd ta' utenti fl-Unjoni).

(18)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu ħażin tas-servizzi tagħhom, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu rċevew ordni ta' tneħħija, li tkun saret finali, jirrapportaw dwar il-miżuri proattivi meħuda, kif ukoll dwar il-funzjonament tal-mekkaniżmi tal-lmenti u tal-kumpens. Dawn jistgħu jikkonsistu f'miżuri biex li jipprevjenu li jitfaċċja mill-ġdid kontenut terroristiku li jkun diġà tneħħa jew li l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat bħala riżultat ta' ordni ta' tneħħija jew ta' riferimenti li jkunu rċevew, permezz ta' verifika b'għodod miżmuma pubblikament jew privatament li jkun fihom kontenut terroristiku magħruf. Huma jistgħu iħaddmu wkoll għodod tekniċi affidabbli biex jidentifikaw kontenut terroristiku ġdid, pereżempju fejn jintuża kontenut terroristiku b'mod parzjali jew sħiħ li diġà jkun soġġett għal ordni ta' tneħħija definittiva jew fejn dan jittella' minn utenti li jkunu diġà tellgħu kontenut terroristiku, billi jużaw jew dawk disponibbli fis-suq jew dawk żviluppati mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting. Il-fornitur ta' servizzi jenħtieġ li jirrapporta dwar il-miżuri proattivi speċifiċi fis-seħħ sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiġġudika jekk il-miżuri humiex effettivi u proporzjonati u jekk, kieku jintużaw il-mezzi awtomatizzati, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ikollux il-kapaċitajiet meħtieġa għas-sorveljanza u l-verifika umani. Fil-valutazzjoni tal-effettività u l-proporzjonalità tal-miżuri, l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu l-parametri rilevanti inkluż l-għadd tal-ordnijiet ta' tneħħija u r-riferimenti maħruġa lill-fornitur, il-kapaċità ekonomika tagħhom u l-impatt tas-servizz tiegħu fid-disseminazzjoni tal-kontenut terroristiku (pereżempju, filwaqt li jitqies l-għadd ta' utenti fl-Unjoni).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Wara t-talba, l-awtorità kompetenti għandha tidħol fi djalogu mal-fornitur tas-servizzi ta' hosting dwar il-miżuri proattivi neċessarji li għandhom jiġu stabbiliti. Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-adozzjoni ta' miżuri proattivi xierqa, effettivi u proporzjonati fejn tqis li l-miżuri meħuda ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw ir-riskji. Deċiżjoni li timponi tali miżuri proattivi speċifiċi m'għandhiex, fil-prinċipju, twassal għall-impożizzjoni ta' obbligu ġenerali ta' monitoraġġ, kif previst fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE. Meta wieħed iqis ir-riskji partikolarment gravi assoċjati mat-tixrid tal-kontenut terroristiku, id-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament jistgħu jidderogaw mill-approċċ stabbilit fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE, fir-rigward ta' ċerti miżuri speċifiċi u mmirati, li l-adozzjoni tagħhom hija meħtieġa għal raġunijiet prevalenti ta' sigurtà pubblika. Qabel ma tadotta deċiżjonijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti għandha ssib bilanċ ġust bejn l-għanijiet ta' interess pubbliku u d-drittijiet fundamentali involuti, b'mod partikolari, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-libertà li twettaq negozju, u tipprovdi ġustifikazzjoni xierqa.

(19)  Wara t-talba, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li tidħol fi djalogu mal-fornitur ta' servizzi ta' hosting dwar il-miżuri proattivi neċessarji li għandhom jiġu stabbiliti. Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li timponi l-adozzjoni ta' miżuri proattivi xierqa, effettivi u proporzjonati fejn tqis li l-miżuri meħuda ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw ir-riskji. Jenħtieġ li deċiżjoni li timponi tali miżuri proattivi speċifiċi ma twassalx għall-impożizzjoni ta' obbligu ġenerali ta' monitoraġġ, kif previst fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE. Meta wieħed iqis ir-riskji partikolarment gravi assoċjati mad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku, id-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament jistgħu jidderogaw mill-approċċ stabbilit fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE, fir-rigward ta' ċerti miżuri speċifiċi u mmirati biss, li l-adozzjoni tagħhom hija meħtieġa għal raġunijiet prevalenti ta' sigurtà pubblika. Qabel ma tadotta deċiżjonijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti jenħtieġ li ssib bilanċ ġust bejn l-għanijiet ta' interess pubbliku u d-drittijiet fundamentali involuti, b'mod partikolari, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-libertà li twettaq negozju, u tipprovdi ġustifikazzjoni xierqa.

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-proċeduri għall-ilmenti jikkostitwixxu salvagwardja neċessarja kontra t-tneħħija żbaljata ta' kontenut protett skont il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni. Għaldaqstant, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti li jkunu faċli għall-utent u jiżguraw li l-ilmenti jiġu ttrattati malajr u bi trasparenza sħiħa għall-fornitur tal-kontenut. Ir-rekwiżit għall-fornitur ta' servizzi ta' hosting li jerġa' jdaħħal il-kontenut fejn ikun tneħħa bi żball, ma jaffettwax il-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jinfurzaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess għal raġunijiet oħra.

(25)  Il-proċeduri għall-ilmenti jikkostitwixxu salvagwardja neċessarja kontra t-tneħħija żbaljata ta' kontenut protett skont il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti u tar-rimedju li jkunu effettivi u faċli għall-utent biex jiżguraw li l-ilmenti jiġu ttrattati fil-pront u bi trasparenza sħiħa għall-fornitur tal-kontenut. Ir-rekwiżit għall-fornitur ta' servizzi ta' hosting li jerġa' jdaħħal il-kontenut fejn ikun tneħħa bi żball, ma jaffettwax il-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jinfurzaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess għal raġunijiet oħra. Jenħtieġ li l-Istati Membri jiggarantixxu wkoll li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-fornituri tal-kontenut jkunu jistgħu jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt tagħhom għal rimedju ġudizzjarju. Barra minn hekk, il-fornituri tal-kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa wara ordni ta' tneħħija jenħtieġ li jkollhom id-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv f'konformità mal-Artikolu 19 tat-TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li fil-livell nazzjonali jiġu stabbiliti mekkaniżmi ta' appell effettivi sabiex jiġi żgurat li kwalunkwe parti soġġetta għal ordni ta' tneħħija maħruġa minn awtorità ġudizzjarja kompetenti jkollha d-dritt li tappella quddiem awtorità ġudizzjarju. Il-proċedura ta' appell hija mingħajr preġudizzju għad-diviżjoni tal-kompetenzi fi ħdan is-sistemi ġudizzjarji nazzjonali.

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-protezzjoni legali effettiva skont l-Artikolu 19 tat-TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi li l-persuni jkunu jistgħu jaċċertaw ir-raġunijiet li fuqhom il-kontenut imtella' minnhom tneħħa jew l-aċċess għalih ġie diżattivat. Għal dak il-għan, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornitur tal-kontenut informazzjoni sinifikanti li tippermetti lill-fornitur tal-kontenut li jikkontesta d-deċiżjoni. Madankollu, dan mhux neċessarjament jirrikjedi notifika lill-fornitur tal-kontenut. Skont iċ-ċirkostanzi, il-fornituri ta' servizz ta' hosting jistgħu jissostitwixxu kontenut meqjus bħala kontenut terroristiku, b'messaġġ li tneħħa jew ġie diżattivat skont dan ir-Regolament. Għandha tingħata, fuq talba, aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet kif ukoll il-possibilitajiet għall-fornitur tal-kontenut biex jikkontesta d-deċiżjoni. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika inkluż fil-kuntest ta' investigazzjoni, jitqies li ma jkunx xieraq li jiġi nnotifikat direttament il-fornitur tal-kontenut bit-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-kontenut, huma għandhom jinfurmaw lill-fornitur tas-servizz ta' hosting.

(26)  B'mod aktar ġenerali, il-protezzjoni legali effettiva skont l-Artikolu 19 tat-TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi li l-persuni jkunu jistgħu jaċċertaw ir-raġunijiet li fuqhom il-kontenut imtella' minnhom tneħħa jew l-aċċess għalih ġie diżattivat. Għal dak il-għan, il-fornitur ta' servizz ta' hosting jenħtieġ li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornitur tal-kontenut informazzjoni sinifikanti li tippermetti lill-fornitur tal-kontenut li jikkontesta d-deċiżjoni. Jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting, meta jkun possibbli, jinfurmaw lill-fornituri tal-kontenut permezz ta' kwalunkwe mezz disponibbli bi kwalunkwe kontenut li l-fornitur ta' servizz ta' hosting ikun neħħa. Madankollu, meta l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika inkluż fil-kuntest ta' investigazzjoni, jitqies li ma jkunx xieraq li jiġi nnotifikat direttament il-fornitur tal-kontenut bit-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-kontenut, jenħtieġ li jinfurmaw lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u koerenti biżżejjed tal-miżuri proattivi, l-awtoritajiet kompetenti fl-Istati Membri għandhom jikkomunikaw ma' xulxin fir-rigward tad-diskussjonijiet li għandhom mal-fornituri tas-servizzi ta' hosting dwar l-identifikazzjoni, l-implimentazzjoni u l-valutazzjoni ta' miżuri proattivi speċifiċi. Bl-istess mod, kooperazzjoni bħal din hija meħtieġa wkoll b'rabta mal-adozzjoni ta' regoli dwar il-penali, kif ukoll l-implimentazzjoni u l-infurzar ta' penali.

(28)  Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva u koerenti biżżejjed tal-miżuri proattivi, l-awtoritajiet ġudizzjarji kompetenti fl-Istati Membri jenħtieġ li jikkomunikaw ma' xulxin fir-rigward tad-diskussjonijiet li jkollhom mal-fornituri ta' servizzi ta' hosting, u ma' istituzzjonijiet edukattivi u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, bħall-assoċjazzjonijiet tal-ġurnalisti, l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ, korpi superviżorji tal-midja u oħrajn, sabiex jevalwaw, jidentifikaw u jimplimentaw miżuri proattivi sinifikanti u sostenibbli biex jiġġieldu t-terroriżmu u r-radikalizzazzjoni.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Iż-żewġ fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punti ta' kuntatt biex jiffaċilitaw it-trattament rapidu ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti. B'kuntrast mar-rappreżentant legali, il-punt ta' kuntatt iservi għal skopijiet operattivi. Il-punt ta' kuntatt tal-fornitur tas-servizzi ta' hosting għandu jikkonsisti minn kwalunkwe mezz iddedikat li jippermetti s-sottomissjoni elettronika ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferiment u ta' mezzi tekniċi u personali li jippermettu l-ipproċessar rapidu tagħhom. Il-punt ta' kuntatt għall-fornitur tas-servizzi ta' hosting ma għandux għalfejn ikun jinstab fl-Unjoni u l-fornitur tas-servizz ta' hosting huwa liberu biex jinnomina punt ta' kuntatt eżistenti, dment li dan il-punt ta' kuntatt ikun jista' jissodisfa l-funzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li jitneħħa l-kontenut terroristiku jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat fi żmien siegħa minn meta tasal l-ordni ta' tneħħija, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jiżguraw li l-punt ta' kuntatt ikun aċċessibbli 24/7. L-informazzjoni fuq il-punt ta' kuntatt għandha tinkludi informazzjoni dwar il-lingwa li biha jista' jiġi indirizzat il-punt ta' kuntatt. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi ta' hosting u l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting huma mħeġġa jippermettu l-komunikazzjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li fiha huma disponibbli t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

(33)  Iż-żewġ fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu punti ta' kuntatt biex jiffaċilitaw it-trattament rapidu ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti. B'kuntrast mar-rappreżentant legali, il-punt ta' kuntatt iservi għal skopijiet operattivi. Il-punt ta' kuntatt tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jikkonsisti minn kwalunkwe mezz iddedikat li jippermetti s-sottomissjoni elettronika ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferiment u ta' mezzi tekniċi u personali li jippermettu l-ipproċessar rapidu tagħhom. Il-punt ta' kuntatt għall-fornitur ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li ma jkollux għalfejn ikun lokalizzat fl-Unjoni u l-fornitur ta' servizzi ta' hosting huwa liberu biex jidentifika punt ta' kuntatt eżistenti, dment li dan il-punt ta' kuntatt ikun jista' jissodisfa l-funzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li jitneħħa l-kontenut terroristiku jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat fil-pront u mingħajr dewmien żejjed minn meta tasal l-ordni ta' tneħħija, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jiżguraw li l-punt ta' kuntatt ikun aċċessibbli. L-informazzjoni fuq il-punt ta' kuntatt jenħtieġ li tinkludi informazzjoni dwar il-lingwa li biha jista' jiġi indirizzat il-punt ta' kuntatt. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting huma mħeġġa jippermettu l-komunikazzjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li fiha huma disponibbli t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-fatt li l-SMEs jintalbu jneħħu l-kontenut fi żmien siegħa minn meta tasal l-ordni ta' tneħħija mingħajr ma jingħata żmien biex issir valutazzjoni xierqa tat-talba mhuwiex realistiku. Kumpaniji żgħar sempliċement mhux se jkunu kapaċi jissodisfaw din il-kundizzjoni, peress li fil-maġġoranza tal-każijiet dawn sempliċement m'għandhomx biżżejjed riżorsi umani biex ikunu disponibbli 24/7 u biex ineħħu l-kontenut fi żmien siegħa.

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Fin-nuqqas ta' rekwiżit ġenerali għall-fornituri tas-servizzi li jiżguraw preżenza fiżika fit-territorju tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza taħt liema ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru jaqa' l-fornitur tas-servizzi ta' hosting li joffri s-servizzi fi ħdan l-Unjoni. Bħala regola ġenerali, il-fornitur tas-servizzi ta' hosting jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ikun ħatar rappreżentant legali. Madankollu, meta Stat Membru ieħor joħroġ ordni ta' tneħħija, l-awtoritajiet tiegħu jenħtieġ li jkunu jistgħu jinfurzaw l-ordnijiet tagħhom billi jieħdu miżuri koerċittivi ta' natura mhux punittiva, bħal pagamenti ta' penali. Fir-rigward ta' fornitur tas-servizzi ta' hosting li ma għandu ebda stabbiliment fl-Unjoni u ma jaħtarx rappreżentant legali, kwalunkwe Stat Membru jenħtieġ li, madankollu, ikun jista' joħroġ penali, dment li l-prinċipju ta' ne bis in idem jiġi rrispettat.

(34)  Fin-nuqqas ta' rekwiżit ġenerali għall-fornituri ta' servizzi li jiżguraw preżenza fiżika fit-territorju tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza taħt liema ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru jaqa' l-fornitur ta' servizzi ta' hosting li joffri s-servizzi fi ħdan l-Unjoni. Bħala regola ġenerali, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ikun ħatar rappreżentant legali. Madankollu, meta Stat Membru ieħor joħroġ ordni ta' tneħħija, l-awtorità tiegħu jenħtieġ li tkun tista' tinforza l-ordnijiet tagħha billi tieħu miżuri koerċittivi ta' natura mhux punittiva, bħal pagamenti ta' penali. Fir-rigward ta' fornitur ta' servizzi ta' hosting li ma għandu ebda stabbiliment fl-Unjoni u li ma jaħtarx rappreżentant legali, kwalunkwe Stat Membru jenħtieġ li, madankollu, ikun jista' joħroġ penali, dment li l-prinċipju ta' ne bis in idem jiġi rrispettat.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Il-penali huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva minn fornituri ta' servizzi ta' hosting tal-obbligi skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli dwar penali, inkluż, fejn xieraq, il-linji gwida tal-multi. Penali partikolarment serji għandhom jiġu aċċertati fil-każ li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jonqos sistematikament milli jneħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih fi żmien siegħa mill-wasla ta' ordni ta' tneħħija. In-nuqqas ta' konformità f'każijiet individwali jista' jiġi ssanzjonat filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta' ne bis in idem tal-proporzjonalità u l-iżgurar li dawn is-sanzjonijiet iqisu l-falliment sistematiku. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ir-regolament għandu jistabbilixxi sa liema punt l-obbligi rilevanti jistgħu jkunu suġġett għal penali. Penali għal nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 6 għandhom jiġu adottati biss fir-rigward tal-obbligi li jirriżultaw minn talba għal rapport skont l-Artikolu 6(2) jew deċiżjoni li timponi miżuri proattivi addizzjonali skont l-Artikolu 6(4). Meta jkun qed jiġi determinat jekk għandhomx ikunu imposti penali finanzjarji, għandhom jitqiesu r-riżorsi finanzjarji tal-fornitur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali ma jħeġġux it-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex kontenut terroristiku.

(38)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu penali biex jiżguraw l-implimentazzjoni effettiva mill-fornituri ta' servizzi ta' hosting tal-obbligi skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw regoli dwar tali penali, li jenħtieġ li jkunu proporzjonati u prattikabbli, filwaqt li jqisu d-daqs u n-natura tal-fornitur ta' servizz ta' hosting ikkonċernat. Jenħtieġ li jiġu aċċertati penali severi fil-każ li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jonqos sistematikament milli jneħħi kontenut terroristiku jew milli jiddiżattiva l-aċċess għalih mingħajr dewmien żejjed. Meta l-kontenut terroristiku jkun ta' ħsara b'mod evidenti jew jikkostitwixxi theddida immedjata għall-ordni pubbliku, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jneħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut terroristiku mill-mument li tasal ordni ta' tneħħija ġġustifikata kif xieraq. In-nuqqas ta' konformità f'każijiet individwali jista' jiġi ssanzjonat filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta' ne bis in idem u tal-proporzjonalità u jiġi żgurat li dawn is-sanzjonijiet iqisu l-falliment sistematiku, iżda ma jħeġġux it-tneħħija arbitrarja ta' kontenut li mhuwiex kontenut terroristiku. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza tad-dritt, ir-regolament jenħtieġ li jistabbilixxi sa liema punt l-obbligi rilevanti jistgħu jkunu suġġett għal penali. Penali għal nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 6 jenħtieġ li jiġu adottati biss fir-rigward tal-obbligi li jirriżultaw minn talba għal rapport skont l-Artikolu 6(2) jew deċiżjoni li timponi miżuri proattivi addizzjonali skont l-Artikolu 6(4). Meta jkun qed jiġi determinat jekk għandhomx ikunu imposti penali finanzjarji, jenħtieġ li jitqiesu r-riżorsi finanzjarji tal-fornitur. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-penali ma jħeġġux it-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex kontenut terroristiku.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi għall-prevenzjoni tal-użu anormali ta' servizzi ta' hosting għad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku onlajn. Huwa jistabbilixxi b'mod partikolari:

1.  Mingħajr preġudizzju għall-obbligu li jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali kif imnaqqxa fl-Artikolu 6 tat-TUE, dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi għall-prevenzjoni tal-użu ħażin ta' servizzi ta' hosting għad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online fost il-pubbliku. Huwa jistabbilixxi b'mod partikolari:

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  regoli dwar l-obbligi ta' diliġenza li għandhom jiġu applikati minn fornituri ta' servizzi ta' hosting bil-għan li jipprevjenu d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku permezz tas-servizzi tagħhom u jiżguraw, fejn meħtieġ, it-tneħħija rapida tiegħu;

(a)  regoli dwar l-obbligi ta' diliġenza li għandhom jiġu applikati minn fornituri ta' servizzi ta' hosting bil-għan li jindirizzaw id-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online fost il-pubbliku permezz tas-servizzi tagħhom u jiżguraw, fejn meħtieġ, it-tneħħija rapida tiegħu;

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sett ta' miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri biex jidentifikaw kontenut terroristiku, biex jippermettu t-tneħħija rapida tiegħu minn fornituri ta' servizzi ta' hosting u biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra, ma' fornituri ta' servizzi ta' hosting u fejn xieraq, ma' korpi rilevanti tal-Unjoni.

