RAPPORT     ***I
PDF 725kWORD 284k
15.5.2019
PE 629.392v02-00 A8-0199/2019

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

(COM(2018)0393 – C8‑0247/2018 – 2018/0217(COD))

Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Rapporteur: Ulrike Müller

ERRATA/ADDENDA
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit
 OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

(COM(2018)0393 – C8‑0247/2018 – 2018/0217(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament u lill-Kunsill (COM(2018)0393),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 43(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C8‑0247/2018),

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–  wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali u l-opinjonijiet tal-Kumitat għall-Iżvilupp, kif ukoll tal-Kumitat għall-Baġits, tal-Kumitat għall-Kontroll Baġitarju u tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A8-0199/2019),

1.  Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2.  Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-PAK") tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi u fis-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli.

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-PAK") tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih, billi tadatta u tittrasferixxi r-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji għall-għelieqi u s-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-iżvilupp rurali.

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Premessa 1a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Huwa meħtieġ li s-settur agrikolu ma jbatix il-konsegwenzi finanzjarji ta' deċiżjonijiet politiċi, bħall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea, jew il-finanzjament ta' politiki ġodda tal-Unjoni. Jenħtieġ li titqies ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 u r-riżorsi proprji (2018/2714(RSP)), fejn il-Parlament Ewropew iddeplora l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 dwar il-QFP għall-2021-2027 wasslet għal tnaqqis ta' 15 % fil-livell tal-PAK, u ddikjara li l-Parlament Ewropew kien partikolarment kontra kwalunkwe tnaqqis radikali li jħalli impatt negattiv fuq l-istess natura u objettivi tal-PAK. Qajjem dubju wkoll, f'dan il-kuntest, dwar il-proposta li jitnaqqas il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali b'aktar minn 25 %.

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Il-PAK għandha rwol fundamentali fl-Unjoni b'pagamenti diretti u fondi tat-tieni pilastru għal bdiewa li jikkontribwixxu b'mod sinifikanti mhux biss għas-sigurtà tal-ikel, iżda anke għall-investiment u l-impjiegi f'żoni rurali. It-tnaqqis kbir previst għall-PAK mhuwiex aċċettabbli. Għal din ir-raġuni, il-PAK jenħtieġ li tiffoka fuq l-attivitajiet ewlenin tagħha u l-finanzjament allokat għall-PAK 2021-2027 għall-UE-27 jenħtieġ li jinżamm tal-anqas fil-livell tal-baġit tal-2014-2020 filwaqt li jiġi bbaġitjat l-ammont inizjali għar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu.

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  F'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), l-implimentazzjoni tal-PAK jenħtieġ li tqis l-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluż fost l-oħrajn, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-kisba tal-obbligi tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima tal-Unjoni skont il-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta' intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu iktar responsabbli biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f'hekk, hemm bżonn li tiġi żgurata iktar sussidjarjetà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B'hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista' jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni u sabiex ifasslu u jistabbilixxu l-qafas ta' konformità u ta' kontroll li japplika għall-benefiċjarji.

(3)  Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta' intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu iktar responsabbli biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f'hekk, hemm bżonn li tiġi żgurata iktar sussidjarjetà u flessibbiltà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B'hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista' jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni. L-Istati Membri jenħtieġ li jfasslu u jistabbilixxu wkoll il-qafas ta' kontroll li japplika għall-benefiċjarji biex ikomplu jiżguraw konformità tal-interventi tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK mad-dritt applikabbli tal-Unjoni. Ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, inklużi kundizzjonijiet agrikoli u ambjentali tajba (KAAT) u rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni (SMRs) jiżguraw approċċ komuni u kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri.

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Premessa 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5)  Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom)/ tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid]12, b'mod partikolari dawk li jirregolaw il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, il-funzjoni tal-korpi akkreditati u l-prinċipji tal-baġit, japplikaw għall-interventi u għall-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

(5)  Jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid]12 , b'mod partikolari dawk li jirregolaw il-ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri, il-funzjoni tal-korpi akkreditati u l-prinċipji tal-baġit, japplikaw għall-interventi u għall-miżuri stabbiliti f'dan ir-Regolament.

__________________

__________________

12 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid].

12 Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012. (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Premessa 5a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5a)  Parti mid-dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament CPR1a], jenħtieġ li tapplika għal dan ir-Regolament.

 

__________________

 

1a [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni]

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Premessa 5b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5b)  Jenħtieġ li l-Istati Membri joqogħdu lura milli jżidu regoli li jikkumplikaw l-użu tal-FAEG u tal-FAEŻR għall-benefiċjarji.

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jeħtieġ jiġi previst l-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' proċeduri għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni u tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ u tas-sistemi tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali min-naħa ta' korpi indipendenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ta' verifiki li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ta' validazzjoni u ta' pagament, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f'każijiet meta jkun hemm bżonn tiġi akkreditata kull aġenzija individwali tal-pagamenti, jenħtieġ li l-għadd ta' awtoritajiet u ta' korpi li lilhom jiġu ddelegati dawk ir-responsabbiltajiet ikun limitat filwaqt li jitħarsu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta' kull Stat Membru.

(9)  Jeħtieġ jiġi previst l-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' proċeduri għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni, tar-rapport ta' approvazzjoni annwali u tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ u tas-sistemi tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali min-naħa ta' korpi indipendenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ta' verifiki li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ta' validazzjoni u ta' pagament, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f'każijiet meta jkun hemm bżonn tiġi akkreditata kull aġenzija individwali tal-pagamenti, jenħtieġ li l-għadd ta' awtoritajiet u ta' korpi li lilhom jiġu ddelegati dawk ir-responsabbiltajiet ikun limitat filwaqt li jitħarsu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta' kull Stat Membru. L-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li jiżviluppaw ir-rwol tagħhom bħala konsulenti għall-bdiewa u jagħmlu sforzi lejn is-simplifikazzjoni tal-proċeduri għal benefiċjarji filwaqt li tiġi żgurata l-konformità mal-istandards fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-Fondi, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta' diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li l-korp ta' koordinazzjoni jieħu wkoll azzjoni biex isolvi n-nuqqasijiet ta' natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li dan iżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar is-segwitu tagħhom.

(10)  Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-Fondi, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta' diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li l-korp ta' koordinazzjoni jieħu wkoll azzjoni biex isolvi n-nuqqasijiet ta' natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali jew reġjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li dan iżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar is-segwitu tagħhom.

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-involviment tal-aġenziji tal-pagamenti li l-Istati Membri jkunu akkreditaw huwa prerekwiżit importanti biex ikun żgurat b'mod raġonevoli li l-għanijiet u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi rilevanti tal-PAK jintlaħqu bl-interventi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġi stipulat b'mod espliċitu li hija biss in-nefqa li jagħmlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati li tista' tiġi rrimborżata mill-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għall-interventi li jissemmew fir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK ikollha output korrispondenti u tkun tikkonforma mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u mas-sistemi ta' governanza.

Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.  

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat. Madankollu, jenħtieġ li jitneħħa l-limitu ta' EUR 2000. Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f'każ ta' żviluppi tas-suq jew kriżijiet ewlenin li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Sabiex tiġi ssimplifikata b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jintuża mekkaniżmu ta' riportament li juża kull ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li se tiġi stabbilita fl-2020 li ma jkunx intuża. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(d) li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara. Barra minn hekk, għas-sena finanzjarja tal-2020, hemm bżonn ta' deroga oħra minħabba li jenħtieġ li l-ammont kollu tar-riżerva li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 jiġi riportat għall-2021 għal-linja korrispondenti tar-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(14)  Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat.

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Premessa 14a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14a)  Ir-riżerva għall-kriżijiet eżistenti jenħtieġ li tiġi riveduta u msaħħa biex ikun appoġġjat l-istabbiliment ta' riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE, għodda aktar effettiva u flessibbli li jenħtieġ li tipprovdi appoġġ supplimentari għas-settur agrikolu fil-każ ta' żviluppi tas-suq u biex l-Unjoni tkun tista' twieġeb aħjar għal kriżijiet kbar li jaffettwaw il-produzzjoni jew id-distribuzzjoni agrikola. Għal dak il-għan u sabiex ikun permess l-iżvilupp ta' qafas sod li jippermetti lill-bdiewa jimmaniġġjaw ir-riskji b'mod xieraq, l-approprjazzjonijiet tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE jenħtieġ li jiġu mmobilizzati għall-finanzjament tal-miżuri tal-istabbilizzazzjoni tas-suq u l-miżuri eċċezzjonali msemmija fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 kif ukoll għall-miżuri li jippermettu s-sostituzzjoni tal-għodod għall-istabbilizzazzjoni tal-introjtu mdaħħla fis-seħħ mill-Istati Membri skont l-Artikolu 70 tar-Regolament (UE) ... / ... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u magħmula disponibbli għall-bdiewa fil-każ ta' tnaqqis qawwi fl-introjtu agrikolu lil hinn minn livell limitu għal kull settur definit minn qabel mill-Kummissjoni li fir-rigward tiegħu jenħtieġ li tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati.

Emenda    14

Proposta għal Regolament

Premessa 14b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(14b)  Ir-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE jenħtieġ li tiġi stabbilita fil-baġit tal-PAK u l-ammont inizjali tagħha jenħtieġ li jiġi stabbilit fl-2021 bħala żieda għall-baġits tal-FAEĠ u tal-FAEŻR. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tiegħu li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva għall-agrikoltura fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara, filwaqt li tippermetti l-akkumulu ta' approprjazzjonijiet għar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE minn sena għal oħra, matul il-perjodu ta' programmazzjoni.

Emenda    15

Proposta għal Regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-bdiewa jkollhom piż amministrattiv eċċessiv, jenħtieġ li jiġi previst li r-rimborż tal-ammonti li jkunu ġew riportati mis-sena finanzjarja ta' qabel b'rabta mad-dixxiplina finanzjarja applikata ma jsirx meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena oħra sussegwenti (is-sena N+1) jew meta l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati jkun jirrappreżenta inqas minn 0,2 % tal-limitu massimu annwali tal-FAEG.

