Proċedura : 2018/0423(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A8-0196/2019

Testi mressqa :

A8-0196/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/04/2019 - 8.2

Testi adottati :

P8_TA(2019)0394

RAKKOMANDAZZJONI     ***
PDF 178kWORD 54k
11.4.2019
PE 634.718v02-00 A8-0196/2019

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

(15822/2018 – C8-0151/2019 – 2018/0423(NLE))

Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern

Rapporteur: Ignazio Corrao

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-'Eurodac' għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

(15822/2018 – C8-0151/2019 – 2018/0423(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15822/2018),

–  wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun iddeterminat l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew f'xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15823/2018).

–  wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(2)(a), l-Artikolu 88(2)(a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C8-0151/2019),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 99(1) u (4) u l-Artikolu 108(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A8-0196/2019),

1.  Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tiegħu lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u lill-parlamenti tar-Renju tad-Danimarka u tal-Istati Membri l-oħra.


NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Regolament Eurodac "riformulat" (ir-Regolament (UE) Nru 603/2013) ippermetta lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jikkonsultaw lill-Eurodac għal finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni u investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. L-għan hu li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkunu jistgħu jitolbu t-tqabbil ta' data tal-marki tas-swaba' ma' dik maħżuna fil-bażi tad-data ċentrali tal-Eurodac meta jkunu jridu jistabbilixxu l-identità eżatta ta' persuna jew jiksbu aktar informazzjoni dwarha għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni jew investigazzjoni ta' reati terroristiċi jew reati kriminali serji oħra.

F'konformità mal-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tar-Renju tad-Danimarka, mehmuż mat-TUE u mat-TFUE, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-adozzjoni tat-Titolu V tal-acquis u għaldaqstant ma tipparteċipax fir-Regolament (UE) Nru 603/2013.

Mill-2006, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil iddepożitata fid-Danimarka jew fi kwalunkwe Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-"Eurodac" għat-tqabbil tal-marki tas-swaba' għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta' Dublin ikopri wkoll l-applikazzjoni tal-partijiet tal-Eurodac li għandhom x'jaqsmu mal-Konvenzjoni ta' Dublin. Madankollu, l-aċċess għall-infurzar tal-liġi, li kien element ġdid tar-Regolament Eurodac "riformulat" meta dan jitqabbel mar-reġim oriġinali tal-Eurodac (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000), s'issa ma ġiex regolat mill-Ftehim imsemmi.

In-negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u d-Danimarka dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tad-Danimarka fil-proċedura għat-tqabbil u t-trażmissjoni tad-data għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi previsti fil-Kapitolu VI tar-Regolament Eurodac "riformulat" ġew finalizzati, u ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta' Protokoll għall-Ftehim imsemmi hawn fuq, tat-8 ta' Marzu 2006, li jestendi l-applikazzjoni tal-Ftehim tat-8 ta' Marzu 2006 għall-infurzar tal-liġi.

L-estensjoni tad-dispożizzjonijiet tal-infurzar tal-liġi tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 għad-Danimarka tippermetti li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tad-Danimarka jitolbu tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mad-data mdaħħla minn Stati parteċipanti oħra u maħżuna fil-bażi tad-data tal-Eurodac meta jkunu jridu jistabbilixxu l-identità ta' persuna jew jiksbu aktar informazzjoni dwar persuna li tkun issuspettata li wettqet reat serju jew terroriżmu, jew dwar vittma. Min-naħa l-oħra, dan jippermetti li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati parteċipanti l-oħra kollha, kemm jekk Stati Membri oħra tal-UE kif ukoll jekk Pajjiżi Assoċjati, jitolbu t-tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mad-data mdaħħla mid-Danimarka u maħżuna fil-bażi tad-data tal-Eurodac, għall-istess finijiet.

Il-Kunsill se jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata wara l-iffirmar tal-ftehim, f'isem l-Unjoni, u unikament wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew f'konformità mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u 218(8) tat-TFUE.

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ir-rapporteur jirrakkomanda li l-membri tal-Kumitat tal-Parlament għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament jappoġġaw dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Konklużjoni ta’ Protokoll għal mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Renju tad-Danimarka dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex ikun stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta’ talba għall-ażil ippreżentata fid-Danimarka jew f’xi Stat Membru ieħor tal-Unjoni Ewropea u l-”Eurodac” għat-tqabbil tal-marki tas-swaba’ għall-applikazzjoni effettiva tal-Konvenzjoni ta’ Dublin, li jestendi dan il-Ftehim għall-infurzar tal-liġi

Referenzi

15822/2018 – C8-0151/2019 – COM(2018)08352018/0423(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

29.3.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

3.4.2019

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ignazio Corrao

7.2.2019

 

 

 

Eżami fil-kumitat

2.4.2019

11.4.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

11.4.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

2

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Malin Björk, Caterina Chinnici, Romeo Franz, Kinga Gál, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Sophia in ‘t Veld, Juan Fernando López Aguilar, Péter Niedermüller, Judith Sargentini, Birgit Sippel, Csaba Sógor, Bodil Valero, Marie-Christine Vergiat, Auke Zijlstra

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Andrejs Mamikins, Axel Voss, Maria Gabriela Zoană

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Francesc Gambús, Susanne Melior, Annie Schreijer-Pierik, Babette Winter


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIETFIL-KUMITAT RESPONSABBLI

24

+

ALDE

Sophia in 't Veld

ENF

Auke Zijlstra

PPE

Kinga Gál, Francesc Gambús, Monika Hohlmeier, Brice Hortefeux, Lívia Járóka, Jeroen Lenaers, Annie Schreijer-Pierik, Csaba Sógor, Axel Voss

S&D

Caterina Chinnici, Ana Gomes, Sylvie Guillaume, Juan Fernando López Aguilar, Andrejs Mamikins, Susanne Melior, Péter Niedermüller, Birgit Sippel, Babette Winter, Maria Gabriela Zoană

VERTS/ALE

Romeo Franz, Judith Sargentini, Bodil Valero

2

-

GUE/NGL

Malin Björk, Marie-Christine Vergiat

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' April 2019Avviż legali