(b)  sett ta' miżuri li għandhom jiġu stabbiliti mill-Istati Membri biex jidentifikaw kontenut terroristiku, biex jippermettu t-tneħħija rapida tiegħu minn fornituri ta' servizzi ta' hosting u biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti, u fejn applikabbli, l-awtoritajiet ġudizzjarji fi Stati Membri oħra, ma' fornituri ta' servizzi ta' hosting u fejn xieraq, ma' korpi rilevanti tal-Unjoni.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dan ir-Regolament ma għandux japplika għal kontenut imxerred għal skopijiet edukattivi, artistiċi, ġurnalistiċi jew ta' riċerka u skopijiet editorjali oħra, dment li dan ma jinċitax it-twettiq ta' vjolenza, jew għal kontenut imxerred għal skopijiet ta' sensibilizzazzjoni dwar attivitajiet terroristiċi.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan jistabbilixxi wkoll l-ambitu ġeografiku li jkopri l-fornituri ta' servizzi ta' hosting li joffru servizzi fl-Unjoni, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal fornituri ta' servizzi ta' hosting li joffru servizzi lill-pubbliku fl-Unjoni, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "fornitur ta' servizzi ta' hosting" tfisser fornitur ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jikkonsisti fil-ħażna ta' informazzjoni pprovduta minn u fuq it-talba tal-fornitur tal-kontenut u meta jagħmel l-informazzjoni maħżuna disponibbli għal partijiet terzi;

(1)  "fornitur ta' servizzi ta' hosting" tfisser fornitur ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jikkonsisti fil-ħażna ta' kontenut online ipprovdut minn u fuq it-talba tal-fornitur tal-kontenut u meta jagħmel l-informazzjoni maħżuna disponibbli għall-pubbliku.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2a)  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità ġudizzjarja nazzjonali unika maħtura fl-Istat Membru, jew awtorità amministrattiva indipendenti, bl-għarfien espert rilevanti;

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "reati terroristiċi" tfisser ir-reati kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(4)  ''reati terroristiċi'' tfisser wieħed mill-atti intenzjonali elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "kontenut terroristiku" tfisser waħda jew aktar mill-informazzjoni li ġejja:

(5)  "kontenut terroristiku" tfisser kontenut online li jista' jikkontribwixxi għat-twettiq ta' atti intenzjonali li jikkostitwixxu reati taħt id-dritt nazzjonali u l-liġi tal-Unjoni, kif elenkati fl-Artikolu 3(1)(a) sa (i) tad-Direttiva 2017/541, permezz ta':

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-inkoraġġiment tal-kontribut għal reati terroristiċi;

(b)  is-solleċitazzjoni ta' persuni jew grupp ta' persuni biex jikkontribwixxu għal reati terroristiċi;

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-promozzjoni tal-attivitajiet ta' grupp terroristiku, b'mod partikolari bl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni fi grupp terroristiku jew l-appoġġ għalihom fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(c)  il-promozzjoni tal-attivitajiet ta' grupp terroristiku, b'mod partikolari permezz tas-solleċitament ta' persuni jew grupp ta' persuni biex jipparteċipaw f'attivitajiet kriminali ta' grupp terroristiku, jiltaqgħu miegħu, jikkomunikaw miegħu jew jappoġġjawh, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva (UE) 2017/541, jew bl-inkoraġġiment tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku;

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku" tfisser li l-kontenut terroristiku jkun disponibbli għal partijiet terzi fuq is-servizzi ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting;

(6)  "disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku" tfisser li l-kontenut terroristiku jkun pubblikament disponibbli għal partijiet terzi fuq is-servizzi ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting;

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  "riferiment" tfisser avviż minn awtorità kompetenti jew, fejn applikabbli, korp tal-Unjoni rilevanti lil fornitur ta' servizzi ta' hosting dwar informazzjoni li tista' titqies bħala kontenut terroristiku, għall-konsiderazzjoni volontarja tal-fornitur tal-kompatibbiltà mat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu stess għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' kontenut terroristiku;

(8)  "riferiment" tfisser avviż minn awtorità kompetenti jew, fejn applikabbli, korp tal-Unjoni rilevanti lil fornitur ta' servizzi ta' hosting dwar kontenut li jista' jitqies bħala kontenut terroristiku, għall-konsiderazzjoni volontarja tal-fornitur tal-kompatibbiltà mat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu stess għall-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku;

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  "stabbiliment ewlieni" tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat li fih jitwettqu l-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv huwa eżerċitati.

(9)  "stabbiliment ewlieni" tfisser l-uffiċċju prinċipali jew l-uffiċċju reġistrat li fih il-funzjonijiet finanzjarji prinċipali u l-kontroll operattiv jiġu eżerċitati fl-Unjoni.

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi, kif ukoll kontenut immirat biex jipprovdi informazzjoni jew jiddenunzja kontenut terroristiku ma għandux jitqies bħala kontenut terroristiku fi ħdan it-tifsira tal-punt (5) tal-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu.

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornituri ta' servizz ta' hosting għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa, raġonevoli u proporzjonati skont dan ir-Regolament, kontra t-tixrid ta' kontenut terroristiku u biex jipproteġu l-utenti minn kontenut terroristiku. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu b'mod diliġenti, proporzjonat u mhux diskriminatorju, u b'kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali tal-utenti u jqisu l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni f'soċjetà miftuħa u demokratika.

1.  Fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa, raġonevoli u proporzjonati skont dan ir-Regolament, kontra d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku fost il-pubbliku u biex jipproteġu l-utenti minn kontenut terroristiku. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu b'mod diliġenti, proporzjonat u mhux diskriminatorju, b'rispett xieraq għad-drittijiet fundamentali tal-utenti, b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jinkludu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, u japplikaw, dispożizzjonijiet għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' kontenut terroristiku.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jinkludu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom li għandhom jieħdu miżuri effettivi u proporzjonati biex jindirizzaw id-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku fis-servizzi tagħhom.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2a.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting, kif imsemmija fl-Artikolu 1(1), li jissodisfaw il-kriterji tal-fornituri ta' pjattaformi ta' kondiviżjoni ta' vidjows għandhom jieħdu miżuri xierqa biex jindirizzaw id-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku f'konformità mal-Artikolu 28b, paragrafu 1(c) u l-paragrafu 3 tad-Direttiva (UE) 2018/1808.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li toħroġ deċiżjoni li titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting ineħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih.

1.  L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li toħroġ ordni ta' tneħħija li titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting ineħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1a.  F'każijiet fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew tal-fornitur tal-kontenut ikollha motivazzjonijiet raġonevoli biex temmen li l-ordni ta' tneħħija jista' jkollha impatt fuq id-drittijiet fundamentali tal-individwu, din għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rikjedenti. L-awtorità kompetenti rikjedenti għandha tqis dawk iċ-ċirkostanzi u għandha, fejn ikun meħtieġ, tirtira jew tadatta t-talba ta' tneħħija.

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess tiegħu fi żmien siegħa minn meta tiġi riċevuta l-ordni ta' tneħħija.

2.  Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 14 u 15 tad-Direttiva 2000/31/KE, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih mingħajr dewmien żejjed wara li jirċievu l-ordni ta' tneħħija. L-Istati Membri jistgħu jipprevedu li meta l-kontenut terroristiku jkun perikoluż b'mod evidenti jew jikkostitwixxi theddida immedjata għall-ordni pubbliku, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom ineħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut terroristiku mill-mument li tasal ordni ta' tneħħija ġġustifikata kif xieraq.

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dikjarazzjoni tar-raġunijiet li jispjegaw għaliex il-kontenut jitqies kontenut terroristiku, tal-anqas, b'referenza għall-kategoriji ta' kontenut terroristiku elenkat fl-Artikolu 2(5);

(b)  dikjarazzjoni komprensiva tar-raġunijiet li jispjegaw għaliex il-kontenut jitqies kontenut terroristiku, tal-anqas, b'referenza għall-kategoriji ta' kontenut terroristiku elenkat fl-Artikolu 2(5);

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (URL) u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut imsemmi;

(c)  Lokalizzatur Uniformi tar-Riżorsi (URL) online preċiż, identifikazzjoni tal-fornitur tal-kontenut online u kwalunkwe informazzjoni oħra li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut imsemmi;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  informazzjoni dwar ir-rimedju disponibbli għall-fornitur ta' servizzi ta' akkoljenza u għall-fornitur tal-kontenut;

(f)  informazzjoni dwar ir-rimedju u l-iskadenza għar-rimedju disponibbli għall-fornitur ta' servizzi ta' hosting u għall-fornitur tal-kontenut;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4a.  Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew il-fornitur tal-kontenut għandu jkollu d-dritt li jappella l-ordni ta' tneħħija billi jfittex rimedju quddiem l-awtorità ġudizzjarja rilevanti fl-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew tal-fornitur tal-kontenut.

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw l-ordnijiet ta' tneħħija lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizzi ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur tas-servizzi ta' hosting skont l-Artikolu 16 u jibagħtuhom lill-punt ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 14(1). Dawn l-ordnijiet għandhom jintbagħtu b'mezzi elettroniċi li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt il-kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi stabbilita l-awtentikazzjoni tal-mittent, inkluż eżattezza tad-data u l-ħin tat-trażmissjoni u l-wasla tal-ordni.

5.  L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindirizzaw l-ordnijiet ta' tneħħija lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting skont l-Artikolu 16 u jibagħtuhom lill-punt ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 14(1). Dawn l-ordnijiet għandhom jintbagħtu b'mezzi elettroniċi li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt il-kundizzjonijiet li jippermettu li tiġi stabbilita l-awtentikazzjoni tal-mittent, inkluż eżattezza tad-data u l-ħin tat-trażmissjoni u l-wasla tal-ordni. Tali ordnijiet għandhom isiru f'waħda mil-lingwi speċifikati f'konformità mal-Artikolu 14(2).

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma jistax jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija minħabba li l-ordni ta' tneħħija fiha żbalji evidenti jew ma fihiex biżżejjed informazzjoni biex tiġi eżegwita l-ordni, huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn, fejn jitlob il-kjarifika meħtieġa, billi juża l-mudell stabbilit fl-Anness III. L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2 għandha tapplika hekk kif tiġi pprovduta l-kjarifika.

8.  Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma jistax jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija minħabba li l-ordni ta' tneħħija fiha żbalji evidenti jew ma fihiex biżżejjed informazzjoni teknika biex tiġi eżegwita l-ordni, huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn, fejn jitlob il-kjarifika meħtieġa, billi juża l-mudell stabbilit fl-Anness III. L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2 għandha tapplika hekk kif tiġi pprovduta l-kjarifika.

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9a.  Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma jkunx jista' jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija minħabba kwistjonijiet operattivi jew tekniċi, huwa għandu jinforma lill-awtorità ġudizzjarja kompetenti, u jispjega r-raġunijiet għala, kif ukoll jiddeskrivi l-azzjonijiet li jkollu l-ħsieb li jieħu biex jikseb konformità sħiħa mal-ordni ta' tneħħija, billi juża l-mudell mogħti fl-Anness III.

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

Kooperazzjoni transfruntiera

1.  L-awtorità kompetenti li toħroġ l-ordni ta' tneħħija lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandha tippreżenta immedjatament kopja ta' dik l-ordni ta' tneħħija lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(a) tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew tar-rappreżentant maħtur tiegħu.

2.  F'każijiet fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting, ir-rappreżentant maħtur tiegħu jew il-fornitur tal-kontenut ikollha motivazzjonijiet raġonevoli biex temmen li l-ordni ta' tneħħija jista' jkollha impatt fuq id-drittijiet fundamentali tal-individwu, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rikjedenti.

3.  L-awtorità kompetenti rikjedenti għandha tqis dawk iċ-ċirkostanzi u għandha, fejn ikun meħtieġ, tirtira jew tadatta t-talba ta' tneħħija.

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-riferiment għandu jkun fih informazzjoni dettaljata biżżejjed, inklużi r-raġunijiet għaliex il-kontenut jitqies kontenut terroristiku, URL u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut terroristiku msemmi.

4.  Ir-riferiment għandu jkun fih informazzjoni dettaljata biżżejjed, inkluża lista komprensiva tar-raġunijiet għaliex il-kontenut jitqies kontenut terroristiku, URL u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut terroristiku msemmi.

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting fejn xieraq għandhom jieħdu miżuri proattivi biex jipproteġu s-servizzi tagħhom kontra t-tixrid ta' kontenut terroristiku. Il-miżuri għandhom ikunu effettivi u proporzjonati, filwaqt li jqisu r-riskju u l-livell ta' espożizzjoni għal kontenut terroristiku, id-drittijiet fundamentali tal-utenti, u l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni f'soċjetà miftuħa u demokratika.

1.  Mingħajr preġudizzju għad-Direttiva (UE) 2018/1808 u d-Direttiva 2000/31/KE, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom, skont ir-riskju u l-livell ta' esponiment għal kontenut terroristiku, jieħdu miżuri proattivi biex jipproteġu s-servizzi tagħhom kontra d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku. Il-miżuri għandhom ikunu effettivi, immirati u proporzjonati, filwaqt li jqisu r-riskju u l-livell ta' esponiment għal kontenut terroristiku, u bir-rispett dovut għad-drittijiet fundamentali tal-utenti, b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tkun ġiet infurmata skont l-Artikolu 4(9), l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) għandha titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jissottometti rapport, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba u minn hemm 'il quddiem mill-inqas fuq bażi annwali, dwar il-miżuri proattivi speċifiċi li ħa, inkluż bl-użu ta' għodod awtomatizzati, bil-ħsieb li:

Meta tkun ġiet infurmata skont l-Artikolu 4(9), l-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) għandha titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jissottometti rapport, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba u minn hemm 'il quddiem mill-inqas fuq bażi annwali, dwar il-miżuri proattivi speċifiċi li ħa, inkluż bl-użu ta' għodod awtomatizzati, bil-ħsieb li:

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prevenzjoni ta' re-upload tal-kontenut li qabel kien tneħħa jew li għalih l-aċċess ġie diżattivat għax huwa meqjus bħala kontenut terroristiku;

(a)  jindirizzaw b'mod effettiv sitwazzjoni fejn jerġa' jitfaċċja kontenut li qabel kien tneħħa jew li għalih l-aċċess ġie diżattivat għax huwa meqjus bħala kontenut terroristiku;

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) biex tivvaluta jekk il-miżuri proattivi humiex effettivi u proporzjonati, inkluż biex jiġi evalwat il-funzjonament ta' kwalunkwe għodda awtomatizzata użata kif ukoll il-mekkaniżmi ta' sorveljanza u verifika umani użati.

Ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) biex tivvaluta jekk il-miżuri proattivi humiex effettivi u proporzjonati, inkluż biex jiġi evalwat il-funzjonament ta' kwalunkwe għodda awtomatizzata użata kif ukoll il-mekkaniżmi ta' sorveljanza u verifika umani użati.

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) tikkunsidra li l-miżuri proattivi meħuda u rrapportati skont il-paragrafu 2 mhumiex biżżejjed biex itaffu u jimmaniġġjaw ir-riskju u l-livell ta' espożizzjoni, hija tista' titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jieħu miżuri proattivi speċifiċi addizzjonali. Għal dak il-għan, lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jikkoopera mal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) bil-ħsieb li jiġu identifikati l-miżuri speċifiċi li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jistabbilixxi, billi jistabbilixxi l-objettivi ewlenin u punti ta' referenza kif ukoll l-iskedi taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

3.  Fejn l-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) tikkunsidra li l-miżuri proattivi meħuda u rrapportati skont il-paragrafu 2 huma sproporzjonati jew mhumiex biżżejjed biex itaffu u jimmaniġġjaw ir-riskju u l-livell ta' esponiment, hija tista' titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jadatta l-miżuri li jkunu ttieħdu diġà jew jieħu miżuri proattivi speċifiċi addizzjonali. Għal dak il-għan, lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jikkoopera mal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) bil-ħsieb li jiġu identifikati l-bidliet jew il-miżuri speċifiċi li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jistabbilixxi, billi jistabbilixxi l-objettivi ewlenin u punti ta' referenza kif ukoll l-iskedi taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn l-ebda ftehim ma jkun jista' jintlaħaq fi żmien it-tliet xhur mit-talba skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) tista' toħroġ deċiżjoni li timponi miżuri proattivi speċifiċi meħtieġa u proporzjonati. Id-Deċiżjoni għandha tqis, b'mod partikolari, il-kapaċità ekonomika tal-fornitur tas-servizz ta' hosting u l-effett ta' tali miżuri fuq id-drittijiet fundamentali tal-utenti u l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. Tali deċiżjoni għandha tintbagħat lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizz ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur tas-servizz. Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni ta' tali miżuri kif speċifikat mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c).

4.  Fejn l-ebda ftehim ma jkun jista' jintlaħaq fi żmien it-tliet xhur mit-talba skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) tista' toħroġ deċiżjoni li timponi miżuri proattivi speċifiċi meħtieġa u proporzjonati. Id-Deċiżjoni għandha tqis, b'mod partikolari, it-tip ta' kontenut ospitat fuq is-servizz, il-fattibbiltà teknika tal-miżuri, il-kapaċità ekonomika tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting u l-effett ta' tali miżuri fuq id-drittijiet fundamentali tal-utenti, b'mod partikolari l-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. Tali deċiżjoni għandha tintbagħat lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur ta' servizz. Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni ta' tali miżuri kif speċifikat mill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c).

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  fornitur ta' servizzi ta' hosting jista', fi kwalunkwe ħin, jitlob rieżami lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) u, fejn xieraq, jirrevoka talba jew deċiżjoni skont il-paragrafi 2, 3, u 4 rispettivament. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi deċiżjoni motivata f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara li tirċievi t-talba mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting.

5.  fornitur ta' servizzi ta' hosting jista', fi kwalunkwe ħin, jitlob rieżami lill-awtorità kompetenti rilevanti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) u, fejn xieraq, jirrevoka talba jew deċiżjoni skont il-paragrafi 2, 3, u 4 rispettivament. L-awtorità kompetenti rilevanti għandha tipprovdi deċiżjoni motivata f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara li tirċievi t-talba mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting.

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5a.  L-Artikolu 6 u l-Artikolu 9 m'għandhomx japplikaw għall-fornituri ta' servizzi tal-infrastruttura cloud li jikkonsistu fil-forniment ta' riżorsi fiżiċi jew virtwali on demand li jipprovdu kapaċitajiet ta' computing u ta' infrastruttura tal-ħażna li fuqhom il-fornitur ta' servizz ma jkollu l-ebda dritt fir-rigward ta' liema kontenut jinħażen jew kif jiġi pproċessat jew isir disponibbli għall-pubbliku mill-klijenti tiegħu jew mill-utenti aħħarin ta' tali klijenti, u meta l-fornitur ta' servizz ma jkollu l-ebda kontroll speċifiku tal-kontenut maħżun mill-klijenti tiegħu jew mill-utenti aħħarin tal-klijenti tiegħu.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-politika tagħhom biex jipprevjenu t-tixrid ta' kontenut terroristiku, inkluż, fejn xieraq, spjegazzjoni sinifikanti tal-funzjonament ta' miżuri proattivi inkluż l-użu ta' għodod awtomatizzati.

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu b'mod ċar, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-politika tagħhom biex jindirizzaw id-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku, inkluż, fejn xieraq, spjegazzjoni sinifikanti tal-funzjonament ta' miżuri proattivi inkluż l-użu ta' għodod awtomatizzati u biex jikkollaboraw mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jippubblikaw rapporti ta' trasparenza annwali dwar l-azzjoni meħuda kontra t-tixrid ta' kontenut terroristiku.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting, l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi tal-Unjoni rilevanti għandhom jippubblikaw rapporti ta' trasparenza annwali dwar l-azzjoni meħuda kontra d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku fost il-pubbliku.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Rapporti ta' trasparenza għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

3.  Rapporti ta' trasparenza tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni dwar il-miżuri tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jipprevjeni l-upload mill-ġdid ta' kontenut li jkun tneħħa jew li għalih l-aċċess ġie diżattivat minħabba li huwa meqjus li huwa kontenut terroristiku;

(b)  informazzjoni dettaljata dwar il-miżuri tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jindirizza sitwazzjoni fejn jerġa' jitfaċċja kontenut li jkun tneħħa preċedentement jew li għalih l-aċċess ġie diżattivat minħabba li huwa meqjus li huwa kontenut terroristiku;

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ħarsa ġenerali u l-eżitu tal-proċeduri ta' lment.

(d)  ħarsa ġenerali u valutazzjoni tal-effikaċja tal-mekkaniżmi tal-ilmenti u tar-rimedju.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-fornituri ta' servizz ta' hosting jużaw għodod awtomatizzati skont dan ir-Regolament fir-rigward ta' kontenut li jaħżnu, huma għandhom jipprovdu salvagwardji effettivi u xierqa biex jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda dwar dak il-kontenut, b'mod partikolari deċiżjonijiet biex il-kontenut jitneħħa jew jiġi diżattivat meta jitqies li huwa kontenut terroristiku, huma preċiżi u fondati.

1.  Fejn il-fornituri ta' servizz ta' hosting jużaw għodod awtomatizzati skont dan ir-Regolament fir-rigward ta' kontenut li jaħżnu, huma għandhom jipprovdu salvagwardji effettivi u xierqa biex jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda dwar dak il-kontenut, b'mod partikolari deċiżjonijiet biex il-kontenut jitneħħa jew jiġi diżattivat l-aċċess għal kontenut meqjus li jkun kontenut terroristiku, huma preċiżi u fondati.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-salvagwardji għandhom jikkonsistu, b'mod partikolari, minn sorveljanza umana u verifiki fejn xieraq u, fi kwalunkwe każ, fejn valutazzjoni dettaljata tal-kuntest rilevanti tkun meħtieġa sabiex jiġi determinat jekk il-kontenut għandux jiġi kkunsidrat bħala kontenut terroristiku jew le.

2.  Is-salvagwardji għandhom jikkonsistu, b'mod partikolari, minn sorveljanza umana u verifiki tal-adegwatezza tad-deċiżjoni li l-kontenut jitneħħa jew li l-aċċess għalih jiġi miċħud, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. Is-sorveljanza umana għandha tkun rikjesta fejn valutazzjoni dettaljata tal-kuntest rilevanti tkun rikjesta sabiex jiġi determinat jekk il-kontenut għandux jiġi kkunsidrat bħala kontenut terroristiku jew le.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mekkaniżmi tal-ilmenti

Mekkaniżmi tal-ilmenti u tar-rimedju

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u aċċessibbli li jippermettu fornituri tal-kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew li jkun diżattivat l-aċċess għalih b'riżultat ta' riferiment skont l-Artikolu 5 jew ta' miżuri proattivi skont l-Artikolu 6, biex jissottomettu lment kontra l-azzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting li jitlob li jerġa' jiddaħħal il-kontenut.

1.  Mingħajr preġudizzju għar-rimedji ġudizzjarji disponibbli għall-fornituri tal-kontenut taħt il-liġi nazzjonali, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti u tar-rimedju immedjati, effettivi u aċċessibbli li jippermettu lill-fornituri tal-kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew li jkun diżattivat l-aċċess għalih b'riżultat ta' riferiment skont l-Artikolu 5 jew ta' miżuri proattivi skont l-Artikolu 6, biex jissottomettu lment issostanzjat kontra l-azzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting li jitlob li jerġa' jiddaħħal il-kontenut.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 12a

F'każijiet fejn il-kontenut ikun tneħħa jew ikun ġie diżattivat l-aċċess għalih b'riżultat ta' ordni ta' tneħħija skont l-Artikolu 4, riferiment skont l-Artikolu 5 jew miżuri proattivi skont l-Artikolu 6, il-fornitur tal-kontenut ikkonċernat jista' jagħti bidu għal proċedimenti ġudizzjarji fi kwalunkwe mument billi jitlob l-istabbiliment mill-ġdid tal-kontenut. Il-ftuħ ta' proċedimenti ġudizzjarji ma jiddependix fuq l-attivazzjoni tal-mekkaniżmi tal-ilmenti msemmija fl-Artikolu 10.