(15)  Sabiex jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-bdiewa jkollhom piż amministrattiv eċċessiv, biex il-proċeduri jiġu ssimplifikati kemm jista' jkun u biex tiġi llimitata l-kumplessità ta' forom ta' pagamenti, jenħtieġ li jiġi previst li r-rimborż tal-ammonti li jkunu ġew riportati mis-sena finanzjarja ta' qabel b'rabta mad-dixxiplina finanzjarja applikata ma jsirx meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena oħra sussegwenti (is-sena N+1) jew meta l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati jkun jirrappreżenta inqas minn 0,2 % tal-limitu massimu annwali tal-FAEG.

Emenda    16

Proposta għal Regolament

Premessa 16a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  L-ugwalizzazzjoni tal-livell tal-pagamenti diretti fost l-Istati Membri hija essenzjali sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq intern. Hemm il-ħtieġa urġenti li ssir distribuzzjoni ġusta tal-pagamenti diretti bejn l-Istati Membri.

Emenda    17

Proposta għal Regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex, b'mod partikolari, tkun tista' tamministra s-swieq agrikoli, tiffaċilita l-monitoraġġ tan-nefqa agrikola u timmonitorja r-riżorsi agrikoli fuq perjodu medju taż-żmien u fit-tul, jenħtieġ li jiġi previst l-użu tas-sistema agrometeoroloġika u l-akkwist tad-data mis-satelliti u t-titjib ta' din id-data.

(21)  Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex, b'mod partikolari, tkun tista' tamministra s-swieq agrikoli, tiffaċilita l-monitoraġġ tan-nefqa agrikola, tivvaluta u tipprovdi għajnuna f'waqtha f'każ ta' diżastri naturali u timmonitorja r-riżorsi agrikoli meħtieġa għall-produzzjoni fuq perjodu medju taż-żmien u fit-tul, jenħtieġ li jiġi previst l-użu tas-sistema agrometeoroloġika u l-akkwist tad-data mis-satelliti u t-titjib ta' din id-data.

Emenda    18

Proposta għal Regolament

Premessa 21a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Il-monitoraġġ tas-swieq agrikoli mill-Kummissjoni jenħtieġ li jkun estiż għall-monitoraġġ tal-flussi kummerċjali lejn u minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp f'setturi li ġew identifikati bħala sensittivi mill-pajjiżi sħab, sabiex jiġi żgurat li l-eżiti kummerċjali tas-settur agroalimentari relatati mal-PAK ikunu koerenti mal-impenn tal-Unjoni għal Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp.

Emenda    19

Proposta għal Regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Skont l-istruttura u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tal-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu għall-finanzjament tal-Unjoni ma tkunx tiddependi iktar fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji individwali. Minflok, għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li l-pagamenti tal-Istati Membri jkunu eliġibbli jekk ikun hemm output li jikkorrispondi magħhom u jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni applikabbli.

(25)  Skont l-istruttura u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tal-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu għall-finanzjament tal-Unjoni ma tkunx tiddependi iktar fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji individwali. Minflok, għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li l-pagamenti tal-Istati Membri jkunu eliġibbli jekk ikun hemm output li jikkorrispondi magħhom u jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni applikabbli. Jenħtieġ li l-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK il-ġdida ma jneħħix l-obbligi tal-Istati Membri li jivverifikaw il-legalità u r-regolarità tan-nefqa sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni.

Emenda    20

Proposta għal Regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-kontijiet annwali u rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lill-Kummissjoni sal-15 ta' Frar tas-sena N+1. Meta ma jintbagħtux dawn id-dokumenti u b'hekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' tapprova l-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata jew ma tkunx tista' tiċċekkja l-eliġibbiltà tan-nefqa mal-outputs irrappurtati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar u tinterrompi r-rimborżi ta' kull tliet xhur sa ma tirċievi d-dokumenti pendenti.

(28)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-kontijiet annwali u r-rapport ta' approvazzjoni sal-15 ta' Frar N+1 u rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lill-Kummissjoni sal-15 ta' April tat-tieni sena kalendarja wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull sentejn wara dan. Meta ma jintbagħtux dawn id-dokumenti u b'hekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' tapprova l-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata jew ma tkunx tista' tiċċekkja l-eliġibbiltà tan-nefqa mal-outputs irrappurtati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar u tinterrompi r-rimborżi ta' kull tliet xhur sa ma tirċievi d-dokumenti pendenti.

Emenda    21

Proposta għal Regolament

Premessa 29

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(29)  Jenħtieġ li tiddaħħal forma ġdida ta' sospensjoni tal-pagamenti għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm outputs li jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali. Meta l-outputs irrappurtati jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali meta mqabblin man-nefqa ddikjarata, u meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jagħtu raġunijiet tajbin u li jinftehmu għal din is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li, minbarra li tnaqqas in-nefqa għas-sena finanzjarja N-1, tissospendi wkoll in-nefqa futura marbuta mal-intervent li għalih l-output kien baxx ħafna b'mod mhux normali. Jenħtieġ li t-tali sospensjonijiet jiġu kkonfermati fid-deċiżjoni annwali dwar l-approvazzjoni tal-prestazzjoni.

(29)  Jenħtieġ li tiddaħħal forma ġdida ta' sospensjoni tal-pagamenti għal sitwazzjonijiet fejn ikun hemm outputs li jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali. Meta l-outputs irrappurtati jkunu baxxi ħafna b'mod mhux normali meta mqabblin man-nefqa ddikjarata, u meta l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jagħtu raġunijiet tajbin u li jinftehmu għal din is-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li, minbarra li tnaqqas in-nefqa għas-sena finanzjarja N-1, u wara twissija minn qabel, tissospendi wkoll in-nefqa futura marbuta mal-intervent li għalih l-output kien baxx ħafna b'mod mhux normali. Jenħtieġ li t-tali sospensjonijiet jiġu kkonfermati fid-deċiżjoni annwali dwar l-approvazzjoni.

Emenda    22

Proposta għal Regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f'każijiet ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f'każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar.

(30)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, minħabba n-natura aktar kumplessa tal-indikaturi tar-riżultati u l-adattament neċessarju għall-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, ir-rapportar tal-prestazzjoni dwar ir-riżultati miksuba u d-distanza għal miri rispettivi jenħtieġ li jiġu ppreżentati għall-ewwel darba sal-15 ta' April tat-tieni sena kalendarja wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament u kull sentejn wara dan. Għalhekk, fil-każijiet ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, u fejn l-Istat Membru ma jistax jipprovdi raġunijiet debitament ġustifikati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob lill-Istat Membru kkonċernat jippreżenta pjan ta' azzjoni li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha. Il-pjan ta' azzjoni jenħtieġ li jiddeskrivi l-azzjonijiet neċessarji ta' rimedju u l-perjodu ta' żmien mistenni għat-twettiq tiegħu. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jsir evidenti li l-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar.

Emenda    23

Proposta għal Regolament

Premessa 39

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(39)  Sabiex tiġi stabbilita r-rabta finanzjarja bejn l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti ta' kull sena fil-kuntest tal-approvazzjoni finanzjarja annwali. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tkun limitata għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għall-veraċità tal-kontijiet u li din ma tkunx tkopri l-konformità tan-nefqa mal-liġi tal-Unjoni.

(39)  Sabiex tiġi stabbilita r-rabta finanzjarja bejn l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati u l-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tapprova l-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti ta' kull sena fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali. Jenħtieġ li d-deċiżjoni dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tkun limitata għall-kompletezza, għall-preċiżjoni u għall-veraċità tal-kontijiet u li din ma tkunx tkopri l-konformità tan-nefqa mal-liġi tal-Unjoni.

Emenda    24

Proposta għal Regolament

Premessa 40

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(40)  F'konformità mal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni sabiex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà tan-nefqa b'rabta mal-outputs irrappurtati. Sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm outputs irrappurtati li jikkorrispondu man-nefqa ddikjarata u l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw dan, jenħtieġ li jiġi implimentat mekkaniżmu ta' tnaqqis tal-pagamenti.

(40)  F'konformità mal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, jenħtieġ li tiġi stabbilita proċedura ta' approvazzjoni annwali sabiex tiġi ċċekkjata l-eliġibbiltà tan-nefqa b'rabta mal-outputs irrappurtati. Sabiex jiġu indirizzati s-sitwazzjonijiet fejn ma jkunx hemm outputs irrappurtati li jikkorrispondu man-nefqa ddikjarata u l-Istati Membri ma jkunux jistgħu jiġġustifikaw dan, jenħtieġ li jiġi implimentat mekkaniżmu ta' tnaqqis tal-pagamenti.

Emenda    25

Proposta għal Regolament

Premessa 42

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(42)  Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw sistemi biex huma jkunu ssodisfati li l-interventi ffinanzjati mill-Fondi jitwettqu verament u jiġu eżegwiti tajjeb, filwaqt li jżommu l-qafas robust attwali għal ġestjoni finanzjarja tajba. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/9516, ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9617 u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193918 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, inkluż ta' frodi, l-irkupru ta' Fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. Skont ir-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jressaq każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi Fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Sabiex l-OLAF ikun jista' jeżerċita s-setgħat tiegħu u jiżgura analiżi effiċjenti tal-każijiet ta' irregolarità, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ is-sistemi li jippermettulhom jibagħtu rapporti lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet l-oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkunu ġew innotati, fosthom il-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom, kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Sabiex jiżguraw li l-ilmenti marbutin mal-Fondi jiġu eżaminati b'mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa għal dan.