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting isiru konxji dwar kwalunkwe evidenza ta' reati terroristiċi, huma għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f'reati kriminali fl-Istat Membru kkonċernat jew il-punt ta' kuntatt fl-Istat Membru skont l-Artikolu 14(2), fejn huma jkollhom l-istabbiliment ewlieni tagħhom jew rappreżentant legali. Fornituri ta' servizzi ta' hosting jista', f'każ ta' dubju, jittrażmett din l-informazzjoni lill-Europol għal segwitu xieraq.

4.  Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting isiru konxji dwar kwalunkwe evidenza ta' reati terroristiċi, huma għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f'reati kriminali fl-Istat Membru kkonċernat jew il-punt ta' kuntatt fl-Istat Membru skont l-Artikolu 14(2), fejn huma jkollhom l-istabbiliment ewlieni tagħhom jew rappreżentant legali. Fornituri ta' servizzi ta' hosting jistgħu, f'każ ta' dubju, jittrażmettu din l-informazzjoni lill-Europol għal segwitu xieraq.

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tal-provedimenti nazzjonali addottati skont dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali penali għandhom ikunu limitati għal ksur tal-obbligi skont:

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu penali għall-ksur tal-obbligi imposti fuq il-fornituri ta' servizzi ta' hosting skont dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali penali għandhom ikunu limitati għal ksur tal-obbligi skont:

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  L-Artikolu 6(2) u (4) (rapporti dwar miżuri proattivi u l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi wara deċiżjoni li timponi miżuri proattivi);

(d)  L-Artikolu 6(2) u (4) (rapporti dwar miżuri proattivi u l-adozzjoni ta' tali miżuri wara deċiżjoni li timponi miżuri proattivi speċifiċi);

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  Artikolu 9 (salvagwardji fir-rigward ta' miżuri proattivi);

(g)  Artikolu 9 (salvagwardji rigward l-użu u l-implimentazzjoni ta' miżuri proattivi);

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' penali, l-awtoritajiet kompetenti jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi:

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta' penali, l-awtoritajiet kompetenti rilevanti jqisu ċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inklużi:

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-livell ta' kooperazzjoni lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting mal-awtoritajiet kompetenti.

(e)  il-livell ta' kooperazzjoni lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  in-natura u d-daqs tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting, b'mod partikolari il-mikrointrapriżi jew l-intrapriżi żgħar, fi ħdan is-sens tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE.

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li nuqqas sistematiku ta' konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 4(2) ikun soġġett għal penali finanzjarji sa 4 % tal-fatturat globali tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting tal-aħħar sena tan-negozju.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li nuqqas sistematiku ta' konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 4(2) ikun soġġett għal penali finanzjarji sa 2 % tal-fatturat globali tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting tal-aħħar sena tan-negozju.

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rekwiżiti tekniċi għall-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għat-trażmissjoni ta' ordnijiet ta' tneħħija.

1.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 20 sabiex tissupplimenta dan ir-Regolament bir-rekwiżiti tekniċi neċessarji għall-mezzi elettroniċi li għandhom jintużaw mill-awtoritajiet kompetenti għat-trażmissjoni ta' ordnijiet ta' tneħħija.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 19 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta tali atti delegati biex jiġu emendati l-Annessi I, II u III sabiex tiġi indirizzata b'mod effettiv il-ħtieġa possibbli għal titjib fir-rigward tal-kontenut ta' formoli tal-ordni ta' tneħħija u formoli li għandhom jintużaw biex jipprovdu informazzjoni dwar l-impossibbiltà li tiġi eżegwita l-ordni ta' tneħħija.

2.  Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa biex tadotta tali atti delegati biex temenda l-Annessi I, II u III sabiex tiġi indirizzata b'mod kompetenti l-ħtieġa possibbli għal titjib fir-rigward tal-kontenut ta' formoli tal-ordni ta' tneħħija u formoli li għandhom jintużaw biex jipprovdu informazzjoni dwar l-impossibbiltà li tiġi eżegwita l-ordni ta' tneħħija.

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 20 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 19 għandhom ikunu kkonferiti lill-Kummissjoni għal perjodu ta' żmien indeterminat mid-[data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament].

2.  Is-setgħa tal-adozzjoni tal-atti ddelegati msemmija fl-Artikolu 19 għandha tingħata lill-Kummissjoni għal perjodu determinat ta' tliet snin mid-[data tal-adozzjoni ta' dan ir-Regolament].

Emenda    84

Proposta għal regolament

Anness III – taqsima B – punt iiia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(iiia)  Jekk jogħġbok agħti deskrizzjoni tal-azzjonijiet li biħsiebek tieħu biex issolvi l-kwistjonijiet tekniċi jew operattivi msemmija hawn fuq sabiex tkun konformi mal-ordni ta' tneħħija:

Ġustifikazzjoni

Din l-emenda tiżgura konsistenza ġuridika mal-emenda proposta għall-Artikolu 4, paragrafu 7.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online

Referenzi

COM(2018)0640 – C8-0405/2018 – 2018/0331(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

22.10.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CULT

22.10.2018

Kumitati assoċjati - data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

31.1.2019

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Julie Ward

11.12.2018

Data tal-adozzjoni

11.3.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

2

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Andrea Bocskor, Silvia Costa, Petra Kammerevert, Krystyna Łybacka, Svetoslav Hristov Malinov, Luigi Morgano, Momchil Nekov, Michaela Šojdrová, Helga Trüpel, Sabine Verheyen, Julie Ward, Milan Zver

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Marie-Christine Boutonnet, Eider Gardiazabal Rubial, Marc Joulaud, Ilhan Kyuchyuk, Emma McClarkin, Martina Michels

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Jarosław Wałęsa, Damiano Zoffoli

(1)

Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ("Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku") ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

(2)

Id-Direttiva (UE) 2018/1808 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta' Novembru 2018 li temenda d-Direttiva 2010/13/UE dwar il-koordinazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet stabbiliti bil-liġi, b'regolament jew b'azzjoni amministrattiva fi Stati Membri dwar il-forniment ta' servizzi tal-media awdjoviżiva (Direttiva dwar is-Servizzi tal-Media Awdjoviżiva) fid-dawl ta' realtajiet tas-suq li qed jinbidlu, ĠU L 303, 28.11.2018, p. 69-92.

OPINJONI tal-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur (4.3.2019)

għall-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online

(COM(2018)0640 – C8-0405/2018 – 2018/0331(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Julia Reda

EMENDI

Il-Kumitat għas-Suq Intern u l-Ħarsien tal-Konsumatur jistieden lill-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku diġitali f'soċjetà miftuħa u demokratika, billi jipprevjeni l-użu ħażin ta' servizzi ta' hosting għal skopijiet terroristiċi. Il-funzjonament tas-suq uniku diġitali għandu jittejjeb billi tissaħħaħ iċ-ċertezza legali għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting, it-tisħiħ tal-fiduċja tal-utenti fl-ambjent online, u billi jissaħħu s-salvagwardji għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni.

(1)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jiżgura l-funzjonament bla xkiel tas-suq uniku diġitali f'soċjetà miftuħa u demokratika, billi jindirizza l-abbuż ta' servizzi ta' hosting għal skopijiet terroristiċi. Il-funzjonament tas-suq uniku diġitali jenħtieġ li jittejjeb billi jissaħħu ċ-ċertezza legali għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting, il-fiduċja tal-utenti fl-ambjent online, u s-salvagwardji li jiżguraw l-istat tad-dritt u d-drittijiet fundamentali, id-dritt għal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja, il-libertà li persuna tagħmel negozju u d-drittijiet għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1 a)  Ir-regolamentazzjoni tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting tista' biss tikkomplementa l-istrateġiji tal-Istati Membri biex jindirizzaw it-terroriżmu, li jridu jenfasizzaw miżuri offline bħall-investiment fil-ħidma soċjali, inizjattivi ta' deradikalizzazzjoni u ħidma mal-komunitajiet affettwati biex jiksbu prevenzjoni sostenibbli tar-radikalizzazzjoni fis-soċjetà.

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2)  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting attivi fuq l-internet għandhom rwol essenzjali fl-ekonomija diġitali billi joħolqu konnessjoni bejn in-negozju u ċ-ċittadini billi jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u l-wasla tal-informazzjoni, l-opinjonijiet u l-ideat, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Madankollu, is-servizzi tagħhom f'ċerti każijiet huma abbużati minn partijiet terzi biex iwettqu attivitajiet illegali online. Problema partikolari hi l-użu ħażin tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting minn gruppi terroristiċi u s-sostenituri tagħhom biex ixerrdu kontenut terroristiku online sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom, jirradikalizzaw u jirreklutaw u biex jiffaċilitaw u jidderieġu l-attività terroristika.

(2)  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting attivi fuq l-internet għandhom rwol essenzjali fl-ekonomija diġitali billi joħolqu konnessjoni bejn in-negozju u ċ-ċittadini billi jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u l-wasla tal-informazzjoni, l-opinjonijiet u l-ideat, jikkontribwixxu b'mod sinifikanti għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku u l-ħolqien tal-impjiegi fl-Unjoni. Madankollu, is-servizzi tagħhom f'ċerti każijiet huma abbużati minn partijiet terzi biex dawn iwettqu attivitajiet illegali online. Problema estremament inkwetanti hi l-abbuż tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting minn gruppi terroristiċi u mis-sostenituri tagħhom biex ixerrdu kontenut terroristiku online sabiex iwasslu l-messaġġ tagħhom, jirradikalizzaw, jiddiżinformaw u jirreklutaw, u biex jiffaċilitaw u jidderieġu l-attività terroristika.

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Il-preżenza ta' kontenut terroristiku online għandha konsegwenzi negattivi serji għall-utenti, għaċ-ċittadini u għas-soċjetà inġenerali, kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi online li jospitaw tali kontenut, peress li ddgħajjef il-fiduċja tal-utenti tagħhom u tagħmel ħsara lill-mudelli tan-negozju tagħhom. Fid-dawl tar-rwol ċentrali tagħhom u l-mezzi u l-kapaċitajiet teknoloġiċi assoċjati mas-servizzi li jipprovdu, il-fornituri tas-servizzi onlajn għandhom responsabbiltajiet soċjetali partikolari biex jipproteġu s-servizzi tagħhom minn użu ħażin mit-terroristi u jgħinu biex jiġi indirizzat il-kontenut terroristiku mxerred permezz tas-servizzi tagħhom.

(3)  Il-preżenza ta' kontenut terroristiku online għandha konsegwenzi negattivi serji għall-utenti, għaċ-ċittadini u għas-soċjetà inġenerali, kif ukoll għall-fornituri tas-servizzi online li jospitaw tali kontenut, peress li ddgħajjef il-fiduċja tal-utenti tagħhom u tagħmel ħsara lill-mudelli tan-negozju tagħhom. Fid-dawl tar-rwol ċentrali tagħhom u fi proporzjon mal-mezzi u l-kapaċitajiet teknoloġiċi assoċjati mas-servizzi li jipprovdu, il-fornituri tas-servizzi online għandhom responsabbiltajiet soċjetali partikolari biex jipproteġu s-servizzi tagħhom minn abbuż mit-terroristi u jgħinu lill-awtoritajiet kompetenti jindirizzaw reati terroristiċi li jitwettqu permezz tas-servizzi tagħhom, filwaqt li jqisu l-importanza fundamentali tal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni f'soċjetà miftuħa u demokratika.

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  L-isforzi fil-livell tal-Unjoni biex jiġi miġġieled il-kontenut terroristiku online li bdew fl-2015 permezz ta' qafas ta' kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jeħtieġ li jkunu ikkumplimentati minn qafas leġiżlattiv ċar sabiex ikomplu jnaqqsu l-aċċessibbiltà għal kontenut terroristiku online u jindirizzaw b'mod adegwat problema li tevolvi b'mod rapidu. Dan il-qafas leġiżlattiv għandu l-għan li jibni fuq l-isforzi volontarji, li ġew imsaħħa mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 u jwieġeb għas-sejħiet li saru mill-Parlament Ewropew biex jissaħħu l-miżuri biex jindirizzaw il-kontenut illegali u ta' ħsara u mill-Kunsill Ewropew biex itejbu l-individwazzjoni awtomatika u t-tneħħija ta' kontenut li jinċita atti terroristiċi.

(4)  L-isforzi fil-livell tal-Unjoni biex jiġi miġġieled il-kontenut terroristiku online li bdew fl-2015 permezz ta' qafas ta' kooperazzjoni volontarja bejn l-Istati Membri u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jeħtieġ li jiġu mtejba permezz ta' qafas leġiżlattiv ċar sabiex ikomplu jnaqqsu l-aċċessibbiltà ta' kontenut terroristiku online u jimplimentaw salvagwardji li huma meħtieġa b'urġenza ħalli jiżguraw l-istat tad-dritt u l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali. Dan il-qafas leġiżlattiv għandu l-għan li jibni fuq l-isforzi volontarji, li ġew imsaħħa mir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/3347, u jwieġeb għas-sejħiet li saru mill-Parlament Ewropew biex jissaħħu l-miżuri għall-indirizzar tal-kontenut illegali u ta' ħsara f'konformità mal-qafas orizzontali stabbilit bid-Direttiva 2000/31/KE u mill-Kunsill Ewropew għat-titjib tal-individwazzjoni awtomatika u t-tneħħija ta' kontenut li jinċita għal atti terroristiċi.

__________________

__________________

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/334 tal-1 ta' Marzu 2018 dwar miżuri biex jiġi indirizzat b'mod effettiv il-kontenut illegali online (ĠU L 63, 6.3.2018, p. 50).

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament m'għandhiex taffettwa l-applikazzjoni tal-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE. B'mod partikolari, kwalunkwe miżura meħuda mill-fornitur ta' servizz ta' hosting f'konformità ma' dan ir-Regolament, inkluż kwalunkwe miżura proattiva, m'għandhomx fihom infushon iwasslu biex dak il-fornitur ta' servizzi jitlef il-benefiċċju tal-eżenzjoni mir-responsabbiltà prevista f'dik id-dispożizzjoni. Dan ir-Regolament ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet u l-qrati nazzjonali li jistabbilixxu r-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting f'każijiet speċifiċi fejn il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE għal eżenzjoni mir-responsabbiltà ma jiġux issodisfati.

(5)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jistabbilixxi obbligi speċifiċi fir-rigward tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting li huma esposti għal kontenut terroristiku. Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jaffettwax l-applikazzjoni tad-Direttiva 2000/31/KE8. Dan ir-Regolament ma jaffettwax is-setgħat tal-awtoritajiet u tal-qrati nazzjonali li jistabbilixxu r-responsabbiltà ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting f'każijiet speċifiċi fejn il-kundizzjonijiet skont l-Artikolu 14 tad-Direttiva 2000/31/KE għal eżenzjoni mir-responsabbiltà ma jiġux issodisfati.

__________________

__________________

8 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku') (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

8 Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern (‘Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku') (ĠU L 178, 17.7.2000, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  Ir-regoli biex jiġi evitat l-użu ħażin tas-servizzi tal-hosting għat-tixrid ta' kontenut terroristiku online sabiex ikun garantit il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern huma stabbiliti f'dan ir-Regolament b'rispett sħiħ tad-drittijiet fundamentali protetti fl-ordni legali tal-Unjoni u b'mod partikolari dawk garantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(6)  Ir-regoli biex jiġi indirizzat l-abbuż tas-servizzi tal-hosting għad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online sabiex ikun garantit il-funzjonament bla xkiel tas-suq intern huma stabbiliti f'dan ir-Regolament b'rispett sħiħ tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali protetti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni u b'mod partikolari dawk garantiti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7)  Dan ir-Regolament jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika filwaqt li jistabbilixxi salvagwardji xierqa u robusti biex jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali involuti. Dan jinkludi d-drittijiet tar-rispett tal-ħajja privata u tal-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluża l-libertà li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, il-libertà li jitwettaq negozju, u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jadottaw biss miżuri li huma meħtieġa, xierqa u proporzjonati f'soċjetà demokratika, b'kunsiderazzjoni tal-importanza partikolari mogħtija lill-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni, li tikkostitwixxi wieħed mill-pedamenti essenzjali ta' soċjetà pluralista, demokratika, u hija waħda mill-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Il-miżuri li jikkostitwixxu interferenza fil-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni għandhom ikunu strettament immirati, fis-sens li jridu jservu biex jipprevjenu t-tixrid ta' kontenut terroristiku, iżda mingħajr ma jiġi affettwat id-dritt li wieħed jirċievi u jgħaddi informazzjoni legalment, filwaqt li jitqies ir-rwol ċentrali tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting biex jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u l-wasla ta' fatti, opinjonijiet u ideat skont il-liġi.

(7)  Dan ir-Regolament għandu l-għan li jikkontribwixxi għall-protezzjoni tas-sigurtà pubblika filwaqt li jistabbilixxi salvagwardji xierqa u robusti biex jiżgura l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali involuti. Dan jinkludi d-drittijiet għar-rispett tal-ħajja privata u tal-protezzjoni tad-data personali, id-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, inkluża l-libertà li wieħed jirċievi u jagħti informazzjoni, il-libertà li persuna twettaq negozju, u l-prinċipju ta' nondiskriminazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jadottaw biss miżuri li jkunu meħtieġa, adatti u proporzjonati f'soċjetà demokratika, b'kunsiderazzjoni tal-importanza partikolari mogħtija lil-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, lid-drittijiet għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali, kif ukoll lil-libertà tal-istampa u lill-pluraliżmu tal-midja, li jikkostitwixxu l-pedament essenzjali ta' soċjetà pluralista, demokratika, u huma fost il-valuri li fuqhom hija bbażata l-Unjoni. Il-miżuri li jittieħdu biex il-kontenut terroristiku online jitneħħa jenħtieġ li jevitaw kwalunkwe interferenza fil-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, u jenħtieġ li jkunu strettament immirati, neċessarji, adatti u proporzjonati biex jgħinu fil-ġlieda kontra t-terroriżmu, inklużi l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi, iżda mingħajr ma jaffettwaw il-libertà ta' espressjoni, id-dritt li wieħed jirċievi u jgħaddi informazzjoni legalment, filwaqt li jitqies ir-rwol ċentrali tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting biex jiffaċilitaw id-dibattitu pubbliku u d-distribuzzjoni u l-wasla ta' fatti, opinjonijiet u ideat skont il-liġi.

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 7a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7a)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament ma jkollux l-effett li jimmodifika l-obbligu għall-Istati Membri biex jirrispettaw id-drittijiet fundamentali u l-prinċipji legali fundamentali, kif stabbiliti fl-Artikolu 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. Dawn id-drittijiet fundamentali jinkludu l-libertà ta' opinjoni u l-libertà li dak li jkun jirċievi jew jagħti informazzjoni u ideat mingħajr indħil mill-awtoritajiet pubbliċi. Kwalunkwe restrizzjoni għall-eżerċitar ta' dawn id-drittijiet fundamentali fi ħdan il-qafas ta' dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun preskritta mil-liġi u jenħtieġ li tkun meħtieġa f'soċjetà demokratika, bil-għan li jintlaħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament.

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 7b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7b)  Jenħtieġ li dan ir-Regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u fil-ġurisprudenza tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem. B'mod partikolari, fis-sentenza tagħha tal-24 ta' Novembru 2011, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem ikkonkludiet li d-dritt tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari d-Direttiva 2000/31/KE1a u d-drittijiet fundamentali applikabbli, ipprekludew inġunzjoni imposta fuq fornitur tas-servizz tal-Internet biex jintroduċi sistema għall-iffiltrar tal-komunikazzjonijiet elettroniċi kollha li jgħaddu mis-servizzi tiegħu, applikati b'mod indiskriminat fir-rigward tal-klijenti kollha tiegħu, bħala miżura preventiva, esklussivament bi spejjeż tiegħu u għal perjodu mhux limitat.

__________________

1a Id-Direttiva 2000/31/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta' Ġunju 2000 dwar ċerti aspetti legali tas-servizzi minn soċjetà tal-informazzjoni, partikolarment il-kummerċ elettroniku, fis-Suq Intern ("Direttiva dwar il-kummerċ elettroniku")

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8)  Id-dritt għal rimedju effettiv huwa minqux fl-Artikolu 19 tat-TUE u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti kontra kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament, li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet ta' dik il-persuna. Id-dritt jinkludi, b'mod partikolari l-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-fornituri tal-kontenut li jikkontestaw b'mod effettiv l-ordnijiet ta' tneħħija quddiem il-qorti tal-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġu l-ordni ta' tneħħija.

(8)  Id-dritt għal rimedju effettiv huwa minqux fl-Artikolu 19 tat-TUE u fl-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Kull persuna fiżika jew ġuridika għandha d-dritt għal rimedju ġudizzjarju effettiv quddiem il-qorti nazzjonali kompetenti kontra kwalunkwe waħda mill-miżuri meħuda skont dan ir-Regolament, li tista' taffettwa b'mod negattiv id-drittijiet ta' dik il-persuna. Id-dritt jinkludi, b'mod partikolari, id-dritt li l-fornituri tal-hosting u l-fornituri tal-kontenut jkunu infurmati dwar il-mezzi kollha disponibbli ta' rimedju, il-possibbiltà li l-fornituri tal-kontenut jikkontestaw ir-riżultati tal-miżuri meħuda mill-fornitur tal-hosting, u li jkunu infurmati dwar mezzi ta' rimedju effettivi. Dan jinkludi wkoll d-dritt li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-fornituri tal-kontenut jikkontestaw b'mod effettiv l-ordnijiet ta' tneħħija jew il-penali quddiem il-qorti tal-Istat Membru li l-awtoritajiet tiegħu jkunu ħarġu l-ordni ta' tneħħija jew il-penali, jew il-qorti fejn il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew il-fornitur tal-kontenut ikun stabbilit jew irrappreżentat.