(42)  Sabiex jiġu ssalvagwardjati l-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Istati Membri jimplimentaw sistemi biex huma jkunu ssodisfati li l-interventi ffinanzjati mill-Fondi jitwettqu verament u jiġu eżegwiti tajjeb, filwaqt li jżommu l-qafas robust attwali għal ġestjoni finanzjarja tajba. Skont ir-Regolament Finanzjarju, ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill15, ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/9516 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/9617, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/193918 , l-interessi finanzjarji tal-Unjoni jenħtieġ li jiġu protetti permezz ta' miżuri proporzjonati, inkluż il-prevenzjoni, id-detezzjoni, il-korrezzjoni u l-investigazzjoni ta' irregolaritajiet, inkluż ta' frodi, l-irkupru ta' Fondi mitlufa, imħallsa bi żball jew użati b'mod mhux korrett u, fejn xieraq, l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi. Barra minn hekk, skont ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 u r-Regolament (Euratom, KE) Nru 2185/96, l-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (l-OLAF) jista' jwettaq investigazzjonijiet amministrattivi, inklużi kontrolli u spezzjonijiet fuq il-post, bil-ħsieb li jistabbilixxi jekk kienx hemm frodi, korruzzjoni jew kwalunkwe attività illegali oħra li taffettwa l-interessi finanzjarji tal-Unjoni. F'konformità mar-Regolament (UE) 2017/1939, l-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew (l-UPPE) jista' jinvestiga u jippreżenta każijiet ta' frodi u reati kriminali oħrajn li jaffettwaw l-interessi finanzjarji tal-Unjoni, kif previst fid-Direttiva (UE) 2017/1371 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill19. Skont ir-Regolament Finanzjarju, kwalunkwe persuna jew entità li tirċievi Fondi tal-Unjoni trid tikkoopera bis-sħiħ fil-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, tagħti d-drittijiet u l-aċċess meħtieġa lill-Kummissjoni, lill-OLAF, lill-UPPE u lill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (il-QEA) u tiżgura li kwalunkwe parti terza involuta fl-implimentazzjoni tal-Fondi tal-Unjoni tagħti drittijiet ekwivalenti. Sabiex l-OLAF ikun jista' jeżerċita s-setgħat tiegħu u jiżgura analiżi effiċjenti tal-każijiet ta' irregolarità, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ is-sistemi li jippermettulhom jibagħtu rapporti lill-Kummissjoni dwar l-irregolaritajiet u l-każijiet l-oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkunu ġew innotati, fosthom il-frodi, u dwar is-segwitu tagħhom, kif ukoll dwar is-segwitu tal-investigazzjonijiet tal-OLAF. Sabiex jiżguraw li l-ilmenti marbutin mal-Fondi jiġu eżaminati b'mod effettiv, jenħtieġ li l-Istati Membri jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti meħtieġa għal dan.

__________________

__________________

15 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

15 Ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 883/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Settembru 2013 dwar investigazzjonijiet immexxija mill-Uffiċċju Ewropew Kontra l-Frodi (OLAF) u li jħassar ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1073/1999 u r-Regolament tal-Kunsill (Euratom) Nru 1074/1999 (ĠU L 248, 18.9.2013, p. 1).

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

16 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 2988/95 tat-18 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea (ĠU L 312, 23.12.1995, p. 1).

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

17 Ir-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96 tal-11 ta' Novembru 1996 dwar il-verifiki u l-ispezzjonijiet fuq il-post imwettqa mill-Kummissjoni sabiex tipproteġi l-interessi finanzjarji tal-Komunità Ewropea kontra l-frodi u irregolaritajiet oħra (ĠU L 292, 15.11.1996, p. 2).

18 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

18 Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1939 tat-12 ta' Ottubru 2017 li jimplimenta kooperazzjoni msaħħa dwar l-istabbiliment tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew ("l-UPPE") (ĠU L 283, 31.10.2017, p. 1).

19 Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

19 Ir-Regolament (UE) Nru 228/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta' Marzu 2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 247/2006 (ĠU L 78, 20.3.2013, p. 23).

Emenda    26

Proposta għal Regolament

Premessa 46a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(46a)  Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiġu introdotti ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    27

Proposta għal Regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Jenħtieġ li jinżammu l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta' kontroll u penali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-GALILEO u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista' tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika u biex ikun jista' jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta' Copernicus u mis-servizzi ta' dan il-programm. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta' monitoraġġ tal-erja.

(47)  Jenħtieġ li l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata jinkludu s-sistema ta' twissija bikrija u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta' kontroll u penali, jinżammu f'livell xieraq, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-proporzjonalità u l-ħtieġa li ma jitqegħdux piżijiet amministrattivi mhux xierqa fuq il-bdiewa u l-korpi amministrattivi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-GALILEO u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista' tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika u biex ikun jista' jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta' Copernicus u mis-servizzi ta' dan il-programm. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta' monitoraġġ tal-erja li tista' tillimita l-każijiet fejn ikunu meħtieġa spezzjonijiet tal-azjendi agrikoli u tnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa.

Emenda    28

Proposta għal Regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Bħala parti mis-sistemi ta' governanza li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex tiġi implimentata l-PAK, jenħtieġ li s-sistema integrata tiżgura li d-data aggregata pprovduta bħala parti mir-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni tkun affidabbli u tkun tista' tiġi vverifikata. Minħabba l-importanza ta' sistema integrata li taħdem sew, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jittrattaw ukoll kull nuqqas u, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni, jistabbilixxu pjan ta' azzjoni.

(48)  Bħala parti mis-sistemi ta' governanza li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex tiġi implimentata l-PAK, jenħtieġ li s-sistema integrata tiżgura li d-data aggregata pprovduta bħala parti mir-rappurtar tkun affidabbli u tkun tista' tiġi vverifikata. Minħabba l-importanza ta' sistema integrata li taħdem sew, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jittrattaw ukoll kull nuqqas u, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni, jistabbilixxu pjan ta' azzjoni.

Emenda    29

Proposta għal Regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Filwaqt li titqies l-istruttura internazzjonali tal-kummerċ agrikolu u fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jeħtieġ li tiġi organizzata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri. Jeħtieġ li tiġi stabbilita wkoll sistema ċentralizzata ta' dokumentazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar l-impriżi li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi u li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti.

(53)  Filwaqt li titqies l-istruttura internazzjonali tal-kummerċ agrikolu u fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u r-rispett tal-obbligi tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp tal-Unjoni, jeħtieġ li tiġi organizzata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Jeħtieġ li tiġi stabbilita wkoll sistema ċentralizzata ta' dokumentazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar l-impriżi li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi u li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti. Tali sistema jenħtieġ li tikkontribwixxi wkoll għall-identifikazzjoni tal-inkoerenzi bejn l-implimentazzjoni tal-PAK u l-objettivi tal-politiki esterni tal-Unjoni. Dan jikkontribwixxi għall-monitoraġġ li jintlaħqu l-objettivi tal-PAK kif previst fir-Regolament (UE) Nru .../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], billi jippermetti l-evalwazzjoni tal-impatt tal-impriżi stabbiliti f'pajjiżi terzi fuq l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-objettivi ta' żvilupp tal-Unjoni, kif previst fl-Artikolu 208 tat-TFUE.

Ġustifikazzjoni

Fi spirtu ta' kooperazzjoni soda u effiċjenti ma' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ id-djalogu tagħha mal-pajjiżi sħab dwar kwalunkwe aspett li għandu impatt fuq il-proċess ta' żvilupp tagħhom, kemm jekk jaqgħu direttament fi ħdan il-qafas tal-politika tal-Unjoni jew le. L-inputs mis-sħab tal-Unjoni għandu jkollhom l-għan li jidentifikaw u jirrimedjaw l-inkoerenzi tal-politiki tal-UE u l-ġbir u l-kondiviżjoni ta' data għandhom jiffaċilitaw dan il-proċess.

Emenda    30

Proposta għal Regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Il-kundizzjonalità hija element importanti tal-PAK, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-elementi ambjentali u klimatiċi tagħha, iżda wkoll b'rabta mas-saħħa pubblika u mal-kwistjonijiet marbutin mal-annimali. Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta' kundizzjonalità. Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali marbutin mal-kundizzjonalità fil-livell tal-Unjoni.

(55)  Il-kundizzjonalità hija element importanti tal-PAK, li tiżgura li l-pagamenti jippromwovu livell għoli ta' sostenibbiltà u jiżguraw kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa fl-Istati Membri u bejniethom, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-elementi ambjentali u klimatiċi tagħha, iżda wkoll b'rabta mas-saħħa pubblika u l-benessri tal-annimali. Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta' kundizzjonalità. Sabiex ikunu żgurati dawn il-kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kundizzjonalità u l-kontrolli u l-penali marbutin man-nuqqas ta' konformità fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    31

Proposta għal Regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)  Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu d-dettalji tal-penali, jenħtieġ li dawk il-penali jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jkunu mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew skont il-liġi tal-Unjoni. Sabiex ikun żgurat approċċ effettiv u koerenti min-naħa tal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi prevista rata minima ta' penali fil-livell tal-Unjoni għan-nuqqas ta' konformità li jseħħ għall-ewwel darba minħabba negliġenza, filwaqt li l-okkorrenza mill-ġdid jenħtieġ li twassal għal perċentwal ogħla u l-intenzjonalità tista' twassal għall-esklużjoni totali mill-pagament. Sabiex ikun żgurat li l-penali jkunu proporzjonati, meta n-nuqqas ta' konformità jkun ta' natura minuri u jseħħ għall-ewwel darba, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew idaħħlu sistema ta' twissija bikrija.