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar l-azzjonijiet li għandhom jieħdu kemm il-fornituri tas-servizzi ta' hosting kif ukoll l-awtoritajiet kompetenti biex jiġi evitat it-tixrid ta' kontenut terroristiku online, dan ir-Regolament għandu jistabbilixxi definizzjoni ta' kontenut terroristiku għal skopijiet preventivi abbażi tad-definizzjoni ta' reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Minħabba l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-propaganda terroristika l-aktar dannuża online, id-definizzjoni għandha taqbad materjal u informazzjoni li jinstigaw, jinkoraġġixxu jew jippromwovu t-twettiq jew il-kontribuzzjoni tar-reati terroristiċi, tipprovdi struzzjonijiet għat-twettiq ta' dawn ir-reati jew tippromwovi l-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' grupp terroristiku. Din l-informazzjoni tinkludi b'mod partikolari, testi miktuba, stampi, reġistrazzjonijiet awdjo u vidjows. Meta jiġi vvalutat jekk il-kontenut jikkostitwixxix kontenut terroristiku skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament, l-awtoritajiet kompetenti kif ukoll il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jieħdu kont ta' fatturi bħan-natura u l-kliem tad-dikjarazzjonijiet, il-kuntest li fih saru d-dikjarazzjonijiet u l-potenzjal tagħhom li jwasslu għal konsegwenzi ta' ħsara, u b'hekk jiġu affettwati s-sigurtà u s-sikurezza tal-persuni. Il-fatt li l-materjal kien prodott, huwa attribwibbli jew imxerred f'isem organizzazzjoni jew persuna terroristika elenkata mill-UE, jikkostitwixxi fattur importanti fil-valutazzjoni. Il-kontenut imxerred għal finijiet edukattivi, ġurnalistiċi jew ta' riċerka għandu jkun protett b'mod adegwat. Barra minn hekk, l-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi m'għandhiex titqies bħala kontenut terroristiku.

(9)  Sabiex tiġi pprovduta ċarezza dwar l-azzjonijiet li kemm il-fornituri ta' servizzi ta' hosting kif ukoll l-awtorità kompetenti jenħtieġ li jieħdu biex jirrestrinġu d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online, dan ir-Regolament jenħtieġ li jistabbilixxi definizzjoni ta' kontenut terroristiku allinjata mad-definizzjoni ta' reati terroristiċi skont id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill9. Minħabba l-ħtieġa li tiġi indirizzata l-propaganda terroristika l-aktar dannuża online, id-definizzjoni jenħtieġ li tkopri materjal u informazzjoni li b'mod intenzjonali jinċitaw jew jippromwovu t-twettiq ta' reati terroristiċi, jew li b'mod intenzjonali jipprovdu struzzjonijiet għall-produzzjoni u għall-użu ta' splussivi, armi tan-nar jew sustanzi noċivi jew perikolużi għall-fini tat-twettiq ta' dawn ir-reati, fl-għarfien li l-ħiliet fornuti jkunu intenzjonati li jintużaw għal dan il-fini, jew għall-parteċipazzjoni f'attivitajiet ta' grupp terroristiku. Din l-informazzjoni tinkludi b'mod partikolari, testi miktuba, stampi, reġistrazzjonijiet awdjo u vidjows. Meta jiġi vvalutat jekk il-kontenut jikkostitwixxix kontenut terroristiku illegali skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu kont ta' fatturi bħan-natura u l-kliem tad-dikjarazzjonijiet, il-kuntest li fih saru d-dikjarazzjonijiet, l-intenzjonalità tagħhom u l-potenzjal tagħhom li jwasslu għal konsegwenzi ta' ħsara, u b'hekk jaffettwaw is-sigurtà u s-sikurezza tal-persuni. Il-fatt li l-kontenut kien prodott, huwa attribwibbli jew disseminat f'isem organizzazzjoni jew persuna terroristika elenkata mill-UE jikkostitwixxi fattur importanti fil-valutazzjoni. Il-kontenut disseminat għal finijiet edukattivi, ġurnalistiċi jew ta' riċerka jenħtieġ li jkun protett bil-qawwa. Fejn il-materjal disseminat jiġi ppubblikat taħt ir-responsabbiltà editorjali tal-fornitur tal-hosting, jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni dwar it-tneħħija ta' tali kontenut tieħu kont tal-istandards ġurnalistiċi stabbiliti mir-regolamentazzjoni tal-istampa jew tal-media konsistenti mad-dritt tal-Unjoni u mad-dritt għal-libertà ta' espressjoni u mad-dritt għal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja kif minqux fl-Artikolu 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-espressjoni ta' fehmiet radikali, polemiċi jew kontroversjali fid-dibattitu pubbliku dwar kwistjonijiet politiċi sensittivi ma titqiesx bħala kontenut terroristiku. Id-dritt għal tali espressjoni jista' jiġi invokat quddiem il-qorti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew fejn ir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting skont dan ir-Regolament ikun residenti jew stabbilit, kif ukoll quddiem il-qorti tal-Istat Membru fejn ikun ibbażat il-fornitur tal-kontenut.

__________________

__________________

9 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

9 Id-Direttiva (UE) 2017/541 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta' Marzu 2017 dwar il-ġlieda kontra t-terroriżmu u li tissostitwixxi d-Deċiżjoni Kwadru tal-Kunsill 2002/475/ĠAI u li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI (ĠU L 88, 31.3.2017, p. 6).

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Sabiex ikunu koperti dawk is-servizzi ta' hosting online fejn jiġi mxerred il-kontenut terroristiku, dan ir-Regolament għandu japplika għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu l-informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz fuq talba tiegħu jew tagħha u meta jagħmlu l-informazzjoni maħżuna disponibbli għal partijiet terzi, irrispettivament minn jekk din l-attività tkunx ta' natura sempliċiment teknika, awtomatika u passiva. Pereżempju, tali fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jinkludu pjattaformi ta' midja soċjali, servizzi ta' streaming ta' filmati, vidjow, immaġni u servizzi ta' kondiviżjoni tal-awdjo, kondiviżjoni ta' fajls u servizzi oħra ta' cloud sal-punt li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli lil partijiet terzi u siti web fejn l-utenti jistgħu jagħmlu kummenti jew rieżamijiet. Ir-Regolament għandu japplika wkoll għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting stabbiliti barra l-Unjoni iżda li joffru servizzi fi ħdan l-Unjoni, peress li proporzjon sinifikanti ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom huma stabbiliti f'pajjiżi terzi. Dan għandu jiżgura li l-kumpaniji kollha li joperaw fis-Suq Uniku Diġitali jikkonformaw mal-istess rekwiżiti, irrispettivament mill-pajjiż ta' stabbiliment tagħhom. L-istabbiliment ta' jekk fornitur tas-servizzi joffrix servizzi fl-Unjoni jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-fornitur tas-servizzi jippermettix persuni ġuridiċi jew fiżiċi fi Stat Membru wieħed jew aktar jużaw is-servizzi tiegħu. Madankollu, is-sempliċi aċċessibbiltà tas-sit web tal-fornitur ta' servizz jew ta' indirizz elettroniku u ta' dettalji oħra ta' kuntatt fi Stat Membru wieħed jew aktar meħuda b'mod iżolat m'għandhiex tkun kundizzjoni suffiċjenti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

(10)  Sabiex ikopri dawk is-servizzi ta' hosting online fejn jiġi disseminat il-kontenut terroristiku, dan ir-Regolament jenħtieġ li japplika sal-punt fejn ikun possibbli li jiġi identifikat u jitneħħa l-kontenut speċifiku li huwa s-suġġett ta' dan ir-Regolament, għas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jaħżnu l-informazzjoni pprovduta minn riċevitur tas-servizz fuq talba tiegħu jew tagħha u jagħmlu l-informazzjoni maħżuna disponibbli direttament għall-pubbliku. Id-definizzjoni ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting hija għalhekk distinta minn dik użata fid-Direttiva 2000/31/KE u aktar ristretta minnha. Pereżempju, tali fornituri tas-servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni jinkludu pjattaformi ta' midja soċjali, servizzi ta' streaming ta' filmati, vidjow, immaġni u servizzi ta' kondiviżjoni tal-awdjo, kondiviżjoni ta' fajls u servizzi oħra ta' cloud sal-punt li jagħmlu l-informazzjoni disponibbli għall-pubbliku u jaċċelleraw id-disseminazzjoni tal-kontenut. Il-fornituri ta' servizzi bħal enċiklopediji online, repożitorji edukattivi u xjentifiċi, pjattaformi għall-iżvilupp ta' softwer b'sors miftuħ, il-fornituri tas-servizzi tal-infrastruttura tal-cloud (inklużi servizzi ta' cloud minn negozju għal ieħor) jenħtieġ li ma jitqisux bħala fornituri ta' servizzi ta' hosting skont it-tifsira ta' dan ir-Regolament. Huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni s-sempliċi conduits u s-servizzi ta' komunikazzjoni elettronika oħra fi ħdan it-tifsira tad-Direttiva (UE) 2018/1972 jew il-fornituri ta' servizzi ta' caching, jew servizzi oħra provduti fi strati oħra tal-infrastruttura tal-Internet, bħalma huma reġistri u reġistraturi, servizzi ta' DNS (sistema tal-ismijiet tad-dominji) jew servizzi qribhom, bħal servizzi ta' ħlas jew servizzi ta' protezzjoni kontra DDoS (attakki distribwiti li jwaqqfu s-servizz). Jenħtieġ li r-Regolament japplika wkoll għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting stabbiliti barra l-Unjoni iżda li joffru servizzi fi ħdan l-Unjoni, peress li proporzjon sinifikanti ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom huma stabbiliti f'pajjiżi terzi. B'hekk jiġi żgurat li l-kumpaniji kollha li joperaw fis-Suq Uniku Diġitali jikkonformaw mal-istess rekwiżiti, irrispettivament mill-pajjiż ta' stabbiliment tagħhom. L-istabbiliment ta' jekk fornitur tas-servizzi joffrix servizzi fl-Unjoni jirrikjedi valutazzjoni dwar jekk il-fornitur tas-servizzi jippermettix persuni ġuridiċi jew fiżiċi f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri jużaw is-servizzi tiegħu. Madankollu, is-sempliċi aċċessibbiltà tas-sit web tal-fornitur ta' servizz jew ta' indirizz elettroniku u ta' dettalji oħra ta' kuntatt f'wieħed jew aktar mill-Istati Membri meħuda b'mod iżolat jenħtieġ li ma tkunx kundizzjoni suffiċjenti għall-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 12

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12)  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom japplikaw ċerti dmirijiet ta' kura, sabiex jiġi evitat it-tixrid ta' kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom. Dawn id-dmirijiet ta' kura m'għandhomx jammontaw għal obbligu ta' monitoraġġ ġenerali. Jenħtieġ li d-dmirijiet ta' diliġenza jinkludu li, meta jiġi applikat dan ir-Regolament, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting jaġixxu b'mod diliġenti, proporzjonat u nondiskriminatorju fir-rigward tal-kontenut li jaħżnu, b'mod partikolari meta jimplimentaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess, bil-għan li tiġi evitata t-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex terroristiku. It-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għandha ssir fl-osservanza tal-libertà ta' l-espressjoni u tal-informazzjoni.

(12)  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu esposti għal kontenut terroristiku jenħtieġ li japplikaw ċerti dmirijiet ta' kura, sabiex jirrestrinġu d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom. Dawn id-dmirijiet ta' kura ma għandhomx jammontaw għal obbligu ġenerali fuq il-fornituri tas-servizzi ta' hosting li jimmonitorjaw l-informazzjoni li jaħżnu, u lanqas obbligu ġenerali li jfittxu attivament fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali Jenħtieġ li d-dmirijiet ta' diliġenza jinkludu li, meta jiġi applikat dan ir-Regolament, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jaġixxu b'mod trasparenti, diliġenti, proporzjonat u nondiskriminatorju fir-rigward tal-kontenut li jaħżnu, b'mod partikolari meta jimplimentaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess, bil-għan li tiġi evitata t-tneħħija ta' kontenut li ma jkunx terroristiku. It-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għandha ssir fl-osservanza tal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni u tal-libertà u tal-pluraliżmu tal-midja.

Emenda    15

Proposta għal regolament

Premessa 13

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13)  Għandhom jiġu armonizzati l-proċedura u l-obbligi li jirriżultaw minn ordnijiet legali li jitolbu li l-fornituri tas-servizzi ta' hosting jneħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih, wara valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. L-Istati Membri għandhom jibqgħu ħielsa fir-rigward tal-għażla tal-awtoritajiet kompetenti li tippermettilhom jaħtru awtoritajiet amministrattivi, tal-infurzar tal-liġi jew ġudizzjarji ma' dik il-ħidma. Minħabba l-veloċità li biha jiġi mxerred il-kontenut terroristiku bejn is-servizzi online, din id-dispożizzjoni timponi obbligi fuq dawk li jipprovdu servizz ta' hosting biex jiżguraw li l-kontenut terroristiku identifikat fl-ordni ta' tneħħija, jitneħħa jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat fi żmien siegħa minn meta tiġi riċevuta l-ordni ta' tneħħija. Hu f'idejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jiddeċiedu dwar jekk għandhomx ineħħu l-kontenut inkwistjoni jew jiddiżattivaw l-aċċess għall-kontenut għall-utenti fl-Unjoni.

(13)  Jenħtieġ li jiġu armonizzati l-proċedura u l-obbligi li jirriżultaw minn ordnijiet legali li jitolbu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jneħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih, wara valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru b'mod liberu awtorità kompetenti waħda li jkollha dak il-kompitu, sakemm l-arranġamenti kostituzzjonali tagħhom ma jipprevenux li awtorità waħda tkun responsabbli, filwaqt li fl-istess ħin jiggarantixxu ċ-ċertezza legali u l-prevedibbiltà lill-utenti u lill-fornituri tas-servizzi. Fejn l-awtorità maħtura biex toħroġ ordnijiet ta' tneħħija tkun ta' natura amministrattiva jew ta' infurzar tal-liġi, jenħtieġ li l-Istat Membru jipprevedi għal rieżami effettiv u indipendenti tal-ordnijiet ta' tneħħija maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tiegħu. Dan ir-rieżami jipprovdi mekkaniżmu biex jivvaluta ex officio (fin-nuqqas ta' talba għal rieżami) ordnijiet ta' tneħħija individwali u jirrettifika kwalunkwe deċiżjoni żbaljata. Il-mekkaniżmu ta' rieżami jikkomplementa l-possibbiltajiet li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-fornituri tal-kontenut għandhom biex ifittxu rimedju ġudizzjarju kontra ordnijiet ta' tneħħija indirizzati lilhom jew li jaffettwawhom. Din id-dispożizzjoni timponi obbligi fuq dawk li jipprovdu servizz ta' hosting biex jiżguraw li l-kontenut terroristiku identifikat fl-ordni ta' tneħħija jitneħħa, jew li l-aċċess għalih jiġi diżattivat fi ħdan il-perjodu speċifikat mill-awtorità kompetenti. Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tipprovdi lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting b'limitu ta' żmien definit fl-ordni ta' tneħħija, ta' mhux anqas minn tmien sigħat, fil-qies tad-daqs tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting u tal-espożizzjoni preċedenti tiegħu għal kontenut terroristiku. Mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit tal-preservazzjoni tad-data skont l-Artikolu 7 ta' dan ir-Regolament, hu f'idejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jiddeċiedu jekk ineħħux il-kontenut inkwistjoni jew jiddiżattivawx l-aċċess għall-kontenut jew għall-utenti fl-Unjoni.

Emenda    16

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(13a)  L-ordni ta' tneħħija jenħtieġ li tinkludi klassifikazzjoni tal-kontenut rilevanti bħala kontenut terrorist u jkun fiha biżżejjed informazzjoni biex il-kontenut jiġi lokalizzat, billi jiġu pprovduti URL u kwalunkwe informazzjoni oħra addizzjonali, bħal ritratt tal-iskrin tal-kontenut inkwistjoni, fejn dan ikun jista' jinkiseb. L-awtorità kompetenti jenħtieġ li tipprovdi wkoll dikjarazzjoni supplimentari ta' raġunijiet għala l-kontenut jitqies bħala kontenut terroristiku. Ir-raġunijiet ipprovduti m'hemmx għalfejn ikun fihom informazzjoni sensittiva li tista' tipperikola l-investigazzjonijiet. Id-dikjarazzjoni ta' raġunijiet, madankollu, jenħtieġ li tippermetti li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting u, fl-aħħar nett, il-fornitur tal-kontenut, jeżerċitaw b'mod effettiv id-dritt tagħhom ta' rimedju ġudizzjarju.

Emenda    17

Proposta għal regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  L-awtorità kompetenti għandha tittrażmetti l-ordni ta' tneħħija direttament lid-destinatarju u l-punt ta' kuntatt permezz ta' kwalunkwe mezz elettroniku li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kundizzjonijiet li jippermettu lill-fornitur ta' servizz jistabbilixxi l-awtentiċità, inkluża l-preċiżjoni tad-data u l-ħin ta' meta tintbagħat l-ordni, bħal permezz ta' posta elettronika sikura u pjattaformi jew kanali garantiti oħra, inklużi dawk magħmula disponibbli mill-fornitur tas-servizz, f'konformità mar-regoli li jipproteġu d-data personali. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi ssodisfat b'mod partikolari bl-użu ta' servizzi elettroniċi kwalifikati ta' konsenja rreġistrati kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.

(14)  Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tittrażmetti l-ordni ta' tneħħija direttament lid-destinatarju u lill-punt ta' kuntatt permezz ta' kwalunkwe mezz elettroniku li kapaċi jipproduċi rekord bil-miktub taħt kundizzjonijiet li jistabbilixxu l-awtentiċità tal-ordni mingħajr piż mhux raġonevoli, finanzjarju jew ta' tip ieħor, fuq il-fornitur tas-servizz, inkluża l-preċiżjoni tad-data u l-ħin tal-bgħit u l-wasla tal-ordni, bħal permezz ta' posta elettronika sigura u pjattaformi jew kanali siguri oħra, inklużi dawk magħmula disponibbli mill-fornitur tas-servizz, f'konformità mar-regoli li jipproteġu d-data personali. Dan ir-rekwiżit jista' jiġi ssodisfat b'mod partikolari bl-użu ta' servizzi elettroniċi kwalifikati ta' konsenja rreġistrati kif previst fir-Regolament (UE) Nru 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill12.

_________________

_________________

12 Ir-Regolament (UE) 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

12 Ir-Regolament (UE) 910/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta' Lulju 2014 dwar l-identifikazzjoni elettronika u s-servizzi fiduċjarji għal transazzjonijiet elettroniċi fis-suq intern u li jħassar id-Direttiva 1999/93/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 73).

Emenda    18

Proposta għal regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Ir-riferimenti mill-awtoritajiet kompetenti jew l-Europol jikkostitwixxu mezz effettiv u rapidu biex il-fornituri ta' servizzi ta' akkoljenza jsiru konxji ta' kontenut speċifiku dwar is-servizzi tagħhom. Dan il-mekkaniżmu li jibgħat twissija lill-fornituri tas-servizzi ta' hosting b'informazzjoni li tista' titqies bħala kontenut terroristiku, għall-konsiderazzjoni volontarja tal-fornitur dwar il-kompatibbiltà tat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu stess, għandu jibqa' disponibbli flimkien mal-ordnijiet ta' tneħħija. Huwa importanti li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jivvalutaw tali riferimenti bħala kwistjoni ta' prijorità u jipprovdu rispons rapidu dwar l-azzjoni meħuda. Id-deċiżjoni finali dwar jekk għandux jitneħħa l-kontenut jew le minħabba li mhuwiex kompatibbli mat-termini u l-kundizzjonijiet tibqa' f'idejn il-fornitur tas-servizz ta' hosting. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament relatat mar-riferimenti, il-mandat tal-Europol kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 2016/79413 jibqa' mhux affettwat.

(15)  Ir-riferimenti mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-Europol jikkostitwixxu mezz effettiv u rapidu biex il-fornituri ta' servizzi ta' hosting isiru konxji ta' kontenut speċifiku fis-servizzi tagħhom. Dan il-mekkaniżmu li jibgħat twissija lill-fornituri ta' servizzi ta' hosting b'informazzjoni li tista' titqies bħala kontenut terroristiku, għall-konsiderazzjoni volontarja tal-fornitur tal-kompatibbiltà tat-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu stess, kif previst mir-Regolament (UE) Nru 2016/794, jenħtieġ li jibqa' disponibbli flimkien mal-ordnijiet ta' tneħħija dment li l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun stabbilit il-fornitur ta' servizz ta' hosting tivverifika malajr wara li jkun inħareġ riferiment jekk il-kontenut soġġett għar-riferiment ikunx jikkostitwixxi kontenut terroristiku u ssegwiha b'ordni ta' tneħħija fejn din tkun f'lokha. Huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti jew il-Europol jipprovdu valutazzjoni dettaljata u li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jipprovdu feedback rapidu dwar l-azzjoni meħuda. Id-deċiżjoni aħħarija dwar jekk il-kontenut suġġett għal riferiment jitneħħiex jew le tibqa' f'idejn il-fornitur ta' servizzi ta' hosting, dment li r-riferiment ma jiġix segwit minn ordni ta' tneħħija. Fl-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament relatat mar-riferimenti, il-mandat tal-Europol kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 2016/79413 jibqa' mhux affettwat.