(57)  Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu d-dettalji tal-penali, jenħtieġ li dawk il-penali jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jkunu mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew skont il-liġi tal-Unjoni. Sabiex ikun żgurat approċċ effettiv u koerenti min-naħa tal-Istati Membri, jeħtieġ li jiġu previsti rati minimi ta' penali fil-livell tal-Unjoni. Dawn ir-rati jenħtieġ li japplikaw għal każijiet ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba minħabba negliġenza, filwaqt li l-okkorrenza mill-ġdid jenħtieġ li twassal għal perċentwal ogħla u jenħtieġ li l-intenzjonalità twassal potenzjalment għall-esklużjoni totali mill-pagament. Sabiex ikun żgurat li l-penali jkunu proporzjonati, meta n-nuqqas ta' konformità jkun ta' natura minuri u jseħħ għall-ewwel darba, jenħtieġ li l-Istati Membri jdaħħlu sistema ta' twissija bikrija, filwaqt li jinnotifikaw lill-benefiċjarju dwar l-obbligu li jieħu miżuri korrettivi u jippermettulu jirrimedja n-nuqqas ta' konformità. Jenħtieġ li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva fil-każijiet ta' nuqqas ta' konformità minħabba forza maġġuri, negliġenza sempliċi jew minħabba żbalji ovvji rikonoxxuti mill-awtorità kompetenti jew awtorità oħra.

Emenda    32

Proposta għal Regolament

Premessa 71

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(71)  Il-pubblikazzjoni tat-tali informazzjoni flimkien mal-informazzjoni ġenerali prevista f'dan ir-Regolament ittejjeb it-trasparenza b'rabta mal-użu tal-Fondi tal-Unjoni fil-PAK, u b'hekk tikkontribwixxi għall-viżibbiltà ta' dik il-politika u għal fehim aħjar tagħha. Dan jippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem iktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tkun tgawdi minn iktar leġittimità u tkun iktar effettiva u iktar responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini. Dan jagħti wkoll liċ-ċittadini eżempji konkreti tal-forniment ta' "beni pubbliċi" permezz tal-biedja, u b'hekk isostni l-leġittimità tal-għajnuna mill-istat għas-settur agrikolu.

(71)  Il-pubblikazzjoni tat-tali informazzjoni flimkien mal-informazzjoni ġenerali prevista f'dan ir-Regolament ittejjeb it-trasparenza b'rabta mal-użu tal-Fondi tal-Unjoni fil-PAK, u b'hekk tikkontribwixxi għall-viżibbiltà ta' dik il-politika u għal fehim aħjar tagħha. Dan jippermetti liċ-ċittadini jieħdu sehem iktar mill-qrib fil-proċess tat-teħid tad-deċiżjonijiet u jiggarantixxi li l-amministrazzjoni tkun tgawdi minn iktar leġittimità u tkun iktar effettiva u iktar responsabbli fil-konfront taċ-ċittadini. Dan jagħti wkoll liċ-ċittadini eżempji konkreti tal-forniment ta' "beni pubbliċi" permezz tal-biedja, u b'hekk isostni l-leġittimità tal-Unjoni u tal-għajnuna mill-istat għas-settur agrikolu.

Emenda    33

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "sistemi ta' governanza" tfisser il-korpi ta' governanza li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], fosthom is-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

(b)  "sistemi ta' governanza" tfisser il-korpi ta' governanza li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], fosthom l-obbligi tal-Istati Membri fir-rigward tal-protezzjoni effettiva tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament, is-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tar-rapport ta' approvazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 8(3) ta' dan ir-Regolament u r-rapport dwar il-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] ("ir-rapport dwar il-prestazzjoni");

Emenda    34

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  "indikatur tal-output" tfisser indikatur tal-output kif iddefinit fil-punt 12 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar is-CPR]

Emenda    35

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  "indikatur tar-riżultat" tfisser indikatur tar-riżultat kif definit fil-punt 13 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE).../... [ir-Regolament CPR].

Emenda    36

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cc)  "defiċjenza serja" tfisser defiċjenza serja kif definita fil-punt 30 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament CPR].

Emenda    37

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt cd (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cd)  "korp intermedju" tfisser korp intermedju kif definit fil-punt 7 tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament CPR].

Emenda    38

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt ce (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ce)  "pjan ta' azzjoni" tfisser pjan ta' azzjoni b'mod konformi mal-Artikolu 39(1) u l-Artikolu 40(1) ta' dan ir-Regolament.

Emenda    39

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  il-mewt tal-benefiċjarju;

Emenda    40

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  diżastru naturali kbir li jolqot serjament lill-azjenda;

(a)  diżastru naturali jew avveniment meteoroloġiku li jolqot serjament lill-azjenda;

Emenda    41

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-inkapaċità professjonali fit-tul tal-benefiċjarju;

Emenda    42

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt ab (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ab)  iċ-ċirkostanzi tas-suq li jolqtu serjament lill-azjenda;

Emenda    43

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-qerda aċċidentali tal-bini tal-bhejjem fl-azjenda;

(b)  il-qerda tal-bini tal-bhejjem fl-azjenda;

Emenda    44

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  marda epiżootika jew marda tal-pjanti li tolqot lill-bhejjem kollha jew lill-għelejjel kollha tal-benefiċjarju jew lil parti minnhom rispettivament;

(c)  marda epiżootika, marda tal-pjanti jew tifqigħa tal-organiżmi ta' ħsara tal-pjanti li tolqot lill-bhejjem kollha jew lill-għelejjel kollha tal-benefiċjarju jew lil parti minnhom rispettivament;

Emenda    45

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu japplikaw il-punt (a) tal-ewwel paragrafu għal grupp ta' azjendi agrikoli milquta mill-istess diżastru naturali jew avveniment meteoroloġiku.

Emenda    46

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-FAEŻR għandu jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jissemmew fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Il-FAEŻR għandu jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jissemmew fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u l-azzjonijiet fi ħdan l-Artikolu 112 ta' dan ir-Regolament.

Ġustifikazzjoni

Il-FAEŻR għandu jiffinanzja wkoll azzjonijiet relatati mal-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri.

Emenda    47

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha, kull Fond jista' jiffinanzja b'mod dirett l-attivitajiet ta' tħejjija, l-attivitajiet ta' monitoraġġ, l-attivitajiet amministrattivi u l-attivitajiet ta' appoġġ tekniku, u l-evalwazzjoni, l-awditjar u l-ispezzjoni meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK. Dawn għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:

Fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew f'isimha, kull Fond jista' jiffinanzja b'mod dirett iż-żieda fl-attivitajiet ta' tħejjija, l-attivitajiet ta' monitoraġġ, l-attivitajiet amministrattivi u l-attivitajiet ta' appoġġ tekniku, u l-evalwazzjoni, l-awditjar u l-ispezzjoni meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK. Il-kontribuzzjoni tal-FAEŻR imsemmija fl-Artikolu 86(3) tar-Regolament (UE) .../... [Ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] għandha tqis iż-żieda fil-bini tal-kapaċità amministrattiva fir-rigward tal-governanza ġdida u s-sistemi ta' kontroll fl-Istati Membri. Dawn għandhom jinkludu, b'mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:

Emenda    48

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fondi, fosthom it-titjib tal-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-prattiki fil-kuntest tal-PAK, kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI);

(f)  l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fondi, fosthom it-titjib tal-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar l-aħjar prattiki fil-kuntest tal-PAK u l-konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati rilevanti kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI);

Emenda    49

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  il-kontribuzzjoni għall-miżuri marbutin mat-tixrid tal-informazzjoni, mas-sensibilizzazzjoni, mal-promozzjoni tal-kooperazzjoni u mal-iskambju tal-esperjenzi fil-livell tal-Unjoni, li jittieħdu fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, fosthom in-netwerking tal-partijiet ikkonċernati;

(h)  il-kontribuzzjoni għall-miżuri marbutin mat-tixrid tal-informazzjoni, mas-sensibilizzazzjoni, mal-promozzjoni tal-kooperazzjoni u mal-iskambju tal-esperjenzi mal-partijiet ikkonċernati rilevanti fil-livell tal-Unjoni, li jittieħdu fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, fosthom in-netwerking tal-partijiet ikkonċernati;

Emenda    50

Proposta għal Regolament

Artikolu 7a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 7a

 

Awtorità kompetenti

 

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fuq livell ministerjali li tkun responsabbli għall-affarijiet li ġejjin:

 

(a)  għall-ħruġ, għar-rieżami u għall-irtirar tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 8(2);

 

(b)  għall-ħruġ, għar-reviżjoni u għall-irtirar tal-akkreditament tal-korp ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(2);

 

(c)  għall-ħatra u r-revoka tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tiegħu imsemmi fl-Artikolu 11;

 

(d)  għat-twettiq tal-kompiti li huma assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.

 

2.  Abbażi ta' eżami tal-kriterji li l-Kummissjoni għandha tadotta b'mod konformi mal-Artikolu 12(1), l-awtorità kompetenti għandha, permezz ta' att formali, tiddeċiedi:

 

(a)  dwar il-ħruġ jew, wara reviżjoni, l-irtirar tal-akkreditament tal-aġenzija tal-pagamenti u l-korp ta' koordinazzjoni;

 

(b)  dwar il-ħatra u r-revoka tal-korp taċ-ċertifikazzjoni tiegħu;

 

L-awtorità kompetenti għandha tinforma mingħajr dewmien lill-Kummissjoni bl-akkreditament jew il-ħatra tal-aġenziji tal-pagamenti , il-korp ta' koordinazzjoni u l-korp taċ-ċertifikazzjoni, u dwar l-irtirar u r-revoka tagħhom.

 

Il-Kummissjoni għandha tippromwovi l-iskambju tal-aħjar prattiki fir-rigward tat-tħaddim ta' sistemi ta' governanza bejn l-Istati Membri.

(Ara l-formulazzjoni tal-eks Artikolu 9)

Emenda    51

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Aġenziji tal-pagamenti u korpi ta' koordinazzjoni

L-aġenziji tal-pagamenti

Emenda    52

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri u, jekk applikabbli, ta' reġjuni li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.

Emenda    53

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti lil dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li jkunu jipprovdu biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali, regolari u kkontabilizzati kif xieraq. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent intern, mal-attivitajiet ta' kontroll, mal-informazzjoni u mal-komunikazzjoni u mal-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1)(a).