__________________

__________________

13 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/JHA, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53)

13 Ir-Regolament (UE) 2016/794 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Mejju 2016 dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol) u li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2009/371/ĠAI, 2009/934/ĠAI, 2009/935/JHA, 2009/936/ĠAI u 2009/968/ĠAI (ĠU L 135, 24.5.2016, p. 53)

Emenda    19

Proposta għal regolament

Premessa 16

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(16)  Meta wieħed iqis l-iskala u l-ħeffa meħtieġa biex jiġi identifikat b'mod effettiv u jitneħħa l-kontenut terroristiku, miżuri proattivi proporzjonati, inkluż bl-użu ta' mezzi awtomatizzati f'ċerti każijiet, huma element essenzjali fl-indirizzar tal-kontenut terroristiku fuq l-internet. Bil-ħsieb li titnaqqas l-aċċessibbiltà tal-kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri tas-servizzi ta' hosting jivvalutaw jekk huwiex xieraq li jittieħdu miżuri proattivi skont ir-riskji u l-livell ta' esponiment għal kontenut terroristiku kif ukoll dwar l-effetti fuq id-drittijiet ta' partijiet terzi u l-interess pubbliku tal-informazzjoni. Konsegwentement, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jiddeterminaw liema miżura proattiva xierqa, effettiva u proporzjonata għandha tiġi stabbilita. Dan ir-rekwiżit m'għandux jimplika obbligu ġenerali ta' monitoraġġ. Fil-kuntest ta' din il-valutazzjoni, in-nuqqas ta' ordnijiet għat-tneħħija u r-riferimenti indirizzati lill-fornitur ta' hosting, huwa indikazzjoni ta' livell baxx ta' esponiment għal kontenut terroristiku.

(16)  Minħabba l-kumplessità tal-kompitu tal-identifikazzjoni u tat-tneħħija effettivi tal-kontenut terroristiku fuq skala kbira u l-impatt potenzjali fuq id-drittijiet fundamentali, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jieħdu miżuri proporzjonati u speċifiċi skont ir-riskju u l-livell ta' espożizzjoni, fir-rigward tal-kontenut terroristiku online. Jenħtieġ li tali miżuri obbligatorji ma jinkludux l-użu ta' filtri tal-kontenut jew miżuri oħra li jinvolvu l-monitoraġġ sistematiku tal-imġiba tal-utent. Miżuri speċifiċi jistgħu jinkludu, pereżempju, sistemi biex l-utenti jkunu jistgħu jirrapportaw kontenut terroristiku potenzjali jew moderazzjoni tal-kontenut bejn il-pari. Bil-ħsieb li jnaqqsu l-aċċessibbiltà għall-kontenut terroristiku fuq is-servizzi tagħhom, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jivvalutaw jekk ikunx xieraq li jieħdu miżuri proattivi skont ir-riskji u l-livell ta' espożizzjoni għal kontenut terroristiku kif ukoll l-effetti fuq id-drittijiet ta' partijiet terzi u l-interess pubbliku tal-informazzjoni. Konsegwentement, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jiddeterminaw liema miżura speċifika proattiva ġustifikata, adatta, effettiva u proporzjonata jkun jenħtieġ li tiġi implimentata. Jenħtieġ li dan ir-rekwiżit ma jimplikax obbligu ġenerali ta' monitoraġġ. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jieħu miżuri volontarji addizzjonali barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament .

Emenda    20

Proposta għal regolament

Premessa 17

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(17)  Meta jimplimentaw miżuri proattivi, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jiżguraw li d-dritt tal-utenti għal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni - inkluż li wieħed jirċievi u jaqsam liberament l-informazzjoni - jiġi ppreservat. Minbarra kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jaġixxu bid-diliġenza dovuta u jimplimentaw salvagwardji, inkluż b'mod partikolari s-sorveljanza u l-verifiki tal-bniedem, fejn xieraq, biex tiġi evitata kwalunkwe deċiżjoni mhux intenzjonata u żbaljata li twassal għat-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex kontenut terroristiku. Dan huwa ta' rilevanza partikolari meta l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jużaw mezzi awtomatizzati għad-detezzjoni tal-kontenut terroristiku. Kwalunkwe deċiżjoni biex jintużaw mezzi awtomatizzati, kemm jekk meħuda mill-fornitur tas-servizz ta' hosting kif ukoll skont talba mill-awtorità kompetenti, għandha tiġi vvalutata fir-rigward tal-affidabbiltà tat-teknoloġija sottostanti u l-impatt li jirriżulta fuq id-drittijiet fundamentali.

(17)  Meta jimplimentaw miżuri speċifiċi, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jiżguraw li d-drittijiet tal-utenti għal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni – inkluż li wieħed jirċievi u jaqsam l-informazzjoni liberament ma' ħaddieħor – kif ukoll id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali, jiġu ppreservati. Minbarra kwalunkwe rekwiżit stipulat fil-liġi, inkluża l-leġiżlazzjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jaġixxu bid-diliġenza dovuta u jimplimentaw salvagwardji, inkluża b'mod partikolari s-sorveljanza umana, minbarra li jinkludu verifiki, biex jevitaw kwalunkwe deċiżjoni mhux intenzjonata u żbaljata li twassal għat-tneħħija ta' kontenut li ma jkunx kontenut terroristiku. Jenħtieġ li kwalunkwe deċiżjoni dwar l-użu ta' miżuri kontra l-kontenut terroristiku, inklużi miżuri volontarji, kemm jekk meħuda mill-fornitur ta' servizz ta' hosting innifsu u kemm fuq talba mill-awtorità kompetenti, tiġi vvalutata rigward l-affidabbiltà tat-teknoloġija sottostanti u l-impatt li jirriżulta fuq id-drittijiet fundamentali. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting iwettqu awditu tad-drittijiet fundamentali għal kwalunkwe miżura volontarja jew speċifika li jużaw.

Emenda    21

Proposta għal regolament

Premessa 18

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(18)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku jieħdu miżuri xierqa biex jipprevjenu l-użu ħażin tas-servizzi tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jitolbu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu rċevew ordni ta' tneħħija, li tkun saret finali, biex jirrapportaw dwar il-miżuri proattivi meħuda. Dawn jistgħu jikkonsistu f'miżuri li jipprevjenu l-applowd mill-ġdid tal-kontenut terroristiku, it-tneħħija jew id-diżattivar tal-aċċess għalih bħala riżultat ta' ordni ta' tneħħija jew ta' riferimenti li jkunu rċevew, il-verifika fuq għodda miżmuma pubblikament jew privatament li jkun fiha kontenut terroristiku magħruf. Huma jistgħu iħaddmu wkoll l-użu ta' għodod tekniċi affidabbli biex jidentifikaw kontenut terroristiku ġdid, jew billi jużaw dawk disponibbli fis-suq jew dawk żviluppati mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting. Il-fornitur tas-servizz għandu jirrapporta dwar il-miżuri proattivi speċifiċi fis-seħħ sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiġġudika jekk il-miżuri humiex effettivi u proporzjonati u jekk, kieku jintużaw il-mezzi awtomatizzati, il-fornitur tas-servizz ta' hosting ikollux il-kapaċitajiet meħtieġa għas-sorveljanza u l-verifika umani. Fil-valutazzjoni tal-effettività u l-proporzjonalità tal-miżuri, l-awtoritajiet kompetenti għandhom iqisu l-parametri rilevanti inkluż l-għadd tal-ordnijiet ta' tneħħija u r-riferimenti maħruġa lill-fornitur, il-kapaċità ekonomika tagħhom u l-impatt tas-servizz tiegħu fit-tixrid tal-kontenut terroristiku (pereżempju, filwaqt li jitqies l-għadd ta' utenti fl-Unjoni).

(18)  Sabiex jiġi żgurat li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku jieħdu miżuri speċifiċi adatti biex jipproteġu s-servizzi tagħhom mill-abbuż, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jitolbu li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu rċevew ordni ta' tneħħija, li tkun saret finali, jirrapportaw dwar kwalunkwe miżura speċifika li jieħdu, fejn dan ikun applikabbli. Il-fornitur tas-servizz jenħtieġ li jirrapporta dwar il-miżuri speċifiċi implimentati sabiex l-awtorità kompetenti tkun tista' tiġġudika jekk il-miżuri jkunux neċessarji, effettivi u proporzjonati u jekk il-miżuri speċifiċi jkunux ibbażati fuq is-sorveljanza u l-verifika umani. Fil-valutazzjoni tal-effettività, tan-neċessità u l-proporzjonalità tal-miżuri, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu l-parametri rilevanti, inkluż l-għadd tal-ordnijiet ta' tneħħija u r-riferimenti maħruġa lill-fornitur, il-kapaċità ekonomika tiegħu u l-impatt tas-servizz tiegħu fid-disseminazzjoni tal-kontenut terroristiku (pereżempju, fil-qies tal-għadd ta' utenti fl-Unjoni), kif ukoll is-salvagwardji li jkunu implimentati biex jipproteġu l-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni u l-għadd ta' inċidenti ta' restrizzjonijiet fuq il-kontenut legali.

Emenda    22

Proposta għal regolament

Premessa 19

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19)  Wara t-talba, l-awtorità kompetenti għandha tidħol fi djalogu mal-fornitur tas-servizzi ta' hosting dwar il-miżuri proattivi neċessarji li għandhom jiġu stabbiliti. Jekk ikun meħtieġ, l-awtorità kompetenti għandha timponi l-adozzjoni ta' miżuri proattivi xierqa, effettivi u proporzjonati fejn tqis li l-miżuri meħuda ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw ir-riskji. Deċiżjoni li timponi tali miżuri proattivi speċifiċi m'għandhiex, fil-prinċipju, twassal għall-impożizzjoni ta' obbligu ġenerali ta' monitoraġġ, kif previst fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE. Meta wieħed iqis ir-riskji partikolarment gravi assoċjati mat-tixrid tal-kontenut terroristiku, id-deċiżjonijiet adottati mill-awtoritajiet kompetenti fuq il-bażi ta' dan ir-Regolament jistgħu jidderogaw mill-approċċ stabbilit fl-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2000/31/KE, fir-rigward ta' ċerti miżuri speċifiċi u mmirati, li l-adozzjoni tagħhom hija meħtieġa għal raġunijiet prevalenti ta' sigurtà pubblika. Qabel ma tadotta deċiżjonijiet bħal dawn, l-awtorità kompetenti għandha ssib bilanċ ġust bejn l-għanijiet ta' interess pubbliku u d-drittijiet fundamentali involuti, b'mod partikolari, il-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni u l-libertà li twettaq negozju, u tipprovdi ġustifikazzjoni xierqa.

imħassar

Emenda    23

Proposta għal regolament

Premessa 19a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(19a)  Fornitur ta' servizz ta' hosting jista', fi kwalunkwe waqt, jitlob li l-awtorità kompetenti tagħmel rieżami talba u, fejn ikun f'loku, tirrevokaha skont l-Artikolu 6(2). Jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tipprovdi deċiżjoni motivata f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara li tirċievi t-talba mill-fornitur ta' servizz ta' hosting.

Emenda    24

Proposta għal regolament

Premessa 20

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(20)  L-obbligu tal-fornituri tas-servizzi ta' hosting li jippreżervaw il-kontenut imneħħi u d-data relatata, jenħtieġ li jkun stabbilit għal skopijiet speċifiċi u limitati fiż-żmien għal dak li hu meħtieġ. Hemm bżonn li r-rekwiżit ta' preservazzjoni jiġi estiż għad-data relatata sal-punt li kwalunkwe data bħal din tintilef b'mod ieħor bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-kontenut inkwistjoni. Id-data relatata tista' tinkludi data bħal “data dwar l-abbonati”, inkluż b'mod partikolari data li tappartjeni għall-identità tal-fornitur tal-kontenut kif ukoll “data ta' aċċess”, inkluż pereżempju data dwar id-data u l-ħin tal-użu mill-fornitur tal-kontenut, jew log-in u log-off mis-servizz, flimkien ma' indirizz IP allokat mill-fornitur tas-servizz ta' aċċess għall-Internet lill-fornitur tal-kontenut.

(20)  L-obbligu tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jippreservaw il-kontenut imneħħi u d-data relatata jenħtieġ li jkun stabbilit għal skopijiet speċifiċi, ikun limitat fiż-żmien għal dak li hu meħtieġ u, meta jinvolvi data personali, jiżgura li din tkun protetta debitament. Hemm bżonn li r-rekwiżit ta' preservazzjoni jiġi estiż għad-data relatata sal-punt li kwalunkwe tali data għajr hekk tintilef bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-kontenut inkwistjoni. Id-data relatata tista' tinkludi data bħal "data dwar l-abbonati", inkluż b'mod partikolari data li tappartjeni għall-identità tal-fornitur tal-kontenut kif ukoll "data dwar l-aċċess", inkluż pereżempju data dwar id-data u l-ħin tal-użu mill-fornitur tal-kontenut, jew il-log-in fis-servizz u l-log-off minnu, flimkien mal-indirizz IP allokat lill-fornitur tal-kontenut mill-fornitur tas-servizz ta' aċċess għall-Internet.

Emenda    25

Proposta għal regolament

Premessa 24

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24)  It-trasparenza tal-politiki tal-fornituri ta' servizzi ta' akkoljenza fir-rigward ta' kontenut terroristiku hija essenzjali biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tagħhom lejn l-utenti tagħhom u biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fis-Suq Uniku Diġitali. Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jippubblikaw rapporti annwali ta' trasparenza li jkun fihom informazzjoni sinifikanti dwar l-azzjoni meħuda fir-rigward tal-individwazzjoni, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kontenut terroristiku.

(24)  It-trasparenza tal-politiki tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting fir-rigward ta' kontenut terroristiku hija essenzjali biex tissaħħaħ ir-responsabbiltà tagħhom lejn l-utenti tagħhom u biex tissaħħaħ il-fiduċja taċ-ċittadini fis-Suq Uniku Diġitali. Jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti għal kontenut terroristiku jippubblikaw rapporti annwali dwar it-trasparenza li jkun fihom informazzjoni siewja dwar l-azzjoni meħuda fir-rigward tal-kxif, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kontenut terroristiku, inklużi l-miżuri volontarji kif ukoll l-għadd ta' tneħħijiet ikkontestati. Jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting ma jkunu obbligati jiżvelaw ebda kodiċi ta' sors bħala parti mir-rapporti ta' trasparenza tagħhom. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw ukoll rapporti annwali ta' trasparenza li jkun fihom informazzjoni siewja dwar l-għadd ta' ordnijiet ta' tneħħija maħruġa, l-għadd ta' tneħħijiet, l-għadd ta' kontenuti terroristiċi identifikati u mikxufa li jkunu tneħħew u l-għadd ta' tneħħijiet ikkontestati.

Emenda    26

Proposta għal regolament

Premessa 24a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(24a)  Fornituri tal-kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jenħtieġ li jkollhom dritt għal rimedju effettiv f'konformità mal-Artikolu 19 tat-TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ċerti fornituri ta' hosting diġà jużaw għodod awtomatizzati sabiex ineħħu kontenut illegali mill-pjattaformi tagħhom. Tali teknoloġiji ma jistgħux jiddifferenzjaw il-kontenut terroristiku minn kontenut li jkun legali, bħal kontenut li jitqassam għal skopijiet edukattivi, ġurnalistiċi jew ta' riċerka.

Emenda    27

Proposta għal regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Il-proċeduri għall-ilmenti jikkostitwixxu salvagwardja neċessarja kontra t-tneħħija żbaljata ta' kontenut protett skont il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni. Għaldaqstant, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti li jkunu faċli għall-utent u jiżguraw li l-ilmenti jiġu ttrattati malajr u bi trasparenza sħiħa għall-fornitur tal-kontenut. Ir-rekwiżit għall-fornitur ta' servizzi ta' hosting li jerġa' jdaħħal il-kontenut fejn ikun tneħħa bi żball, ma jaffettwax il-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jinfurzaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess għal raġunijiet oħra.

(25)  Il-proċeduri għall-ilmenti jikkostitwixxu salvagwardja neċessarja kontra t-tneħħija żbaljata ta' kontenut protett skont il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni. Għaldaqstant, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jistabbilixxu mekkaniżmi tal-ilmenti li jkunu faċli għall-utent u jiżguraw li l-ilmenti jiġu ttrattati malajr u bi trasparenza sħiħa għall-fornitur tal-kontenut, u dan jenħtieġ li jinkludi informazzjoni dwar l-għażliet kollha ta' rimedju effettiv, inkluż ir-rimedju ġudizzjarju. Il-fornituri tal-kontenut jenħtieġ li jkollhom ukoll id-dritt li jressqu lment direttament quddiem l-awtorità kompetenti jekk ma jkunux jistgħu jsolvu l-ilment tagħhom ma' fornitur ta' servizzi ta' hosting. Ir-rekwiżit li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jerġa' jdaħħal il-kontenut fejn ikun tneħħa bi żball ma jaffettwax il-possibbiltà li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jinfurzaw it-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom stess għal raġunijiet oħra.

Emenda    28

Proposta għal regolament

Premessa 26

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(26)  Il-protezzjoni legali effettiva skont l-Artikolu 19 tat-TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi li l-persuni jkunu jistgħu jaċċertaw ir-raġunijiet li fuqhom il-kontenut imtella' minnhom tneħħa jew l-aċċess għalih ġie diżattivat. Għal dak il-għan, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornitur tal-kontenut informazzjoni sinifikanti li tippermetti lill-fornitur tal-kontenut li jikkontesta d-deċiżjoni. Madankollu, dan mhux neċessarjament jirrikjedi notifika lill-fornitur tal-kontenut. Skont iċ-ċirkostanzi, il-fornituri ta' servizz ta' hosting jistgħu jissostitwixxu kontenut meqjus bħala kontenut terroristiku, b'messaġġ li tneħħa jew ġie diżattivat skont dan ir-Regolament. Għandha tingħata, fuq talba, aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet kif ukoll il-possibilitajiet għall-fornitur tal-kontenut biex jikkontesta d-deċiżjoni. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika inkluż fil-kuntest ta' investigazzjoni, jitqies li ma jkunx xieraq li jiġi nnotifikat direttament il-fornitur tal-kontenut bit-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-kontenut, huma għandhom jinfurmaw lill-fornitur tas-servizz ta' hosting.

(26)  Il-protezzjoni legali effettiva skont l-Artikolu 19 tat-TUE u l-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tirrikjedi li l-persuni jkunu jistgħu jaċċertaw fuq liema raġunijiet il-kontenut imtella' minnhom ikun tneħħa jew l-aċċess għalih ġie diżattivat. Għal dak il-għan, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jenħtieġ li jqiegħed għad-dispożizzjoni tal-fornitur tal-kontenut informazzjoni sinifikanti li tippermetti li l-fornitur tal-kontenut jikkontesta d-deċiżjoni. Skont iċ-ċirkostanzi, il-fornituri ta' servizz ta' hosting jistgħu jissostitwixxu kontenut meqjus bħala kontenut terroristiku b'messaġġ li dak il-kontenut ikun tneħħa jew ġie diżattivat skont dan ir-Regolament. Jenħtieġ li tingħata aktar informazzjoni dwar ir-raġunijiet kif ukoll il-possibilitajiet għall-fornitur tal-kontenut biex jikkontesta d-deċiżjoni. Fejn l-awtoritajiet kompetenti jiddeċiedu li, għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika, inkluż fil-kuntest ta' investigazzjoni, jitqies li jkun kontroproduċenti li l-fornitur tal-kontenut jiġi nnotifikat direttament bit-tneħħija jew bid-diżattivazzjoni tal-kontenut, jenħtieġ li jinfurmaw lill-fornitur tas-servizz ta' hosting.

Emenda    29

Proposta għal regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Huwa essenzjali li l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru responsabbli għall-impożizzjoni ta' penali tkun infurmata b'mod sħiħ dwar il-ħruġ ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti u skambji sussegwenti bejn il-fornitur tas-servizzi ta' hosting u l-awtorità kompetenti rilevanti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri għandhom jiżguraw mezzi ta' komunikazzjoni u mekkaniżmi xierqa li jippermettu l-kondiviżjoni ta' informazzjoni rilevanti fi żmien xieraq.

(29)  Huwa essenzjali li l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru responsabbli għall-impożizzjoni ta' penali tkun infurmata b'mod sħiħ dwar il-ħruġ ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti u skambji sussegwenti bejn il-fornitur ta' servizzi ta' hosting u l-awtorità kompetenti rilevanti. Għal dak il-għan, l-Istati Membri jeħtiġilhom jiżguraw mezzi ta' komunikazzjoni u mekkaniżmi xierqa li jippermettu l-kondiviżjoni f'waqtha ta' informazzjoni rilevanti.