L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti lil dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li jkunu jipprovdu biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali, regolari u kkontabilizzati kif xieraq. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent intern, mal-attivitajiet ta' kontroll, mal-informazzjoni u mal-komunikazzjoni u mal-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 12(1)(a).

Emenda    54

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti għall-perjodu 2014-2020 għandu jiġi riportat għall-perjodu ta' programmazzjoni 2021-2027, sakemm ikunu infurmaw lill-awtorità kompetenti li huma konformi mal-kriterji tal-akkreditament, u sakemm reviżjoni mwettqa skont il-punt (a) tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 12(2) ma turix li dan mhuwiex il-każ.

Emenda    55

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri ma għandhom jaħtru l-ebda aġenzija addizzjonali ġdida tal-pagamenti wara d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

L-Istati Membri jistgħu jaħtru aġenziji addizzjonali ġodda tal-pagamenti wara ... [d-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament], diment li:

 

(a)  l-għadd ta' aġenziji tal-pagamenti akkreditati ma jiżdidx b'rabta mas-sitwazzjoni fil-31 ta' Diċembru 2019; jew

 

(b)  l-aġenziji tal-pagamenti ġodda jintgħażlu skont riorganizzazzjoni amministrattiva fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    56

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-Artikolu 63(5) u (6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/… [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju"), sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tħejji d-dokumenti li ġejjin u tibgħathom lill-Kummissjoni:

Għall-finijiet tal-Artikolu 63(5) u (6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju"), sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tħejji d-dokumenti li ġejjin u tibgħathom lill-Kummissjoni:

Emenda    57

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-kontijiet annwali tan-nefqa li tkun iġġarrbet huma u jitwettqu l-kompiti fdati lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata tagħha, kif previst fl-Artikolu 63(5)(a) tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 51;

(a)  il-kontijiet annwali tan-nefqa li tkun iġġarrbet huma u jitwettqu l-kompiti fdati lill-aġenzija tal-pagamenti akkreditata tagħha, kif previst fl-Artikolu 63(5)(a) tar-Regolament Finanzjarju, flimkien mal-informazzjoni meħtieġa għall-approvazzjoni tagħhom skont l-Artikolu 51(1):

Emenda    58

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52(1) li juri li n-nefqa saret skont l-Artikolu 35;

(b)  ir-rapport annwali ta' approvazzjoni msemmi fl-Artikolu 51(2) li fih l-informazzjoni dwar l-outputs u n-nefqa li jkunu nkisbu u li juri li n-nefqa tkun saret skont l-Artikolu 35;

Emenda    59

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' governanza li jkunu ddaħħlu fis-seħħ, li jagħtu l-garanziji meħtieġa b'rabta mal-outputs irrappurtati fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, kif previst fl-Artikolu 63(6)(b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju;

(ii)  il-funzjonament tajjeb tas-sistemi ta' kontroll intern li jkunu ddaħħlu fis-seħħ u l-konformità mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni li jagħtu, kif previst fl-Artikolu 63(6)(b) u (c) tar-Regolament Finanzjarju, il-garanziji meħtieġa, fir-rigward tal-outputs irrappurtati fir-rapport ta' approvazzjoni annwali u l-konformità tat-tipi ta' interventi msemmija fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] mal-liġi applikabbli tal-Unjoni;

Emenda    60

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rapport ta' approvazzjoni annwali għandu jiġi ppreżentat għall-ewwel darba sa [sentejn wara d-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u mbagħad kull sena sussegwenti sa u inkluż l-2030. L-ewwel rapport għandu jkopri l-ewwel sentejn finanzjarji wara ... [is-sena tad-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament]. Minn dawk il-pagamenti diretti msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], ir-rapport għandu jkopri sena finanzjarja waħda biss [sena wara dik id-data ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

Emenda    61

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3a.  Il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tfassal u tipprovdi lill-Kummissjoni bir-rapport dwar il-prestazzjoni permezz tad-data msemmija fl-Artikolu 129, li tirrifletti l-progress li sar lejn il-kisba tal-objettivi stabbiliti fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali tal-PAK, u inkluż, fejn fattibbli, rapportar dwar impatti sal-15 ta' April tat-tieni sena wara ... [id-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament] u kull sentejn wara dan.

Emenda    62

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta jkun hemm iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti akkreditata, l-Istat Membru għandu jaħtar korp pubbliku ta' koordinazzjoni u għandu jassenjalu l-kompiti li ġejjin:

imħassar

(a)  li jiġbor l-informazzjoni li għandha tintbagħat lill-Kummissjoni u li jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni;

 

(b)  li jibgħat ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 52(1);

 

(c)  li jieħu azzjonijiet biex jissolva kull nuqqas ta' natura komuni jew jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li jżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar kull segwitu għal dan;

 

(d)  li jippromwovi l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni u jiżgura dan.

 

F'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tal-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-korp ta' koordinazzjoni jrid jiġi akkreditat b'mod speċifiku mill-Istati Membri.

 

Ir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li l-korp ta' koordinazzjoni jipprovdi għandu jkun kopert mill-kamp ta' applikazzjoni tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) u, meta jintbagħat, għandu jintbagħat flimkien ma' dikjarazzjoni ta' ġestjoni li tkun tkoprih kollu.

 

(Dan it-test tmexxa għall-Artikolu 10a ġdid "Korpi ta' koordinazzjoni")

Emenda    63

Proposta għal Regolament

Artikolu 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 9

imħassar

Awtorità kompetenti

 

1.  L-Istati Membri għandhom jaħtru awtorità fuq livell ministerjali li tkun responsabbli għall-affarijiet li ġejjin:

 

(a)  għall-ħruġ, għar-reviżjoni u għall-irtirar tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti msemmi fl-Artikolu 8(2);

 

(b)  għall-akkreditament tal-korp ta' koordinazzjoni msemmi fl-Artikolu 8(4);

 

(c)  għall-ħatra tal-korp taċ-ċertifikazzjoni msemmi fl-Artikolu 11;

 

(d)  għat-twettiq tal-kompiti assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu.

 

2.  Permezz ta' att formali, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi li toħroġ akkreditament għall-aġenzija tal-pagamenti u għall-korp ta' koordinazzjoni jew li tirtirah wara reviżjoni, abbażi ta' eżami tal-kriterji ta' akkreditament li l-Kummissjoni għandha tadotta skont l-Artikolu 10(1)(a). L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Kummissjoni dwar l-akkreditamenti u l-irtirar tagħhom mingħajr dewmien.

 

(Tmexxa għall-Artikolu 7a l-ġdid)

Emenda    64

Proposta għal Regolament

Artikolu 10a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 10a

 

Korpi ta' koordinazzjoni

 

1.  Meta iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti tkun akkreditata, l-Istat Membru għandu jaħtar korp pubbliku ta' koordinazzjoni u għandu jassenjalu l-kompiti li ġejjin:

 

(a)  li jiġbor id-dokumenti, id-data u l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta lill-Kummissjoni u li jibgħat dik l-informazzjoni lill-Kummissjoni;

 

(b)  li jforni l-kontijiet annwali, ir-rapport ta' approvazzjoni annwali msemmi fl-Artikolu 51(2) u r-rapport dwar il-prestazzjoni billi jqassar u jiġbor id-data u d-dokumenti ppreżentati mill-aġenziji tal-pagamenti;

 

(c)  li jieħu azzjonijiet biex jissolva kull nuqqas ta' natura komuni jew jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li jżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar kull segwitu għal dan;

 

(d)  li jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni.

 

F'dak li għandu x'jaqsam mal-ipproċessar tal-informazzjoni finanzjarja msemmija fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu, il-korp ta' koordinazzjoni jrid jiġi akkreditat b'mod speċifiku mill-Istati Membri.

 

Il-kontijiet annwali, ir-rapport ta' approvazzjoni annwali u r-rapport dwar il-prestazzjoni li l-korp ta' koordinazzjoni jipprovdi għandu jkun kopert mill-kamp ta' applikazzjoni tal-opinjoni msemmija fl-Artikolu 11(1) u, meta jintbagħat, għandu jintbagħat flimkien ma' dikjarazzjoni ta' ġestjoni li tkun tkoprih kollu.

(Ara l-formulazzjoni tal-Artikolu 8.4)

Emenda    65

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Madankollu, Stat Membru li jagħżel aktar minn korp ta' ċertifikazzjoni wieħed għandu jaħtar ukoll korp ta' ċertifikazzjoni pubbliku fil-livell nazzjonali biex ikun responsabbli għall-koordinazzjoni.

Emenda    66

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jekk ir-rappurtar dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-indikaturi tal-outputs għall-għanijiet tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 52 u r-rappurtar dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-indikaturi tar-riżultati għall-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni msemmi fl-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], li juru li tħares l-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament, ikunux korretti jew le

(c)  jekk ir-rappurtar dwar l-outputs għall-għanijiet tal-approvazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 51(2), li juru li tħares l-Artikolu 35 ta' dan ir-Regolament, ikunux korretti jew le;

Emenda    67

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jekk in-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għalihom il-Kummissjoni ntalbet għal rimborż tkunx legali u regolari jew le. ;

(d)  jekk ir-rappurtar għall-fini tal-monitoraġġ tal-prestazzjoni multiannwali msemmija fl-Artikoli 115 u 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], li jirrifletti l-operazzjonijiet imwettqa u l-progress li sar lejn il-kisba tal-objettivi, kif stabbilit fil-Pjan Strateġiku Nazzjonali tal-PAK, huwiex korrett;

Emenda    68

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jekk in-nefqa għat-tipi ta' interventi msemmija fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] hijiex konformi mad-dritt applikabbli tal-Unjoni;

Emenda    69

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  in-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-Regolament (UE) Nru 228/2013, ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 u r-Regolament (UE) 1144/2014 li għalihom intalab rimborż mill-Kummissjoni hija legali u regolari jew le.

Emenda    70

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'dik l-opinjoni, għandu jintqal ukoll jekk l-eżami jqajjimx dubji dwar id-dikjarazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 8(3)(c).

F'dik l-opinjoni, għandu jintqal ukoll jekk l-eżami jqajjimx dubji dwar id-dikjarazzjonijiet li saru fid-dikjarazzjoni ta' ġestjoni msemmija fl-Artikolu 9(3)).

Emenda    71

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ. Huwa għandu jaħdem b'mod indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti u mill-korp ta' koordinazzjoni kkonċernati, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat lil dik l-aġenzija u lill-korpi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK.

2.  Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ, f'termini kemm tal-ġestjoni finanzjarja kif ukoll b'rabta mal-valutazzjoni tal-kisba tal-miri maħsuba tal-interventi. Id-data u l-informazzjoni kollha użati biex il-korpi taċ-ċertifikazzjoni jipprovdu assigurazzjoni li jkunu qed jintlaħqu l-miri, kif ukoll dawk sottostanti għas-suppożizzjonijiet magħmula, għandhom isiru disponibbli b'mod trasparenti. Huwa għandu jaħdem b'mod indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti u mill-korp ta' koordinazzjoni kkonċernati, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat lil dik l-aġenzija u lill-korpi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK.

Emenda    72

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-kompiti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom il-verifiki li jridu jitwettqu u l-korpi li jridu jsirulhom dawk il-verifiki, u r-regoli dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li dawk il-korpi jridu jħejju, kif ukoll dwar id-dokumenti li jridu jintbagħtu magħhom.

imħassar

L-atti ta' implimentazzjoni għandhom jistabbilixxu wkoll l-affarijiet li ġejjin:

 

(a)  il-prinċipji tal-awditjar li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli interni u l-livell tal-provi tal-awditjar li huwa meħtieġ;

 

(b)  il-metodi tal-awditjar li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jużaw biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

 

(It-test jitmexxa għal Artikolu 12a ġdid, is-setgħat tal-Kummissjoni, l-eks Artikolu 10)

Emenda    73

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  Ladarba l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri jkunu ħatru l-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu u jkunu għarrfu lill-Kummissjoni b'dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta lista komprensiva ta' dawn il-korpi kollha lill-Parlament Ewropew, sa mhux aktar tard minn sena wara ... [id-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament] u t-tieni darba mhux aktar tard minn erba' snin wara.

Emenda    74

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun magħmul mill-ammonti massimi stabbiliti għalih fir-Regolament (UE, Euratom) [COM(2018) 322 final].

1.  Il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun magħmul mill-ammonti massimi stabbiliti għalih fir-Regolament (UE, Euratom) [COM(2018)322 final] li jiffissa l-limiti għall-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jkun hemm limiti li jikkonċernaw il-pagamenti għall-Istati Membri sabiex ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li dawk l-Istati Membri li jkunu l-ewwel biex jużawhom ikollhom aktar.

Emenda    75

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 12a

 

Setgħat tal-Kummissjoni

 

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar:

 

(a)  il-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti msemmija fl-Artikolu 9(2) u tal-korpi ta' koordinazzjoni msemmija fl-Artikolu 10(4); u

 

(b)  l-obbligi tal-aġenziji tal-pagamenti b'rabta mal-intervent pubbliku u r-regoli dwar il-kontenut tal-responsabbiltajiet ta' ġestjoni u ta' kontroll tagħhom;

 

(c)  il-proċeduri għall-ħruġ, għall-irtirar u għar-reviżjoni tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni u għall-ħatra u r-revoka ta' korpi taċ-ċertifikazzjoni tiegħu, kif ukoll il-proċeduri għas-superviżjoni tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità;

 

(d)  il-ħidma u l-verifiki li fuqhom hija bbażata d-dikjarazzjoni tal-ġestjoni tal-aġenziji tal-pagamenti, imsemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 9(3);

 

(e)  il-funzjonament tal-korp ta' koordinazzjoni u n-notifika tal-informazzjoni lill-Kummissjoni stabbilit fl-Artikolu 10(4).

 

2.  Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-kompiti tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom il-verifiki li jridu jitwettqu u l-korpi li jridu jsirulhom dawk il-verifiki, u dwar iċ-ċertifikati u r-rapporti li dawk il-korpi jridu jħejju, kif ukoll dwar id-dokumenti li jridu jintbagħtu magħhom.

 

Dawk l-atti delegati għandhom jistabbilixxu wkoll:

 

(a)  il-prinċipji tal-awditjar li fuqhom jissejsu l-opinjonijiet tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni, fosthom valutazzjoni tar-riskji, il-kontrolli interni u l-livell tal-provi tal-awditjar li huwa meħtieġ; u

 

(b)  il-metodi tal-awditjar li l-korpi taċ-ċertifikazzjoni jridu jużaw biex jagħtu l-opinjonijiet tagħhom, filwaqt li jqisu l-istandards internazzjonali dwar l-awditjar, li jistgħu jinkludu l-possibbiltà ta' monitoraġġ tal-verifiki fuq il-post tal-aġenziji tal-pagamenti.

(Ara l-formulazzjoni tal-eks Artikolu 10 u anke l-Artikolu 11(3))

Emenda    76

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-bidu ta' kull sena għandha tiġi stabbilita riżerva fl-FAEG li tkun maħsuba biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu għall-finijiet tal-ġestjoni jew tal-istabbilizzazzjoni tas-suq jew f'każ ta' kriżijiet li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola (minn hawn 'il quddiem imsejħa "ir-riżerva għall-agrikoltura").

Għandha tiġi stabbilita riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu tal-UE ("ir-riżerva") fi ħdan il-baġit tal-PAK biex tipprovdi appoġġ addizzjonali għas-settur agrikolu għall-finijiet tal-ġestjoni jew tal-istabbilizzazzjoni tas-suq u biex twieġeb fil-pront f'każ ta' kriżijiet li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola.

Emenda    77

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-approprjazzjonijiet għar-riżerva għall-agrikoltura għandhom jiddaħħlu direttament fil-baġit tal-Unjoni.

L-approprjazzjonijiet għar-riżerva għandhom jiddaħħlu direttament fil-baġit tal-Unjoni u jintużaw, għas-sena finanzjarja jew għas-snin finanzjarji li għalihom huma meħtieġ appoġġ addizzjonali, sabiex jiġu ffinanzjati l-miżuri li ġejjin:

 

(a)   miżuri biex jiġu stabbilizzati s-swieq agrikoli skont l-Artikoli 8 sa 21 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

 

(b)  miżuri eċċezzjonali skont il-Kapitolu I, Parti V tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013;

 

(c)  miżuri li jikkomplementaw l-għodod tal-istabbilizzazzjoni tal-introjtu msemmija fl-Artikolu 70 tar-Regolament (UE .../... [ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK] fil-każ li kriżi tas-suq isseħħ b'livell ogħla minn limitu minimu definit minn qabel għal kull settur.

Emenda    78

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100 sabiex jissupplimentaw dan l-Artikolu billi tiddefinixxi l-livelli limiti speċifiċi għas-settur meħtieġa biex jiġu xkattati l-miżuri biex jiġu adottati l-għodod tal-istabbilizzazzjoni tal-introjtu kif imsemmi fil-punt c tal-paragrafu 1.

Emenda    79

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-fondi tar-riżerva għall-agrikoltura għandhom jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-miżuri li jittieħdu skont l-Artikoli 8 sa 21 u l-Artikoli 219, 220 u 221 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 għas-sena jew għas-snin li għalihom ikun hemm bżonn jingħata l-appoġġ addizzjonali.

imħassar

Emenda    80

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu -1 (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fl-2021, għandu jiġi stabbilit ammont inizjali ta' EUR 400 000 000 fi prezzijiet attwali flimkien mal-baġits tal-FAEG u tal-FAEŻR.

Emenda    81

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ir-riżerva għall-agrikoltura għandha tkun ta' mill-inqas EUR 400 miljun fi prezzijiet kurrenti fil-bidu ta' kull sena matul il-perjodu mill-2021 sal-2027. Meta dan ikun xieraq minħabba l-iżviluppi tas-suq jew il-prospetti tul is-sena attwali jew għas-sena ta' wara, il-Kummissjoni tista' taġġusta l-ammont tar-riżerva għall-agrikoltura matul is-sena filwaqt li tqis l-approprjazzjonijiet disponibbli fil-kuntest tal-FAEG.

Fil-bidu ta' kull sena matul il-perjodu mill-2021 sal-2027, l-ammont tar-riżerva għall-kriżi fis-settur agrikolu tal-UE għandu jkun tal-anqas ugwali għall-ammont inizjali allokat fl-2021 bil-potenzjal ta' żidiet matul dan il-perjodu sa limitu massimu ta' EUR 1 500 000 000 fi prezzijiet attwali, mingħajr preġudizzju għad-deċiżjonijiet meħuda mill-awtorità baġitarja.

 

L-ammont tar-riżerva għall-kriżi fis-settur agrikolu tal-UE għandu jiġi aġġustat permezz tal-proċedura baġitarja annwali jew tul is-sena meta dan ikun xieraq minħabba l-iżviluppi tal-kriżi jew il-prospetti rigward is-sena attwali jew is-snin ta' wara u filwaqt li jitqies id-dħul disponibbli assenjat lill-FAEG jew lill-marġnijiet disponibbli taħt is-sottolimitu tal-FAEG.

Emenda    82

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'każ li dawn l-approprjazzjonijiet disponibbli ma jkunux biżżejjed, tista' tintuża d-dixxiplina finanzjarja biex tiffinanzja r-riżerva sa l-ammont inizjali msemmi fl-ewwel subparagrafu.

Emenda    83

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura għandhom jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-snin finanzjarji ta' wara.

B'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għandhom jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-snin finanzjarji ta' wara.