Emenda    30

Proposta għal regolament

Premessa 33

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(33)  Iż-żewġ fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punti ta' kuntatt biex jiffaċilitaw it-trattament rapidu ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti. B'kuntrast mar-rappreżentant legali, il-punt ta' kuntatt iservi għal skopijiet operattivi. Il-punt ta' kuntatt tal-fornitur tas-servizzi ta' hosting għandu jikkonsisti minn kwalunkwe mezz iddedikat li jippermetti s-sottomissjoni elettronika ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferiment u ta' mezzi tekniċi u personali li jippermettu l-ipproċessar rapidu tagħhom. Il-punt ta' kuntatt għall-fornitur tas-servizzi ta' hosting ma għandux għalfejn ikun jinstab fl-Unjoni u l-fornitur tas-servizz ta' hosting huwa liberu biex jinnomina punt ta' kuntatt eżistenti, dment li dan il-punt ta' kuntatt ikun jista' jissodisfa l-funzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Bil-ħsieb li jiġi żgurat li jitneħħa l-kontenut terroristiku jew li l-aċċess għalih ikun diżattivat fi żmien siegħa minn meta tasal l-ordni ta' tneħħija, il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jiżguraw li l-punt ta' kuntatt ikun aċċessibbli 24/7. L-informazzjoni fuq il-punt ta' kuntatt għandha tinkludi informazzjoni dwar il-lingwa li biha jista' jiġi indirizzat il-punt ta' kuntatt. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-fornituri tas-servizzi ta' hosting u l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting huma mħeġġa jippermettu l-komunikazzjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li fiha huma disponibbli t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

(33)  Sew il-fornituri ta' servizzi ta' hosting u sew l-Istati Membri jenħtieġ li jistabbilixxu punti ta' kuntatt biex jiffaċilitaw it-trattament rapidu ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti. B'kuntrast mar-rappreżentant legali, il-punt ta' kuntatt iservi għal skopijiet operazzjonali. Jenħtieġ li l-punt ta' kuntatt tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting ikun jikkonsisti minn kwalunkwe mezz iddedikat li jippermetti s-sottomissjoni elettronika ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferiment u ta' mezzi tekniċi u personali li jippermettu l-ipproċessar rapidu tagħhom. Il-punt ta' kuntatt għall-fornitur ta' servizzi ta' hosting m'hemmx għalfejn ikun jinstab fl-Unjoni u l-fornitur tas-servizz ta' hosting huwa liberu li jinnomina punt ta' kuntatt eżistenti, dment li dan il-punt ta' kuntatt ikun jista' jissodisfa l-funzjonijiet previsti f'dan ir-Regolament. Bil-ħsieb li jiżguraw li l-kontenut terroristiku jitneħħa jew li l-aċċess għalih jiġi diżattivat mill-aktar fis wara li tasal l-ordni ta' tneħħija, jenħtieġ li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jiżguraw li l-punt ta' kuntatt ikun aċċessibbli 24/7. Jenħtieġ li l-informazzjoni fuq il-punt ta' kuntatt tinkludi informazzjoni dwar il-lingwa li biha jista' jiġi indirizzat il-punt ta' kuntatt. Sabiex tiġi ffaċilitata l-komunikazzjoni bejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting u l-awtoritajiet kompetenti, il-fornituri ta' servizzi ta' hosting huma mħeġġa jippermettu l-komunikazzjoni f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni li biha jkunu disponibbli t-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom.

Emenda    31

Proposta għal regolament

Premessa 34

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(34)  Fin-nuqqas ta' rekwiżit ġenerali għall-fornituri tas-servizzi li jiżguraw preżenza fiżika fit-territorju tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza taħt liema ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru jaqa' l-fornitur tas-servizzi ta' hosting li joffri s-servizzi fi ħdan l-Unjoni. Bħala regola ġenerali, il-fornitur tas-servizzi ta' hosting jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ikun ħatar rappreżentant legali. Madankollu, meta Stat Membru ieħor joħroġ ordni ta' tneħħija, l-awtoritajiet tiegħu jenħtieġ li jkunu jistgħu jinfurzaw l-ordnijiet tagħhom billi jieħdu miżuri koerċittivi ta' natura mhux punittiva, bħal pagamenti ta' penali. Fir-rigward ta' fornitur tas-servizzi ta' hosting li ma għandu ebda stabbiliment fl-Unjoni u ma jaħtarx rappreżentant legali, kwalunkwe Stat Membru jenħtieġ li, madankollu, ikun jista' joħroġ penali, dment li l-prinċipju ta' ne bis in idem jiġi rrispettat.

(34)  Fin-nuqqas ta' rekwiżit ġenerali għall-fornituri ta' servizzi li jiżguraw preżenza fiżika fit-territorju tal-Unjoni, hemm il-ħtieġa li tiġi żgurata ċ-ċarezza taħt liema ġuriżdizzjoni ta' Stat Membru jaqa' l-fornitur ta' servizzi ta' hosting li joffri s-servizzi fi ħdan l-Unjoni. Bħala regola ġenerali, il-fornitur tas-servizzi ta' hosting jaqa' taħt il-ġurisdizzjoni tal-Istat Membru li fih ikollu l-istabbiliment prinċipali tiegħu jew fejn ikun ħatar rappreżentant legali.

Emenda    32

Proposta għal regolament

Premessa 35

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(35)  Dawk il-fornituri tas-servizzi ta' hosting li mhumiex stabbiliti fl-Unjoni għandhom jaħtru bil-miktub rappreżentant legali sabiex jiżguraw il-konformità u l-infurzar tal-obbligi skont dan ir-Regolament.

(35)  Jenħtieġ li dawk il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni jaħtru bil-miktub rappreżentant legali sabiex jiżguraw il-konformità mal-obbligi skont dan ir-Regolament u l-infurzar tagħhom. Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting jistgħu jużaw rappreżentant legali eżistenti, dment li dan ir-rappreżentant legali jkun fil-qagħda li jissodisfa l-funzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament.

Emenda    33

Proposta għal regolament

Premessa 37

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(37)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, l-Istati Membri għandhom jaħtru awtoritajiet kompetenti. Ir-rekwiżit li jaħtru awtoritajiet kompetenti ma jeħtieġx neċessarjament l-istabbiliment ta' awtoritajiet ġodda iżda jistgħu jkunu korpi eżistenti inkarigati bil-funzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jirrikjedi li jinħatru awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta' ordnijiet ta' tneħħija, riferimenti u għas-superviżjoni ta' miżuri proattivi u għall-impożizzjoni ta' penali. Huwa f'idejn l-Istati Membri biex jiddeċiedu kemm-il awtorità jixtiequ jaħtru għal dawn il-kompiti.

(37)  Għall-finijiet ta' dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Istati Membri jaħtru awtorità kompetenti unika dment li l-arranġamenti kostituzzjonali tagħhom jipprevjenu lil awtorità waħda milli tkun responsabbli . Ir-rekwiżit tal-ħatra ta' awtoritajiet kompetenti ma jirrikjedix neċessarjament l-istabbiliment ta' awtoritajiet ġodda, iżda l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jkunu korpi eżistenti inkarigati bil-funzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament. Dan ir-Regolament jirrikjedi li jinħatru awtoritajiet kompetenti għall-ħruġ ta' ordnijiet ta' tneħħija u għall-impożizzjoni ta' penali.

Emenda    34

Proposta għal regolament

Premessa 38

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(38)  Il-penali huma meħtieġa biex tiġi żgurata l-implimentazzjoni effettiva minn fornituri ta' servizzi ta' hosting tal-obbligi skont dan ir-Regolament. L-Istati Membri għandhom jadottaw regoli dwar penali, inkluż, fejn xieraq, il-linji gwida tal-multi. Penali partikolarment serji għandhom jiġu aċċertati fil-każ li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jonqos sistematikament milli jneħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih fi żmien siegħa mill-wasla ta' ordni ta' tneħħija. In-nuqqas ta' konformità f'każijiet individwali jista' jiġi ssanzjonat filwaqt li jiġu rispettati l-prinċipji ta' ne bis in idem tal-proporzjonalità u l-iżgurar li dawn is-sanzjonijiet iqisu l-falliment sistematiku. Sabiex tiġi żgurata ċ-ċertezza legali, ir-regolament għandu jistabbilixxi sa liema punt l-obbligi rilevanti jistgħu jkunu suġġett għal penali. Penali għal nuqqas ta' konformità mal-Artikolu 6 għandhom jiġu adottati biss fir-rigward tal-obbligi li jirriżultaw minn talba għal rapport skont l-Artikolu 6(2) jew deċiżjoni li timponi miżuri proattivi addizzjonali skont l-Artikolu 6(4). Meta jkun qed jiġi determinat jekk għandhomx ikunu imposti penali finanzjarji, għandhom jitqiesu r-riżorsi finanzjarji tal-fornitur. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-penali ma jħeġġux it-tneħħija ta' kontenut li mhuwiex kontenut terroristiku.

(38)  Il-penali huma meħtieġa biex jiġi żgurat li l-fornituri ta' servizzi ta' hosting jimplimentaw l-obbligi skont dan ir-Regolament b'mod effettiv, u jenħtieġ li jqisu wkoll is-sitwazzjoni tas-sussidjarji jew tal-impriżi konnessi, fejn dan ikun applikabbli. Jenħtieġ li l-Istati Membri jadottaw regoli dwar penali, inkluż, fejn xieraq, il-linji gwida tal-multi. Jenħtieġ li l-penali jiġu aċċertati fil-każ li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jonqos sistematikament milli jneħħi kontenut terroristiku jew milli jiddiżattiva l-aċċess għalih fil-perjodu speċifikat mill-awtorità kompetenti. Fil-valutazzjoni tan-natura tal-ksur u fid-deċiżjoni dwar l-applikazzjoni ta' penali, jenħtieġ li jiġu rispettati b'mod sħiħ id-drittijiet fundamentali, bħal-libertà ta' espressjoni. Meta jkun qed jiġi determinat jekk ikollhomx jiġu imposti penali finanzjarji, jenħtieġ li jitqiesu r-riżorsi finanzjarji tal-fornitur, dewmien mhux intenzjonali, b'mod partikolari min-naħa ta' impriżi żgħar u ta' daqs medju u start-ups. L-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li l-penali ma jħeġġux it-tneħħija ta' kontenut li ma jkunx kontenut terroristiku.

Emenda    35

Proposta għal regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  L-użu ta' mudelli standardizzati jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri tas-servizzi, li jippermettilhom jikkomunikaw b'mod aktar rapidu u effettiv. Huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata azzjoni rapida wara l-irċevuta ta' ordni ta' tneħħija. Il-mudelli jnaqqsu l-kostijiet tat-traduzzjoni u jikkontribwixxu għal standard għoli ta' kwalità. Bl-istess mod formuli ta' tweġibiet għandhom jippermettu skambju standardizzat ta' informazzjoni, u dan se jkun partikolarment importanti fejn il-fornituri ma jkunux jistgħu jikkonformaw. Mezzi ta' sottomissjoni awtentikati jistgħu jiggarantixxu l-awtentiċità tal-ordni ta' tkeċċija, inkluż l-eżattezza tad-data u l-ħin tat-trasmissjoni u l-wasla tal-ordni.

(39)  L-użu ta' mudelli standardizzati jiffaċilita l-kooperazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-fornituri tas-servizzi, hekk li jippermettilhom jikkomunikaw b'mod aktar rapidu u effettiv. Huwa partikolarment importanti li tiġi żgurata azzjoni rapida wara r-riċevuta ta' ordni ta' tneħħija, skont id-daqs u l-mezzi tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting. Il-mudelli jnaqqsu l-kostijiet tat-traduzzjoni u jikkontribwixxu għal standard għoli ta' kwalità. Bl-istess mod, jenħtieġ li formuli ta' tweġiba jippermettu skambju standardizzat ta' informazzjoni, u dan ikun partikolarment importanti fejn il-fornituri ma jkunux jistgħu jikkonformaw. Mezzi ta' sottomissjoni awtentikati jistgħu jiggarantixxu l-awtentiċità tal-ordni ta' tkeċċija, inkluż l-eżattezza tad-data u l-ħin tal-bgħit u tal-wasla tal-ordni.

Emenda    36

Proposta għal regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  L-Istati Membri għandhom jiġbru informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni. Programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti ta' dan ir-Regolament għandhom jiġu stabbiliti sabiex jjitqiesu f'evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni.

(41)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jiġbru informazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni, inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta' każijiet ta' kxif, investigazzjoni u prosekuzzjoni b'suċċess ta' reati terroristiċi bħala konsegwenza ta' dan ir-Regolament. Jenħtieġ li programm dettaljat għall-monitoraġġ tal-outputs, tar-riżultati u tal-impatti ta' dan ir-Regolament jiġi stabbilit sabiex jikkontribwixxi għal evalwazzjoni tal-leġiżlazzjoni.

Emenda    37

Proposta għal regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Abbażi tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet fir-rapport ta' implimentazzjoni u l-eżitu tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ, il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux qabel tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. L-evalwazzjoni għandha tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE. Hija ser tivvaluta l-funzjonament ta' miżuri operazzjonali u tekniċi differenti previsti fir-Regolament, inkluża l-effettività ta' miżuri biex tittejjeb id-detezzjoni, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kontenut terroristiku, l-effettività ta' mekkaniżmi ta' salvagwardja kif ukoll l-impatti potenzjalment affettwati dwar id-drittijiet u l-interessi ta' partijiet terzi, inkluż rieżami għar-rekwiżit li jinforma lill-fornituri tal-kontenut.

(42)  Abbażi tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet fir-rapport ta' implimentazzjoni u l-eżitu tal-eżerċizzju ta' monitoraġġ, jenħtieġ li l-Kummissjoni twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament mhux qabel tliet snin wara d-dħul fis-seħħ tiegħu. Jenħtieġ li l-evalwazzjoni tkun ibbażata fuq il-ħames kriterji tal-effiċjenza, l-effettività, ir-rilevanza, il-koerenza u l-valur miżjud tal-UE. L-evalwazzjoni tivvaluta l-funzjonament ta' miżuri operazzjonali u tekniċi differenti previsti fir-Regolament, inkluża l-effettività ta' miżuri biex jittejbu l-kxif, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kontenut terroristiku, l-effettività ta' mekkaniżmi ta' salvagwardja kif ukoll l-impatti fuq id-drittijiet fundamentali potenzjalment affettwati, speċjalment il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni, id-dritt għall-privatezza u l-protezzjoni tad-data personali.

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi għall-prevenzjoni tal-użu anormali ta' servizzi ta' hosting għad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku onlajn. Huwa jistabbilixxi b'mod partikolari:

1.  Dan ir-Regolament jistabbilixxi regoli uniformi għall-indirizzar tal-abbuż ta' servizzi ta' hosting għad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online. Jistabbilixxi b'mod partikolari:

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  regoli dwar l-obbligi ta' diliġenza li għandhom jiġu applikati minn fornituri ta' servizzi ta' hosting bil-għan li jipprevjenu d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku permezz tas-servizzi tagħhom u jiżguraw, fejn meħtieġ, it-tneħħija rapida tiegħu;

(a)  regoli dwar l-obbligi ta' diliġenza li għandhom jiġu applikati minn fornituri ta' servizzi ta' hosting li jkunu esposti għal kontenut terroristiku illegali, bil-għan li jiżguraw, fejn meħtieġ, it-tneħħija rapida tiegħu;

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  sett ta' miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri biex jidentifikaw kontenut terroristiku, biex jippermettu t-tneħħija rapida tiegħu minn fornituri ta' servizzi ta' hosting u biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra, ma' fornituri ta' servizzi ta' hosting u fejn xieraq, ma' korpi rilevanti tal-Unjoni.

(b)  sett ta' miżuri li għandhom jiġu implimentati mill-Istati Membri biex jidentifikaw kontenut terroristiku, biex jippermettu t-tneħħija rapida tiegħu minn fornituri ta' servizzi ta' hosting u biex jiffaċilitaw il-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti fi Stati Membri oħra, ma' fornituri ta' servizzi ta' hosting u, fejn dan ikun f'loku, ma' korpi rilevanti tal-Unjoni bil-għan li jikkoordinaw azzjonijiet fil-ġlieda kontra l-kontenut terroristiku online.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Dan jistabbilixxi wkoll l-ambitu ġeografiku li jkopri l-fornituri ta' servizzi ta' hosting li joffru servizzi fl-Unjoni, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom.

2.  Dan ir-Regolament għandu japplika għal fornituri ta' servizzi ta' hosting esposti li joffru servizzi fl-Unjoni, irrispettivament mill-post ta' stabbiliment tagħhom.

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 a.  L-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha tkun soġġetta għad-dritt tal-Unjoni rigward id-drittijiet, il-libertajiet u l-valuri fundamentali kif minquxa b'mod partikolari fl-Artikoli 2 u 6 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u ma għandux ikollu l-effett li jimmodifika l-obbligi li jirriżultaw minnhom. L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu l-kundizzjonijiet rikjesti mill-prinċipji fundamentali relatati mal-libertà tal-istampa u mal-libertà u l-pluraliżmu tal-midja u li jkunu konformi ma' dawk il-prinċipji.

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1, paragrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2 b.  Dan ir-Regolament huwa mingħajr preġudizzju għad-Direttiva 2004/31/KE.

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  "fornitur ta' servizzi ta' hosting" tfisser fornitur ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li jikkonsisti fil-ħażna ta' informazzjoni pprovduta minn u fuq it-talba tal-fornitur tal-kontenut u meta jagħmel l-informazzjoni maħżuna disponibbli għal partijiet terzi;

(1)  "fornitur ta' servizzi ta' hosting" tfisser fornitur ta' servizzi tas-soċjetà tal-informazzjoni li l-attività ta' negozju tiegħu tikkonsisti fil-ħżin u l-ipproċessar ta' informazzjoni pprovduta minn fornitur tal-kontenut u fuq talba tiegħu u fid-disseminazzjoni tal-informazzjoni maħżuna lill-pubbliku, u li għalih huwa possibbli li jidentifika u jneħħi kontenut speċifiku;

B'mod partikolari, għall-fini ta' dan ir-Regolament, il-fornituri ta' servizzi f'saffi oħrajn tal-infrastruttura tal-Internet għajr is-saff tal-applikazzjoni, u l-fornituri ta' servizzi tal-infrastruttura tal-IT tal-cloud, ma għandhomx jitqiesu bħala fornituri ta' servizzi ta' hosting;

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4)  "reati terroristiċi" tfisser ir-reati kif definit fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(4)  ''reati terroristiċi'' tfisser wieħed mill-atti intenzjonali elenkati fl-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  "kontenut terroristiku" tfisser waħda jew aktar mill-informazzjoni li ġejja:

(5)  "kontenut terroristiku" tfisser informazzjoni jew materjal li jikkostitwixxu wieħed jew aktar mir-reati mwettqa intenzjonalment kif iddefiniti fl-Artikoli 3 sa 7 tad-Direttiva 2017/541, b'mod partikolari permezz ta':

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-inċitament jew il-promozzjoni, inkluż permezz tal-glorifikazzjoni, l-ikkummissjonar ta' reati terroristiċi li b'hekk jikkawżaw il-periklu li dawn l-atti jitwettqu;

(a)  l-inċitament għat-twettiq ta' wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541, meta tali mġiba, direttament jew indirettament, bħal permezz tal-glorifikazzjoni ta' atti terroristiċi, taħdem favur it-twettiq ta' reati terroristiċi, u b'hekk toħloq periklu tat-twettiq ta' tali reat jew reati;

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  l-inkoraġġiment tal-kontribut għal reati terroristiċi;

(b)  is-solleċitazzjoni ta' persuna oħra biex twettaq, jew tikkontribwixxi għal, wieħed mir-reati elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1), jew fl-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2017/541;

Emenda    49

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  il-promozzjoni tal-attivitajiet ta' grupp terroristiku, b'mod partikolari bl-inkoraġġiment tal-parteċipazzjoni fi grupp terroristiku jew l-appoġġ għalihom fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 2(3) tad-Direttiva (UE) 2017/541;

(c)  il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' grupp terroristiku, inkluż bl-għoti ta' informazzjoni jew riżorsi materjali, jew bil-finanzjament tal-attivitajiet tiegħu bi kwalunkwe mod, fl-għarfien tal-fatt illi tali parteċipazzjoni se tikkontribwixxi għall-attivitajiet kriminali tal-grupp terroristiku, fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 4 tad-Direttiva (UE) 2017/541;

Emenda    50

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 5 –punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  l-għoti ta' struzzjonijiet fuq metodi jew tekniki għall-fini li jitwettqu reati terroristiċi.

(d)  l-għoti ta' istruzzjonijiet dwar il-produzzjoni jew l-użu ta' splussivi, ta' armi tan-nar jew ta' armi oħra jew ta' sustanzi tossiċi jew perikolużi, jew dwar metodi jew tekniki speċifiċi oħra, għall-fini li jitwettaq, jew li jsir kontribut għat-twettiq ta', wieħed mir-reati terroristiċi elenkati fil-punti (a) sa (i) tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva (UE) 2017/541, bl-għarfien li l-ħiliet ipprovduti jkunu intenzjonati li jintużaw għal dan il-fini, huwa punibbli bħala reat kriminali meta jitwettaq intenzjonalment.

Emenda    51

Proposta għal regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6)  "disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku" tfisser li l-kontenut terroristiku jkun disponibbli għal partijiet terzi fuq is-servizzi ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting;

(6)  "disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku" tfisser li l-kontenut terroristiku jkun pubblikament disponibbli għal partijiet terzi fuq is-servizzi ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting; Kontenuti disseminati għal finijiet edukattivi, xjentifiċi jew dokumentarji, u għal finijiet kontra r-radikalizzazzjoni u ta' kontronarrattivi għandhom ikunu protetti b'mod adegwat;

Emenda    52

Proposta għal regolament

Artikolu 2 - paragrafu 1 - punt 9a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9a)  "awtorità kompetenti" tfisser awtorità ġudizzjarja nazzjonali unika maħtura fl-Istat Membru, jew awtorità amministrattiva;

Emenda    53

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornituri ta' servizz ta' hosting għandhom jieħdu azzjonijiet xierqa, raġonevoli u proporzjonati skont dan ir-Regolament, kontra t-tixrid ta' kontenut terroristiku u biex jipproteġu l-utenti minn kontenut terroristiku. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu b'mod diliġenti, proporzjonat u mhux diskriminatorju, u b'kunsiderazzjoni xierqa għad-drittijiet fundamentali tal-utenti u jqisu l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u l-informazzjoni f'soċjetà miftuħa u demokratika.