Emenda    84

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, b'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont kollu tar-riżerva għall-kriżijiet li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 għandu jiġi riportat għall-2021 mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-finanzjament tar-riżerva għall-agrikoltura.

imħassar

Emenda    85

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rata ta' aġġustament għall-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) ta' dan ir-Regolament u għall-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-miżuri speċifiċi msemmija fl-Artikolu 5(2)(f) ta' dan ir-Regolament u mogħtija skont il-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u l-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 (minn hawn 'il quddiem imsejħa "ir-rata ta' aġġustament"), meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sottolimitu għal sena finanzjarja partikolari jkunu juru li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.

Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi rata ta' aġġustament għall-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti msemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) ta' dan ir-Regolament (minn hawn 'il quddiem imsejħa "ir-rata ta' aġġustament"), meta l-previżjonijiet għall-finanzjament tal-interventi u tal-miżuri ffinanzjati skont dak is-sottolimitu għal sena finanzjarja partikolari jkunu juru li jkunu se jinqabżu l-limiti massimi annwali applikabbli.

Emenda    86

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rata ta' aġġustament iddeterminata skont dan l-Artikolu għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jkunu ta' aktar minn EUR 2 000 li għandhom jingħataw lill-benefiċjarji fis-sena kalendarja korrispondenti.

Emenda    87

Proposta għal Regolament

Artikolu 19 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti jew it-tnaqqis supplimentari li jaġġustaw il-pagamenti li jkunu saru skont il-paragrafu 3 mingħajr ma tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 101.

6.  Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti jew it-tnaqqis supplimentari li jaġġustaw il-pagamenti li jkunu saru skont il-paragrafu 3 filwaqt li tapplika l-proċedura msemmija fl-Artikolu 101.

Ġustifikazzjoni

Għal raġunijiet ta' ċarezza u trasparenza, il-Kummissjoni għandha tkompli tkun responsabbli għall-proċedura tal-pagamenti ta' kull xahar.

Emenda    88

Proposta għal Regolament

Artikolu 22 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 7(b), il-Kummissjoni għandha tgħaddi, mingħajr ħlas, dik id-data mis-satelliti lill-awtoritajiet kompetenti għas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja jew lill-fornituri tas-servizzi li dawk il-korpi jkunu awtorizzaw biex jirrappreżentawhom.

Skont l-Artikolu 7(b), il-Kummissjoni għandha tgħaddi, mingħajr ħlas, dik id-data mis-satelliti lill-awtoritajiet kompetenti għas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja jew lill-fornituri tas-servizzi li dawk il-korpi jkunu awtorizzaw biex jirrappreżentawhom.

Emenda    89

Proposta għal Regolament

Artikolu 22 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tqabbad lil entitajiet speċjalizzati jwettqu kompiti marbutin mat-tekniki jew mal-metodi ta' ħidma b'rabta mas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja msemmija fl-Artikolu 64(1)(c).

Il-Kummissjoni tista' tqabbad lil entitajiet speċjalizzati jwettqu kompiti marbutin mat-tekniki jew mal-metodi ta' ħidma b'rabta mas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja msemmija fl-Artikolu 64(1)(c).

Emenda    90

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali u klimatiku tal-użu tar-raba' u tat-tibdil fl-użu tar-raba', fosthom tal-agroforestrija, u l-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-għelejjel sabiex ikunu jistgħu jsiru stimi, b'mod partikolari dwar ir-rendimenti, dwar il-produzzjoni agrikola u dwar l-impatti ta' ċirkustanzi eċċezzjonali fuq l-agrikoltura;

(b)  tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali u klimatiku tal-użu tar-raba' u tat-tibdil fl-użu tar-raba', fosthom tal-agroforestrija, u l-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-ħamrija, tal-ilma, tal-għelejjel u ta' veġetazzjoni oħra sabiex ikunu jistgħu jsiru stimi, b'mod partikolari dwar ir-rendimenti, dwar il-produzzjoni agrikola u dwar l-impatti ta' ċirkostanzi eċċezzjonali fuq l-agrikoltura, u valutazzjoni tar-reżiljenza tas-sistemi agrikoli kontra t-tibdil fil-klima u l-progress lejn l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli rilevanti;

Emenda    91

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tikkontribwixxi għat-trasparenza fis-swieq dinjin;

(d)  tikkontribwixxi għal miżuri speċifiċi li jżidu t-trasparenza fis-swieq dinjin inkluż il-monitoraġġ tas-suq filwaqt li jitqiesu l-objettivi u l-impenji tal-Unjoni inklużi dawk għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp.

Emenda    92

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 7(c), il-Kummissjoni għandha tiffinanzja l-azzjonijiet marbutin mal-ġbir jew max-xiri tad-data li hija meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK u biex din tiġi mmonitorjata, fosthom id-data mis-satelliti, id-data ġeospazjali u d-data meteoroloġika, il-ħolqien ta' infrastruttura tad-data spazjali u ta' sit web, it-twettiq ta' studji speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-tibdil fl-użu tar-raba' u l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Meta jkun hemm bżonn, dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u ma' laboratorji u korpi nazzjonali jew bl-involviment tas-settur privat.

Skont l-Artikolu 7, il-Kummissjoni għandha tiffinanzja l-azzjonijiet marbutin mal-ġbir jew max-xiri tad-data li hija meħtieġa biex jiġu implimentati u mmonitorjati l-PAK u l-effetti tagħha, fosthom id-data mis-satelliti, id-data ġeospazjali u d-data meteoroloġika, il-ħolqien ta' infrastruttura tad-data spazjali u ta' sit web, it-twettiq ta' studji speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-tibdil fl-użu tar-raba' u l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Meta jkun hemm bżonn, dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka, mal-Eurostat, u ma' laboratorji u korpi nazzjonali jew bl-involviment tas-settur privat, filwaqt li jkunu żgurati l-imparzjalità, it-trasparenza u d-disponibbiltà bla ħlas tal-informazzjoni sal-punt l-aktar possibbli.

Emenda    93

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fl-2021: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(a)  fl-2021: 1,5 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Ġustifikazzjoni

Il-prefinanzjament għandu jkun fuq sentejn sabiex jiġi evitat dewmien fl-istabbiliment ta' miżuri tat-tieni pilastru.

Emenda    94

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fl-2022: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(b)  fl-2022: 1,5 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda    95

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Ma għandu jsir jew jiġi rkuprat l-ebda pagament addizzjonali ta' prefinanzjament meta jkun seħħ trasferiment lejn l-FAEŻR jew minnu skont l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

3.  Jista' jsir jew jiġi rkuprat l-ebda pagament addizzjonali ta' prefinanzjament meta jkun seħħ trasferiment lejn l-FAEŻR jew minnu skont l-Artikolu 90 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda    96

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-imgħax li joħroġ mill-prefinanzjament għandu jintuża għall-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika indikata fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.

4.  L-imgħax li joħroġ mill-prefinanzjament għandu jintuża għall-Pjan Strateġiku tal-PAK jew għall-Programm ta' Intervent Reġjonali kkonċernat u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika indikata fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.

Ġustifikazzjoni

Fil-każ ta' pjanijiet reġjonali u sabiex tinżamm il-koerenza ta' dan l-artikolu, l-interessi li jirriżultaw mill-ammonti ta' prefinanzjament għandhom jintużaw għall-istess pjan li jkun iġġenerahom.

Emenda    97

Proposta għal Regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandhom isiru pagamenti interim għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK. Dawn għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata ta' kontribuzzjoni għal kull tip ta' intervent għan-nefqa pubblika li ssir u li jkollha x'taqsam miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

1.  Għandhom isiru pagamenti interim għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK jew, fejn xieraq, għal kull Programm ta' Intervent Reġjonali. Dawn għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata ta' kofinanzjament għal kull tip ta' intervent għan-nefqa pubblika li ssir u li jkollha x'taqsam miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Ġustifikazzjoni

Kjarifika dwar il-pagamenti interim f'każ ta' programmi ta' intervent reġjonali.

Emenda    98

Proposta għal Regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-ammont inkluż fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa jrid ikun tħallas qabel lill-istrument finanzjarju u jista' jkun sa 25 % tal-ammont kollu tal-kontribuzzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li tkun ġiet allokata għall-istrumenti finanzjarji skont il-ftehim ta' finanzjament rilevanti;

(a)  l-ammont inkluż fl-ewwel dikjarazzjoni tan-nefqa jrid ikun tħallas qabel lill-istrument finanzjarju u jista' jkun sa 25 % tal-ammont kollu tal-kofinanzjament tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jkun ġie allokat għall-istrumenti finanzjarji skont il-ftehim ta' finanzjament rilevanti;

Emenda    99

Proposta għal Regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni ta' Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ, dejjem jekk ikun hemm ir-riżorsi disponibbli, abbażi tal-pjan finanzjarju li jkun fis-seħħ fil-livell tat-tipi ta' interventi tal-FAEŻR, tal-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK u tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni li jikkorrispondu magħhom. Dawk il-kontijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa prevista fl-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet sal-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa.

1.  Wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali ta' approvazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni ta' Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ abbażi tal-pjan finanzjarju li jkun fis-seħħ fil-livell tat-tipi ta' interventi tal-FAEŻR, tal-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK u tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni li jikkorrispondu magħhom. Dawk il-kontijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa prevista fl-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet sal-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa.

Emenda    100

Proposta għal Regolament

Artikolu 31 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Jekk, sal-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni jkun għadha ma rċevietx l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan, il-bilanċ għandu jiġi diżimpenjat b'mod awtomatiku skont l-Artikolu 32.

3.  Jekk, sal-limitu taż-żmien stabbilit fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni jkun għadha ma rċevietx l-aħħar rapport annwali ta' approvazzjoni u d-dokumenti meħtieġa għall-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan, il-bilanċ għandu jiġi diżimpenjat b'mod awtomatiku skont l-Artikolu 32.