1.  Fornituri ta' servizz ta' hosting li huma esposti għal kontenut terroristiku għandhom jieħdu azzjonijiet adatti, raġonevoli u proporzjonati skont dan ir-Regolament, kontra d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku u biex jipproteġu lill-utenti minn kontenut terroristiku. Meta jagħmlu dan, huma għandhom jaġixxu b'mod diliġenti, proporzjonat u mhux diskriminatorju, u b'kunsiderazzjoni xierqa f'kull ċirkostanza għad-drittijiet fundamentali tal-utenti, u jqisu l-importanza fundamentali tal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni f'soċjetà miftuħa u demokratika. Dawn l-azzjonijiet ma għandhomx jammontaw għal obbligu ġenerali fuq il-fornituri ta' servizzi ta' hosting li jimmonitorjaw l-informazzjoni li jaħżnu, u lanqas obbligu ġenerali li jfittxu attivament fatti jew ċirkostanzi li jindikaw attività illegali

Emenda    54

Proposta għal regolament

Artikolu 3 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jinkludu fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, u japplikaw, dispożizzjonijiet għall-prevenzjoni tat-tixrid ta' kontenut terroristiku.

imħassar

Emenda    55

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li toħroġ deċiżjoni li titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting ineħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih.

1.  L-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li toħroġ ordni ta' tneħħija li tobbliga lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting ineħħi kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih, u għandha tinforma immedjatament lill-awtoritajiet kompetenti ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor li hija tqis li l-interessi tiegħu jistgħu jkunu affettwati mill-ħruġ ta' dik l-ordni ta' tneħħija.

Emenda    56

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1 a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ordnijiet ta' tneħħija maħruġa minn awtorità amministrattiva jkunu suġġetti għal rieżami minn awtorità ġudizzjarja indipendenti li tivvaluta l-konformità mad-definizzjoni ta' kontenut terroristiku skont l-Artikolu 2(5) u tirrevoka l-ordni ta' tneħħija fejn dan ikun f'loku.

Emenda    57

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess tiegħu fi żmien siegħa minn meta tiġi riċevuta l-ordni ta' tneħħija.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom ineħħu kontenut terroristiku jew jiddiżattivaw l-aċċess għalih mingħajr dewmien. L-awtorità kompetenti għandha tistabbilixxi skadenza għall-konformità mal-ordni ta' tneħħija li ma għandhiex tkun iqsar minn tmien sigħat. Hija u tistabbilixxi l-iskadenza, l-awtorità kompetenti għandha tqis debitament id-daqs u r-riżorsi tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting, minħabba li l-SMEs b'mod partikolari jistgħu jkollhom bżonn ta' skadenza itwal biex jikkonformaw mal-ordni ta' tneħħija. Fi kwalunkwe każ, l-iskadenza ma għandhiex tkun qabel tmiem il-ġurnata tax-xogħol li jmiss għall-fornituri ta' servizzi ta' hosting li qabel ma jkunux ġew soġġetti għal ordni ta' tneħħija u li jkunu mikrointrapriżi kif definit fir-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE, inklużi kummerċjanti uniċi.

Emenda    58

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  dikjarazzjoni tar-raġunijiet li jispjegaw għaliex il-kontenut jitqies kontenut terroristiku, tal-anqas, b'referenza għall-kategoriji ta' kontenut terroristiku elenkat fl-Artikolu 2(5);

(b)  dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet li tispjega għala l-kontenut jitqies bħala kontenut terroristiku, b'referenza speċifika għall-kategoriji ta' kontenut terroristiku elenkati fl-Artikolu 2(5) u li tissostanzja l-elementi ta' illegalità u ta' intenzjonalità u l-liġi nazzjonali rilevanti;

Emenda    59

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  informazzjoni dwar ir-rimedju disponibbli għall-fornitur ta' servizzi ta' akkoljenza u għall-fornitur tal-kontenut;

(f)  informazzjoni dwar ir-rimedju u l-iskadenza għar-rimedju disponibbli għall-fornitur ta' servizzi ta' hosting u għall-fornitur tal-kontenut;

Emenda    60

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 3 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  fejn rilevanti, id-deċiżjoni biex ma tiġix żvelata informazzjoni dwar it-tneħħija ta' kontenut terroristiku jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalih imsemmija fl-Artikolu 11.

(g)  fejn ikun meħtieġ u xieraq, id-deċiżjoni biex ma tiġix żvelata informazzjoni dwar it-tneħħija ta' kontenut terroristiku jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għalih imsemmija fl-Artikolu 11.

Emenda    61

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fuq talba mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew mill-fornitur tal-kontenut, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi dikjarazzjoni dettaljata tar-raġunijiet, mingħajr preġudizzju għall-obbligu li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija sal-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2.

imħassar

Emenda    62

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 8

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8.  Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma jistax jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija minħabba li l-ordni ta' tneħħija fiha żbalji evidenti jew ma fihiex biżżejjed informazzjoni biex tiġi eżegwita l-ordni, huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti mingħajr dewmien bla bżonn, fejn jitlob il-kjarifika meħtieġa, billi juża l-mudell stabbilit fl-Anness III. L-iskadenza stipulata fil-paragrafu 2 għandha tapplika hekk kif tiġi pprovduta l-kjarifika.

8.  Jekk il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma jistax jikkonforma mal-ordni ta' tneħħija f'każijiet fejn l-ordni ta' tneħħija jkun fiha żbalji evidenti jew ma jkunx fiha biżżejjed informazzjoni biex l-ordni tiġi eżegwita, huwa għandu jinforma lill-awtorità kompetenti minnufih, filwaqt li jitlobha l-kjarifika meħtieġa, billi juża l-mudell stabbilit fl-Anness III. Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jneħħi l-kontenut terroristiku jew jiddiżattiva l-aċċess għalih mingħajr dewmien hekk kif tiġi pprovduta l-kjarifika dwar l-ordni ta' tneħħija.

Emenda    63

Proposta għal regolament

Artikolu 4 – paragrafu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

9.  L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta' tneħħija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-implimentazzjoni ta' miżuri proattivi msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) meta l-ordni ta' tneħħija ssir finali. Ordni ta' tneħħija ssir finali fejn hija ma ġietx appellata fi żmien l-iskadenza skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew fejn tkun ġiet ikkonfermata wara appell.

9.  L-awtorità kompetenti li tkun ħarġet l-ordni ta' tneħħija għandha tinforma lill-awtorità kompetenti li tissorvelja l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) meta l-ordni ta' tneħħija ssir finali. Ordni ta' tneħħija ssir finali meta ma jkunx sar appell dwarha u ma jkunx intalab rimedju fi żmien l-iskadenza skont il-liġi nazzjonali applikabbli jew meta tkun ġiet ikkonfermata wara appell.

Emenda    64

Proposta għal regolament

Artikolu 4a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 4a

Kooperazzjoni transfruntiera relatata mal-ordnijiet ta' tneħħija

1.  L-awtorità kompetenti li toħroġ l-ordni ta' tneħħija lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandha tressaq kopja ta' dik l-ordni ta' tneħħija lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(a) tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew tar-rappreżentant maħtur tiegħu.

2.  F'każijiet fejn l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting, ir-rappreżentant maħtur tiegħu jew il-fornitur tal-kontenut ikollha raġunijiet raġonevoli biex temmen li l-ordni ta' tneħħija jista' jkollha impatt fuq id-drittijiet fundamentali tal-individwu, għandha tinforma lill-awtorità kompetenti rikjedenti.

3.   L-awtorità kompetenti rikjedenti għandha tqis dawk iċ-ċirkostanzi u għandha, fejn ikun meħtieġ, tirtira jew tadatta t-talba ta' tneħħija.

Emenda    65

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu miżuri operattivi u tekniċi li jiffaċilitaw il-valutazzjoni rapida tal-kontenut li jkun intbagħat mill-awtoritajiet kompetenti u, fejn applikabbli, korpi rilevanti tal-Unjoni għall-kunsiderazzjoni volontarja tagħhom.

imħassar

Emenda    66

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ir-riferiment għandu jiġi indirizzat lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizz ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur tas-servizz skont l-Artikolu 16 u jiġi trażmess lill-punt ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 14(1). Tali riferimenti għandhom jintbagħtu b'mezzi elettroniċi.

3.  Ir-riferiment għandu jiġi indirizzat lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizz ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur tas-servizz skont l-Artikolu 16 u jintbagħat lill-punt ta' kuntatt imsemmi fl-Artikolu 14(1). Tali riferimenti għandhom jintbagħtu b'mezzi elettroniċi. Ir-riferiment għandu jintbagħat ukoll lill-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew ir-rappreżentant maħtur tiegħu.

Emenda    67

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Ir-riferiment għandu jkun fih informazzjoni dettaljata biżżejjed, inklużi r-raġunijiet għaliex il-kontenut jitqies kontenut terroristiku, URL u, fejn meħtieġ, informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut terroristiku msemmi.

4.  Ir-riferiment għandu jkun fih informazzjoni, inkluża stqarrija dettaljata tar-raġunijiet għala l-kontenut jitqies bħala kontenut terroristiku, URL, ritratti tal-iskrin, fejn ikunu jistgħu jinkisbu, u informazzjoni addizzjonali, fejn tkun meħtieġa, li tippermetti l-identifikazzjoni tal-kontenut terroristiku msemmi.

Emenda    68

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu, bħala kwistjoni ta' prijorità, jivvaluta l-kontenut identifikat fir-referenza kontra t-termini u l-kundizzjonijiet tiegħu stess u jiddeċiedi jekk ineħħix dak il-kontenut jew jiddiżattivax l-aċċess għalih.

5.  Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting jista' jneħħi dak il-kontenut jew jiddiżattiva l-aċċess għalih sakemm issir finali d-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti skont il-paragrafu 6a.

Emenda    69

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jinforma minnufih lill-awtorità kompetenti jew il-korp rilevanti tal-Unjoni dwar l-eżitu tal-valutazzjoni u l-għażla taż-żmien għal kwalunkwe azzjoni meħuda bħala riżultat tar-riferiment.

6.  Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jinforma lill-awtorità kompetenti jew il-korp rilevanti tal-Unjoni mingħajr dewmien dwar kwalunkwe azzjoni meħuda bħala riżultat tar-riferiment, inkluż meta ma tkun ittieħdet ebda azzjoni.

Emenda    70

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6 a.  L-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih ikun jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew tar-rappreżentant maħtur tiegħu għandha, mingħajr dewmien żejjed, tivvaluta jekk il-kontenut li jkun suġġett għar-riferiment jikkostitwixxix kontenut terroristiku fit-tifsira ta' dan ir-Regolament. Wara l-valutazzjoni, l-awtorità kompetenti għandha mingħajr dewmien żejjed tinforma lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting li l-kontenut ma tqiesx bħala kontenut terroristiku, jew toħroġ ordni ta' tneħħija skont l-Artikolu 4.

Emenda    71

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 6b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6b.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting ma għandhomx jinżammu responsabbli biss għall-konformità mad-dispożizzjonijiet ta' dan l-Artikolu.

Emenda    72

Proposta għal regolament

Artikolu 5 – paragrafu 7

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7.  Meta l-fornitur ta' servizzi ta' hosting iqis li r-riferiment ma jkunx fih biżżejjed informazzjoni biex jiġi vvalutat il-kontenut imsemmi, huwa għandu jinforma mingħajr dewmien lill-awtoritajiet kompetenti jew lill-korp tal-Unjoni rilevanti, billi jistabbilixxi liema informazzjoni jew kjarifika ulterjuri hija meħtieġa.

imħassar

Emenda    73

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Miżuri proattivi

Miżuri speċifiċi

Emenda    74

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting fejn xieraq għandhom jieħdu miżuri proattivi biex jipproteġu s-servizzi tagħhom kontra t-tixrid ta' kontenut terroristiku. Il-miżuri għandhom ikunu effettivi u proporzjonati, filwaqt li jqisu r-riskju u l-livell ta' espożizzjoni għal kontenut terroristiku, id-drittijiet fundamentali tal-utenti, u l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni f'soċjetà miftuħa u demokratika.

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting, fejn dan ikun f'loku u skont ir-riskju u l-livell ta' espożizzjoni, għandhom jieħdu miżuri speċifiċi u proporzjonati biex jipproteġu s-servizzi tagħhom kontra d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku, li jirrispettaw bis-sħiħ id-drittijiet fundamentali tal-utenti, u l-importanza fundamentali tal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni kif ukoll id-dritt għall-privatezza u għall-protezzjoni tad-data personali f'soċjetà miftuħa u demokratika. Tali miżuri jistgħu jinkludu sistemi biex l-utenti jkunu jistgħu jirrapportaw kontenut terroristiku potenzjali, jew moderazzjoni tal-kontenut bejn il-pari. Tali miżuri għandhom jittieħdu fi qbil mal-Artikolu 3(1) u b'mod partikolari ma għandhomx filtri awtomatizzati tal-kontenut jew miżuri oħra li jġibu magħhom il-monitoraġġ sistematiku tal-imġiba tal-utenti. Għandhom ikunu mmirati u proporzjonati, fil-qies tar-riskju u tal-livell ta' espożizzjoni għal kontenut terroristiku, u jridu jirrispettaw l-arranġamenti kostituzzjonali tal-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew tar-rappreżentant maħtur tiegħu. Dan il-paragrafu huwa mingħajr preġudizzju għall-possibbiltà li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting jieħu miżuri volontarji addizzjonali barra mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament.

Emenda    75

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta tkun ġiet infurmata skont l-Artikolu 4(9), l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) għandha titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jissottometti rapport, fi żmien tliet xhur minn meta jirċievi t-talba u minn hemm 'il quddiem mill-inqas fuq bażi annwali, dwar il-miżuri proattivi speċifiċi li ħa, inkluż bl-użu ta' għodod awtomatizzati, bil-ħsieb li:

Meta tkun ġiet infurmata skont l-Artikolu 4(9), l-awtorità kompetenti tal-Istat Membru li fih jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew tar-rappreżentant maħtur tiegħu msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) għandha titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting jissottometti rapport, fi żmien sitt xhur minn meta jirċievi t-talba u minn hemm 'il quddiem fuq bażi annwali, dwar il-miżuri speċifiċi li jkun ħa.

Emenda    76

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-prevenzjoni ta' re-upload tal-kontenut li qabel kien tneħħa jew li għalih l-aċċess ġie diżattivat għax huwa meqjus bħala kontenut terroristiku;

imħassar

Emenda    77

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  id-detezzjoni, l-identifikazzjoni u b'ħeffa jneħħu jew jiddiżattivaw l-aċċess għal kontenut terroristiku.

imħassar

Emenda    78

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) biex tivvaluta jekk il-miżuri proattivi humiex effettivi u proporzjonati, inkluż biex jiġi evalwat il-funzjonament ta' kwalunkwe għodda awtomatizzata użata kif ukoll il-mekkaniżmi ta' sorveljanza u verifika umani użati.

Ir-rapporti għandhom jinkludu l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) biex tivvaluta jekk il-miżuri speċifiċi jkunux immirati u proporzjonati, u jekk il-miżuri speċifiċi jkunux ibbażati fuq sorveljanza umana u jekk jintużawx mekkaniżmi effettivi biex jipproteġu d-drittijiet fundamentali tal-utenti.

Emenda    79

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fejn l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) tikkunsidra li l-miżuri proattivi meħuda u rrapportati skont il-paragrafu 2 mhumiex biżżejjed biex itaffu u jimmaniġġjaw ir-riskju u l-livell ta' espożizzjoni, hija tista' titlob lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jieħu miżuri proattivi speċifiċi addizzjonali. Għal dak il-għan, lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jikkoopera mal-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) bil-ħsieb li jiġu identifikati l-miżuri speċifiċi li l-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jistabbilixxi, billi jistabbilixxi l-objettivi ewlenin u punti ta' referenza kif ukoll l-iskedi taż-żmien għall-implimentazzjoni tagħhom.

imħassar

Emenda    80

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn l-ebda ftehim ma jkun jista' jintlaħaq fi żmien it-tliet xhur mit-talba skont il-paragrafu 3, l-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) tista' toħroġ deċiżjoni li timponi miżuri proattivi speċifiċi meħtieġa u proporzjonati. Id-Deċiżjoni għandha tqis, b'mod partikolari, il-kapaċità ekonomika tal-fornitur tas-servizz ta' hosting u l-effett ta' tali miżuri fuq id-drittijiet fundamentali tal-utenti u l-importanza fundamentali tal-libertà tal-espressjoni u tal-informazzjoni. Tali deċiżjoni għandha tintbagħat lill-istabbiliment ewlieni tal-fornitur tas-servizz ta' hosting jew lir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur tas-servizz. Il-fornitur ta' servizzi ta' hosting għandu jirrapporta regolarment dwar l-implimentazzjoni ta' tali miżuri kif speċifikat mill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c).

imħassar

Emenda    81

Proposta għal regolament

Artikolu 6 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  fornitur ta' servizzi ta' hosting jista', fi kwalunkwe ħin, jitlob rieżami lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) u, fejn xieraq, jirrevoka talba jew deċiżjoni skont il-paragrafi 2, 3, u 4 rispettivament. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi deċiżjoni motivata f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara li tirċievi t-talba mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting.

5.  fornitur ta' servizzi ta' hosting jista', fi kwalunkwe ħin, jitlob lill-awtorità kompetenti msemmija fl-Artikolu 17(1)(c) teżamina mill-ġdid u, fejn dan ikun f'loku, tirrevoka talba jew deċiżjoni skont il-paragrafu 2. L-awtorità kompetenti għandha tipprovdi deċiżjoni motivata f'perjodu ta' żmien raġonevoli wara li tirċievi t-talba mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting.

Emenda    82

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jippreservaw kontenut terroristiku li tneħħa jew ġie diżattivat bħala riżultat ta' ordni ta' tneħħija, riferiment jew bħala riżultat ta' miżuri proattivi skont l-Artikoli 4, 5 u 6 u d-data relatata mneħħija bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-kontenut terroristiku u li hija meħtieġa għal:

1.  Fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jippreservaw kontenut terroristiku li jkun tneħħa jew ġie diżattivat bħala riżultat ta' ordni ta' tneħħija, riferiment, jew bħala riżultat ta' miżuri speċifiċi skont l-Artikoli 4, 5 u 6 u d-data relatata mneħħija bħala konsegwenza tat-tneħħija tal-kontenut terroristiku u li tkun meħtieġa għal:

Emenda    83

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ba)  rimedju tal-ilmenti wara l-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 10.

Emenda    84

Proposta għal regolament

Artikolu 7 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-kontenut terroristiku u data relatata msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jinżammu għal sitt xhur. Kontenut terroristiku għandu, fuq talba mill-awtorità kompetenti jew qorti, jiġi ppreservat għal perjodu itwal meta u sakemm ikun meħtieġ għal proċedimenti li jkunu għaddejjin ta' stħarriġ amministrattiv jew ġudizzjarju msemmija fil-paragrafu 1 (a).

2.  Il-kontenut terroristiku u data relatata msemmija fil-paragrafu 1 għandhom jiġu ppreservati għal sitt xhur. Il-kontenut terroristiku għandu, fuq talba mill-awtorità kompetenti jew qorti, jiġi ppreservat għal perjodu itwal definit b'mod speċifiku meta u sakemm ikun meħtieġ għall-investigazzjoni jew għall-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi jew għal proċedimenti li jkunu għaddejjin ta' stħarriġ amministrattiv jew ta' rieżami ġudizzjarju msemmija fil-paragrafu 1(a).

Emenda    85

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-politika tagħhom biex jipprevjenu t-tixrid ta' kontenut terroristiku, inkluż, fejn xieraq, spjegazzjoni sinifikanti tal-funzjonament ta' miżuri proattivi inkluż l-użu ta' għodod awtomatizzati.

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jispjegaw b'mod ċar, fit-termini u l-kundizzjonijiet tagħhom, il-politika tagħhom rigward il-kontenut terroristiku u l-protezzjoni tal-utenti minn tali kontenut, inkluża spjega sinifikattiva tal-funzjonament tal-miżuri speċifiċi, kif ukoll ta' kwalunkwe miżura volontarja addizzjonali li fornitur ta' servizzi ta' hosting jista' juża b'żieda mal-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament, inkluż l-użu ta' għodod awtomatizzati, fejn applikabbli, kif ukoll deskrizzjoni tal-mekkaniżmu ta' lment disponibbli għall-fornituri ta' kontenut fi qbil mal-Artikolu 10.

Emenda    86

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom jippubblikaw rapporti ta' trasparenza annwali dwar l-azzjoni meħuda kontra t-tixrid ta' kontenut terroristiku.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting, dment li ma jkun hemm l-ebda azzjoni speċifika rikjesta minnhom skont dan ir-Regolament fi kwalunkwe sena partikolari, u l-awtoritajiet kompetenti u l-korpi rilevanti tal-Unjoni għandhom jippubblikaw rapporti ta' trasparenza annwali dwar l-azzjoni meħuda kontra d-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku.

Emenda    87

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Rapporti ta' trasparenza għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni li ġejja:

3.  Ir-rapporti ta' trasparenza tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jinkludu tal-anqas l-informazzjoni li ġejja:

Emenda    88

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  informazzjoni dwar il-miżuri tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting fir-rigward id-detezzjoni, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kontenut terroristiku;

(a)  informazzjoni dwar il-miżuri tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting rigward il-kxif, l-identifikazzjoni u t-tneħħija ta' kontenut terroristiku, inklużi miżuri volontarji;

Emenda    89

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni dwar il-miżuri tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting biex jipprevjeni l-upload mill-ġdid ta' kontenut li jkun tneħħa jew li għalih l-aċċess ġie diżattivat minħabba li huwa meqjus li huwa kontenut terroristiku;

imħassar

Emenda    90

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  numru ta' biċċiet ta' kontenut terroristiku mneħħi jew li għalihom l-aċċess ġie diżattivat, wara l-ordnijiet ta' tneħħija, riferimenti jew miżuri proattivi, rispettivament;

(c)  l-għadd ta' biċċiet ta' kontenut terroristiku mneħħi jew li għalihom l-aċċess ġie diżattivat, wara ordnijiet ta' tneħħija, riferimenti jew miżuri speċifiċi skont dan ir-Regolament, kif ukoll miżuri volontarji, rispettivament;

Emenda    91

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ħarsa ġenerali u l-eżitu tal-proċeduri ta' lment.

(d)  deskrizzjoni ġenerali tal-proċeduri ta' lment u l-eżitu tagħhom, inkluż l-għadd ta' każijiet li fihom ikun ġie stabbilit li l-kontenut ikun ġie identifikat b'mod żbaljat bħala kontenut terroristiku;

Emenda    92

Proposta għal regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(da)  Ir-rapporti ta' trasparenza tal-awtoritajiet kompetenti u tal-korpi rilevanti tal-Unjoni għandhom jinkludu informazzjoni dwar l-għadd ta' ordnijiet ta' tneħħija u ta' riferimenti maħruġa, inkluża informazzjoni dwar l-għadd ta' tneħħijiet li jkunu wasslu għall-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni b'suċċess ta' reat terroristiċi, u dwar l-użu tagħhom tal-kontenut terroristiku li jkun ġie ppreservat skont l-Artikolu 7 għall-prevenzjoni, il-kxif, l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi.

Emenda    93

Proposta għal regolament

Artikolu 8a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 8a

Appell u rimedju

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fornitur ta' kontenut jew fornitur ta' servizzi ta' hosting jista' jappella ordni ta' tneħħija kif imsemmi fl-Artikolu 4(9) billi jfittex rimedju quddiem l-awtorità ġudizzjarja rilevanti fl-Istat Membru li fih jinsab il-fornitur tal-kontenut jew fejn jinsab l-istabbiliment ewlieni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting jew fejn jirrisjedi jew ikun stabbilit ir-rappreżentant legali maħtur mill-fornitur ta' servizzi ta' hosting skont l-Artikolu 16.

Emenda    94

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Salvagwardji rigward l-użu u l-implimentazzjoni ta' miżuri proattivi

Salvagwardji rigward it-tneħħija tal-kontenut

Emenda    95

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-fornituri ta' servizz ta' hosting jużaw għodod awtomatizzati skont dan ir-Regolament fir-rigward ta' kontenut li jaħżnu, huma għandhom jipprovdu salvagwardji effettivi u xierqa biex jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda dwar dak il-kontenut, b'mod partikolari deċiżjonijiet biex il-kontenut jitneħħa jew jiġi diżattivat meta jitqies li huwa kontenut terroristiku, huma preċiżi u fondati.

1.  Fejn il-fornituri ta' servizz ta' hosting jużaw miżuri volontarji skont dan ir-Regolament jew miżuri li b'mod ieħor ifittxu li jilħqu l-għanijiet ta' dan ir-Regolament fir-rigward ta' kontenut li jaħżnu, huma għandhom jipprovdu salvagwardji effettivi u adatti biex jiżguraw li deċiżjonijiet meħuda dwar dak il-kontenut, b'mod partikolari deċiżjonijiet biex kontenut li jitqies li jkun kontenut terroristiku jitneħħa jew jiġi diżattivat, ikunu preċiżi u fondati, u ma jwasslux għat-tneħħija jew għad-diżattivazzjoni tal-aċċess għal kontenut li ma jkunx kontenut terroristiku.

Emenda    96

Proposta għal regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-salvagwardji għandhom jikkonsistu, b'mod partikolari, minn sorveljanza umana u verifiki fejn xieraq u, fi kwalunkwe każ, fejn valutazzjoni dettaljata tal-kuntest rilevanti tkun meħtieġa sabiex jiġi determinat jekk il-kontenut għandux jiġi kkunsidrat bħala kontenut terroristiku jew le.

2.  Is-salvagwardji għandhom jikkonsistu, b'mod partikolari, minn sorveljanza umana u verifiki dwar kemm tkun f'lokha d-deċiżjoni li l-kontenut jitneħħa jew li l-aċċess għalih jiġi diżattivat, b'mod partikolari fir-rigward tad-dritt għal-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni.

Emenda    97

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

-1.  Il-fornituri tal-kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew li l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat għandu jkollhom dritt għal rimedju effettiv f'konformità mal-Artikolu 19 tat-TUE u mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    98

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u aċċessibbli li jippermettu fornituri tal-kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew li jkun diżattivat l-aċċess għalih b'riżultat ta' riferiment skont l-Artikolu 5 jew ta' miżuri proattivi skont l-Artikolu 6, biex jissottomettu lment kontra l-azzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting li jitlob li jerġa' jiddaħħal il-kontenut.

1.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom jistabbilixxu mekkaniżmi effettivi u aċċessibbli li jippermettu lil fornituri tal-kontenut li l-kontenut tagħhom ikun tneħħa jew li l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat b'riżultat ta' ordni ta' tneħħija skont l-Artikolu 4, riferiment skont l-Artikolu 5, miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 6 jew kwalunkwe miżura volontarja addizzjonali, biex jissottomettu lment kontra l-azzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting bit-talba li l-kontenut jerġa' jiddaħħal. Is-salvagwardji relatati mat-tneħħija jew mad-diżattivazzjoni tal-aċċess għandhom jinkludu wkoll il-possibbiltà ta' rimedju ġudizzjarju.

Emenda    99

Proposta għal regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-fornituri tas-servizzi ta' hosting għandhom minnufih jeżaminaw kull ilment li jirċievu u jerġgħu jintroduċu l-kontenut mingħajr dewmien żejjed meta t-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess ma tkunx ġustifikata. Huma għandhom jinformaw lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-eżami.

2.  Il-fornituri ta' servizzi ta' hosting għandhom minnufih jeżaminaw kull ilment li jirċievu u jerġgħu jintroduċu l-kontenut mingħajr dewmien żejjed meta t-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess ma tkunx ġustifikata. Huma għandhom jinformaw lill-ilmentatur dwar l-eżitu tal-eżami mingħajr dewmien żejjed u sa mhux aktar tard minn ġimagħtejn minn meta jkun wasal l-ilment, dment li l-liġi nazzjonali ma tipprevedix skadenza differenti.

Emenda    100

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting neħħew il-kontenut terroristiku jew iddiżattivaw l-aċċess għalih, għandhom jagħmlu disponibbli lill-fornitur tal-kontenut informazzjoni dwar it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal kontenut terroristiku.

1.  Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting ineħħu kontenut terroristiku jew iddiżattivaw l-aċċess għalih, għandhom jagħmlu disponibbli lill-fornitur tal-kontenut informazzjoni komprensiva dwar dik it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess għal kontenut terroristiku, mogħtija lilhom mill-awtorità kompetenti fi qbil mal-Artikolu 4(3), inkluża l-bażi legali li tistabbilixxi li jkun kontenut terroristiku u l-possibbiltajiet li persuna tikkontesta d-deċiżjoni, inklużi r-rekwiżiti formali, id-deskrizzjoni tal-passi li jmiss fil-proċedura u l-perjodi ta' żmien relatati.

Emenda    101

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Fuq talba tal-fornitur tal-kontenut, il-fornitur tas-servizz ta' hosting għandu jinforma lill-fornitur tal-kontenut dwar ir-raġunijiet għat-tneħħija jew id-diżattivazzjoni tal-aċċess u l-possibbiltajiet biex tkun ikkontestata d-deċiżjoni.

imħassar

Emenda    102

Proposta għal regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-obbligu skont il-paragrafi 1 u 2 m'għandux japplika meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li m'għandu jkun hemm l-ebda żvelar għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika, bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, id-detezzjoni u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi, sakemm ikun meħtieġ, iżda ta' mhux aktar minn [erba'] ġimgħat minn dik id-deċiżjoni. F'każ bħal dan, lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting m'għandhom jiżvelaw l-ebda informazzjoni dwar it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni ta' aċċess għal kontenut terroristiku.

3.  L-obbligu skont il-paragrafu 1 ma għandux japplika meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li ma għandu jkun hemm l-ebda żvelar għal raġunijiet ta' sigurtà pubblika, bħall-prevenzjoni, l-investigazzjoni, il-kxif u l-prosekuzzjoni ta' reati terroristiċi, sakemm ikun meħtieġ, iżda mhux aktar minn [erba'] ġimgħat minn dik id-deċiżjoni. F'każ bħal dan, il-fornitur ta' servizzi ta' hosting ma għandu jiżvela ebda informazzjoni dwar it-tneħħija jew id-diżattivazzjoni ta' aċċess għal kontenut terroristiku.

Emenda    103

Proposta għal regolament

Artikolu 13 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting isiru konxji dwar kwalunkwe evidenza ta' reati terroristiċi, huma għandhom jinformaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f'reati kriminali fl-Istat Membru kkonċernat jew il-punt ta' kuntatt fl-Istat Membru skont l-Artikolu 14(2), fejn huma jkollhom l-istabbiliment ewlieni tagħhom jew rappreżentant legali. Fornituri ta' servizzi ta' hosting jista', f'każ ta' dubju, jittrażmett din l-informazzjoni lill-Europol għal segwitu xieraq.

4.  Fejn il-fornituri ta' servizzi ta' hosting isiru konxji minn theddida imminenti għall-ħajja jew għall-ħajjiet b'riżultat ta' reati terroristiċi, huma għandhom jinformaw minnufih lill-awtorità kompetenti għall-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni f'reati kriminali fl-Istat Membru kkonċernat jew lill-punt ta' kuntatt fl-Istat Membru skont l-Artikolu 14(2), fejn huma jkollhom l-istabbiliment ewlieni tagħhom jew rappreżentant legali. Fornituri ta' servizzi ta' hosting jistgħu, f'każ ta' dubju, jibagħtu din l-informazzjoni lill-Europol għal segwitu adatt.

Emenda    104

Proposta għal regolament

Artikolu 14 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punt ta' kuntatt biex jittratta talbiet għal kjarifika u feedback f'dak li jirrigwarda l-ordinijiet ta' tneħħija u riferimenti maħruġa minnhom. Informazzjoni dwar il-punt ta' kuntatt għandha ssir disponibbli pubblikament.

3.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu punt ta' kuntatt biex jittratta talbiet għal kjarifika u feedback f'dak li jirrigwarda l-ordinijiet ta' tneħħija u riferimenti maħruġa minnhom. Il-Kummissjoni Ewropea għandha tagħmel disponibbli għall-pubbliku bażi tad-data bl-informazzjoni dwar il-punti ta' kuntatt fl-Istati Membri.

Emenda    105

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar l-awtorità jew l-awtoritajiet kompetenti biex

1.  Kull Stat Membru għandu jaħtar awtorità kompetenti waħda għall-fini tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, dment li l-arranġamenti kostituzzjonali tagħhom ma jkunux jipprevjenu awtorità waħda milli tkun responsabbli. Dik l-awtorità għandha tkun kompetenti biex:

Emenda    106

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  joħorġu ordnijiet ta' tneħħija skont l-Artikolu 4;

(a)  toħroġ ordnijiet ta' tneħħija skont l-Artikolu 4, soġġett għal rieżami ġudizzjarju indipendenti fil-każ ta' awtoritajiet amministrattivi;

Emenda    107

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  isibu, jidentifikaw u jirreferu kontenut terroristiku lil fornituri ta' servizzi ta' hosting skont l-Artikolu 5;

(b)  tikxef, tidentifika u tirreferi kontenut terroristiku potenzjali lill-fornituri ta' servizzi ta' hosting skont l-Artikolu 5 waqt li l-valutazzjoni ta' jekk dak il-kontenut jissodisfax id-definizzjoni ta' kontenut terroristiku tkun għadha pendenti;

Emenda    108

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jissorveljaw l-implimentazzjoni ta' miżuri proattivi skont l-Artikolu 6;

(c)  tissorvelja l-implimentazzjoni ta' miżuri speċifiċi skont l-Artikolu 6 kif ukoll ta' miżuri volontarji msemmija fl-Artikolu 9;

Emenda    109

Proposta għal regolament

Artikolu 17 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sa mhux aktar tard minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtoritajiet kompetenti msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifika u kull modifika tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

2.  Sa mhux aktar tard minn [sitt xhur wara d-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], l-Istati Membri għandhom jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-awtorità kompetenti msemmija fil-paragrafu 1. Il-Kummissjoni għandha tippubblika n-notifika u kull modifika tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    110

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur tal-provedimenti nazzjonali addottati skont dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali penali għandhom ikunu limitati għal ksur tal-obbligi skont:

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu r-regoli dwar penali applikabbli għal ksur sistematiku u li jkun għadu għaddej, min-naħa ta' fornituri ta' servizzi tal-hosting jew tar-rappreżentanti tagħhom, tal-provedimenti nazzjonali addottati skont dan ir-Regolament u għandhom jieħdu l-miżuri kollha neċessarji biex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Tali penali għandhom ikunu limitati għal ksur tal-obbligi skont:

Emenda    111

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  L-Artikolu 3(2) (termini u kundizzjonijiet ta' fornituri ta' servizzi ta' hosting);

imħassar

Emenda    112

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  L-Artikolu 5(5) u (6) (valutazzjoni u feedback dwar ir-riferimenti);

(c)  L-Artikolu 5(6) (valutazzjoni u feedback dwar ir-riferimenti);

Emenda    113

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  L-Artikolu 6(2) u (4) (rapporti dwar miżuri proattivi u l-adozzjoni ta' miżuri speċifiċi wara deċiżjoni li timponi miżuri proattivi);

(d)  L-Artikolu 6(2) (rapporti dwar miżuri speċifiċi);

Emenda    114

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 1 – punt g

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(g)  Artikolu 9 (salvagwardji fir-rigward ta' miżuri proattivi);

(g)  L-Artikolu 9 (salvagwardji fir-rigward tat-tneħħija ta' kontenut);

Emenda    115

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  ksur preċedenti mill-persuna ġuridika miżmuma responsabbli;

(c)  ksur preċedenti mill-persuna ġuridika miżmuma responsabbli, minn sussidjarja jew minn persuna jew impriża konnessa;

Emenda    116

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  is-solidità finanzjarja tal-persuna ġuridika responsabbli;

(d)  is-solidità finanzjarja tal-persuna ġuridika miżmuma responsabbli, ta' sussidjarja jew ta' persuna jew impriża konnessa;

Emenda    117

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  il-livell ta' kooperazzjoni lill-fornitur ta' servizzi ta' hosting mal-awtoritajiet kompetenti.

(e)  il-livell ta' kooperazzjoni tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting, jew tar-rappreżentanti tiegħu, mal-awtoritajiet kompetenti;

Emenda    118

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 3 – punt ea (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ea)  dewmien mhux intenzjonat, b'mod partikolari min-naħa ta' negozji żgħar u ta' daqs medju u start-ups.

Emenda    119

Proposta għal regolament

Artikolu 18 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li nuqqas sistematiku ta' konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 4(2) ikun soġġett għal penali finanzjarji sa 4 % tal-fatturat globali tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting tal-aħħar sena tan-negozju.

4.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li nuqqas sistematiku ta' konformità mal-obbligi skont l-Artikolu 4(2) ikun soġġett għal penali finanzjarji ta' tal-anqas 1 % u sa 4 % tal-fatturat globali tal-fornitur ta' servizzi ta' hosting għall-aħħar sena tan-negozju.

Emenda    120

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jiġbru mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u jibgħatu lill-Kummissjoni kull sena sal-[31 ta' Marzu] informazzjoni dwar l-azzjonijiet li jkunu ħadu skont dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi:

1.  L-Istati Membri għandhom jiġbru mill-awtoritajiet kompetenti tagħhom u l-fornituri ta' servizzi ta' hosting taħt il-ġurisdizzjoni tagħhom u jibgħatu lill-Kummissjoni kull sena sal-[31 ta' Marzu] informazzjoni dwar l-azzjonijiet li jkunu ħadu skont dan ir-Regolament. Dik l-informazzjoni għandha tinkludi politiki, termini u kundizzjonijiet u rapporti ta' trasparenza tal-fornituri ta' servizzi ta' hosting flimkien ma':

Emenda    121

Proposta għal regolament

Artikolu 21 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  informazzjoni dwar il-miżuri proattivi speċifiċi meħuda skont l-Artikolu 6, inkluż l-ammont ta' kontenut terroristiku li jkun tneħħa jew ikun diżattivat l-aċċess għalih u l-perjodi taż-żmien korrispondenti;

(b)  informazzjoni dwar il-miżuri speċifiċi meħuda skont l-Artikolu 4 u 6, inkluż l-ammont ta' kontenut terroristiku li jkun tneħħa jew li l-aċċess għalih ikun ġie diżattivat u l-informazzjoni korrispondenti dwar l-għadd ta' każijiet ta' kxif, investigazzjoni u prosekuzzjoni b'suċċess ta' reati terroristiċi;

Emenda    122

Proposta għal regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Sa mhux aktar tard minn [tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż il-funzjonament tal-effettività tal-mekkaniżmi ta' salvagwardja. Fejn xieraq, ir-rapport jiġi akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport.

Il-Kummissjoni għandha twettaq evalwazzjoni ta' dan ir-Regolament [sa mhux aktar tard minn tliet snin mid-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament], u tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament, inkluż il-funzjonament tal-effettività tal-mekkaniżmi ta' salvagwardja. Ir-rapport għandu jkopri wkoll l-impatt ta' dan ir-Regolament fuq il-libertà ta' espressjoni u ta' informazzjoni. Fejn dan ikun f'loku, ir-rapport għandu jkun akkumpanjat minn proposti leġiżlattivi. L-Istati Membri għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni bl-informazzjoni meħtieġa għat-tħejjija tar-rapport.

Emenda    123

Proposta għal regolament

Artikolu 24 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għandu japplika minn [sitt (6) xhur wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Għandu japplika minn [18-il xahar wara d-dħul fis-seħħ tiegħu].

Emenda    124

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) ...16, id-destinatarju tal-ordni ta' tneħħija għandu jneħħi l-kontenut terroristiku, jew jingħalaq l-aċċess għalih, fi żmien siegħa minn mindu jkun irċieva l-ordni ta' tneħħija mill-awtorità kompetenti.

Skont l-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) ...16, id-destinatarju tal-ordni ta' tneħħija għandu jneħħi l-kontenut terroristiku, jew jiddiżattiva l-aċċess għalih, fi żmien l-iskadenza speċifikata mill-awtorità kompetenti.

__________________

__________________

16 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (ĠU L ...)

16 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (ĠU L ...)

Emenda    125

Proposta għal regolament

Anness I – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) ...17, id-destinatarji jridu jippreservaw il-kontenut u d-data relatata, li jkunu tneħħew jew li l-aċċess għalihom ikun ingħalaq, għal sitt xhur jew aktar fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-qrati.

F'konformità mal-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) ...17 , id-destinatarji jridu jippreservaw il-kontenut u d-data relatata, li jkunu tneħħew jew li l-aċċess għalihom ikun ġie diżattivat, għal sitt xhur jew aktar fuq talba mill-awtoritajiet kompetenti jew mill-qrati jew mill-fornitur tal-kontenut sabiex jiġu rimedjati l-ilmenti skont il-mekkaniżmu deskritt fl-Artikolu 10.

__________________

__________________

17 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (ĠU L ...)

17 Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta' kontenut terroristiku online (ĠU L ...)

Emenda    126

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B  Il-kontenut li għandu jitneħħa jew li l-aċċess għalih għandu jingħalaq fi żmien siegħa:

B  Il-kontenut li għandu jitneħħa jew li l-aċċess għalih għandu jiġi diżattivat fi żmien l-iskadenza speċifikata mill-awtorità kompetenti:

Emenda    127

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

URL u kull informazzjoni addizzjonali li tippermetti l-identifikazzjoni u l-lok eżatt tal-kontenut li għalih qiegħda ssir referenza:

URL u kull informazzjoni addizzjonali, inkluż ritratt tal-iskrin fejn dan jista' jinkiseb, li tippermetti l-identifikazzjoni u l-lok eżatt tal-kontenut li għalih qiegħda ssir referenza:

Emenda    128

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima B – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni addizzjonali dwar ir-raġunijiet li minħabba fihom il-kontenut jitqies bħala kontenut terrotistiku (fakultattiv):

Informazzjoni addizzjonali dwar ir-raġunijiet għala l-kontenut jitqies bħala kontenut terroristiku skont il-liġi nazzjonali, possibbiltajiet għall-kontestazzjoni tal-ordni ta’ tneħħija, inklużi r-rekwiżiti formali, id-deskrizzjoni tal-passi li jmiss fil-proċedura u l-perjodi ta' żmien relatati:

Emenda    129

Proposta għal regolament

Anness I – Taqsima G – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Informazzjoni dwar l-entità jew qorti kompetenti, l-iskadenzi u l-proċeduri għall-kontestazzjoni tal-ordni ta’ tneħħija:

Informazzjoni dwar l-entità jew qorti kompetenti, l-iskadenzi u l-proċeduri, inklużi r-rekwiżiti formali, għall-kontestazzjoni tal-ordni ta’ tneħħija:

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-prevenzjoni tad-disseminazzjoni ta’ kontenut terroristiku online

Referenzi

COM(2018)0640 – C8-0405/2018 – 2018/0331(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

22.10.2018

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

IMCO

22.10.2018

Rapporteur għal opinjoni

       Data tal-ħatra

Julia Reda

24.9.2018

Eżami fil-kumitat

21.1.2019

21.2.2019

Data tal-adozzjoni

4.3.2019

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Lucy Anderson, Carlos Coelho, Sergio Gaetano Cofferati, Daniel Dalton, Nicola Danti, Pascal Durand, Liisa Jaakonsaari, Philippe Juvin, Marlene Mizzi, Jiří Pospíšil, Jasenko Selimovic, Róża Gräfin von Thun und Hohenstein, Mylène Troszczynski, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Birgit Collin-Langen, Edward Czesak, Emma McClarkin, Julia Reda, Adam Szejnfeld, Kerstin Westphal

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, John Howarth, Sandra Kalniete, Tunne Kelam, Jude Kirton-Darling, Andrey Kovatchev, Andrey Novakov, Vladimir Urutchev, Kathleen Van Brempt

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

28

+

ALDE