Emenda    101

Proposta għal Regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta' Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun intbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3) b'rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn baġitarju.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta' Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun intbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3) b'rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta' Diċembru tat-tielet sena wara dik tal-impenn baġitarju.

Emenda    102

Proposta għal Regolament

Artikolu 32 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  F'każ li jkun hemm proċedimenti legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett sospensiv, il-perjodu għad-diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, għall-ammont marbut mal-ħidmiet ikkonċernati, għall-perjodu li matulu jdumu għaddejjin dawk il-proċedimenti jew dak l-appell amministrattiv, dejjem jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika motivata mingħand l-Istat Membru dwar dan sal-31 ta' Jannar tas-sena N+3.

3.  F'każ li jkun hemm proċedimenti legali jew appell amministrattiv li jkollhom effett sospensiv, il-perjodu għad-diżimpenn awtomatiku msemmi fil-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 għandu jiġi interrott, għall-ammont marbut mal-ħidmiet ikkonċernati, għall-perjodu li matulu jdumu għaddejjin dawk il-proċedimenti jew dak l-appell amministrattiv, dejjem jekk il-Kummissjoni tirċievi notifika motivata mingħand l-Istat Membru dwar dan sal-31 ta' Jannar tas-sena N+4.

Emenda    103

Proposta għal Regolament

Artikolu 32 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  dik il-parti tal-impenji baġitarji li dwarha tkun saret dikjarazzjoni tan-nefqa iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ikun ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena N+2;

(a)  dik il-parti tal-impenji baġitarji li dwarha tkun saret dikjarazzjoni tan-nefqa iżda li r-rimborż tagħha jkun tnaqqas jew ikun ġie sospiż mill-Kummissjoni fil-31 ta' Diċembru tas-sena N+3;

Emenda    104

Proposta għal Regolament

Artikolu 34 – paragrafu 2 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-kuntest tal-FAEŻR, ħidma partikolari tista' tirċievi forom differenti ta' appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u minn Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("Fondi SIE") oħrajn jew minn strumenti oħrajn tal-Unjoni biss jekk l-ammont kollu tal-għajnuna mogħtija permezz tal-forom differenti ta' appoġġ, meħud f'daqqa, ma jaqbiżx l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont tal-għajnuna li japplika għal dak it-tip ta' intervent kif imsemmi fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Fit-tali każijiet, l-Istati Membri ma għandhomx jiddikjaraw in-nefqa lill-Kummissjoni għall-affarijiet li ġejjin:

Fil-kuntest tal-FAEŻR, ħidma partikolari tista' tirċievi forom differenti ta' appoġġ mill-Pjan Strateġiku tal-PAK u minn Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej ("Fondi SIE") oħrajn jew minn strumenti oħrajn tal-Unjoni biss jekk l-ammont kollu tal-għajnuna mogħtija permezz tal-forom differenti ta' appoġġ, meħud f'daqqa, ma jaqbiżx l-ogħla intensità tal-għajnuna jew l-ogħla ammont tal-għajnuna li japplika għal dak it-tip ta' intervent kif imsemmi fit-Titolu III tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Fit-tali każijiet, in-nefqa m'għandhiex tiġi ddikjarata għall-ebda wieħed minn dawn:

Emenda    105

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:

In-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-Regolament (UE) Nru 228/2013, ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1144/2014 tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:

Emenda    106

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tkun saret skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli, jew

(b)  tkun saret skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli.

Emenda    107

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]:

imħassar

(i)  tkun taqbel ma' output irrappurtat li jkun jikkorrispondi magħha; u

 

(ii)  tkun saret skont is-sistemi ta' governanza applikabbli, li ma jkoprux il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK.

 

Emenda    108

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

In-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) …/…[ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:

 

(a)   tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati;

 

(b)  tkun taqbel ma' output irrappurtat li jkun jikkorrispondi magħha;

 

(c)  tkun saret b'mod konformi mas-sistemi ta' governanza applikabbli, filwaqt li tirrispetta r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, li ma jestendux għall-kundizzjonijiet ta' eliġibbiltà għal benefiċjarji individwali.

Emenda    109

Proposta għal Regolament

Artikolu 37 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Meta, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jew tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 88, il-Kummissjoni tistabbilixxi li ma tħarsux l-iskadenzi għall-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 36, l-Istat Membru għandu jingħata ċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-kummenti tiegħu f'dak il-perjodu jew meta l-Kummissjoni tqis li t-tweġiba tiegħu ma kinitx sodisfaċenti, hija tista' tnaqqas il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tal-atti ta' implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

2.  Meta, abbażi tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa jew tal-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 88, il-Kummissjoni tistabbilixxi li ma tħarsux l-iskadenzi għall-pagamenti msemmijin fl-Artikolu 36, l-Istat Membru għandu jingħata ċ-ċans jibgħat il-kummenti tiegħu fi żmien perjodu li ma għandux ikun ta' inqas minn 30 jum. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-kummenti tiegħu f'dak il-perjodu jew meta l-Kummissjoni tikkonkludi li jidher biċ-ċar li l-kummenti mogħtija mhumiex biżżejjed, hija tista' tnaqqas il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar lill-Istat Membru kkonċernat fil-qafas tal-atti ta' implimentazzjoni dwar il-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew fil-qafas tal-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30. Il-Kummissjoni għandha tiżgura li kwalunkwe tnaqqis ma jirriżultax f'aktar dewmien jew diffikultajiet għall-benefiċjarji finali fl-Istat Membru kkonċernat.

Emenda    110

Proposta għal Regolament

Artikolu 37 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  It-tnaqqis li jsir skont dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51.

3.  It-tnaqqis li jsir skont dan l-Artikolu għandu jiġi applikat f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità u għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 51.

Emenda    111

Proposta għal Regolament

Artikolu 38 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istati Membri ma jibagħtux id-dokumenti msemmijin fl-Artikolu 8(3) u fl-Artikolu 11(1) sal-iskadenzi, kif previst fl-Artikolu 8(3), il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-ammont totali tal-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3). Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta tirċievi d-dokumenti neqsin mingħand l-Istat Membru kkonċernat, dejjem jekk ma tirċevihomx iktar minn sitt xhur wara l-iskadenza.

Meta l-Istati Membri ma jibagħtux id-dokumenti u d-data msemmijin fl-Artikolu 8 u fl-Artikolu 11(1) sal-iskadenzi, kif previst fl-Artikolu 8, u, fejn applikabbli, fl-Artikolu 129(1) tar-Regolament (UE) Nru …/…[ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] fejn applikabbli, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-ammont totali tal-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3). Il-Kummissjoni għandha tirrimborża l-ammonti sospiżi meta tirċievi d-dokumenti neqsin mingħand l-Istat Membru kkonċernat, dejjem jekk ma tirċevihomx iktar minn sitt xhur wara l-iskadenza.

Emenda    112

Proposta għal Regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta, fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 52, il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm differenza ta' iktar minn 50 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat u l-Istat Membru ma jkunx jista' jiġġustifika dan kif xieraq, hija tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

Meta, fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali msemmija fl-Artikolu 51(2), il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm differenza ta' iktar minn 50 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat u l-Istat Membru ma jkunx jista' jiġġustifika dan kif xieraq, hija tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

Emenda    113

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u mmonitorjati skont l-Artikoli 115 u 116 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jew f'każ fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.

F'każ ta' dewmien fil-progress lejn l-istadji importanti, jew f'każ fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, u fejn il-valur irrappurtat ta' indikatur tar-riżultati wieħed jew aktar kif stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u mmonitorjati skont l-Artikoli 115 u 116 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] jiżvela distakk ta' aktar minn 25 % għas-sena ta' rappurtar ikkonċernata, l-Istati Membri għandhom jippreżentaw ġustifikazzjoni għal dan id-distakk.

Emenda    114

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Fejn l-Istat Membru ma jistax jipprovdi raġunijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat biex jippreżenta u jimplimenta pjan ta' azzjoni, li għandu jiġi stabbilit f'konsultazzjoni mal-Kummissjoni. Il-pjan ta' azzjoni għandu jistabbilixxi l-azzjonijiet ta' rimedju meħtieġa u l-perjodu ta' żmien mistenni għat-twettiq tiegħu.

 

Għal dak l-iskop, il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni inkluża b'mod partikolari definizzjoni tal-indikaturi ta' progress u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti.

Emenda    115

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta' azzjoni ppreżentat mill-Istat Membru ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista', wara li tikkonsulta mal-Istat Membru kkonċernat u tagħtih l-opportunità li jwieġeb, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30. Il-Kummissjoni għandha tqis il-perjodu ta' żmien indikat għat-twettiq tal-pjan ta' azzjoni qabel ma tinbeda kwalunkwe proċedura ta' sospensjoni.

Emenda    116

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu għandu japplika minn ... [sentejn wara d-data tal-applikazzjoni ta' dan ir-Regolament].

Emenda    117

Proposta għal Regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' governanza, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.

F'każ ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' governanza, il-Kummissjoni għandha, fejn ikun meħtieġ, titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.

Emenda    118

Proposta għal Regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti.

Emenda    119

Proposta għal Regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti li l-Istat Membru jkun għamel fl-oqsma fejn ikun hemm in-nuqqasijiet, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, u għandha tkun għal perjodu li jrid jiġi stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu u li ma għandux ikun ta' iktar minn tnax-il xahar. Jekk jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jtawwlu dak il-perjodu għal perjodi oħrajn li b'kollox ma jkunux ta' iktar minn tnax-il xahar. L-ammonti sospiżi għandhom jitqiesu meta jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 53.

Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti li l-Istat Membru jkun għamel fl-oqsma fejn ikun hemm in-nuqqasijiet, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, filwaqt li jitqiesu s-sejbiet tal-verifiki mwettqa mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 47, u għandha tkun għal perjodu li jrid jiġi stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu u li ma għandux ikun ta' iktar minn tnax-il xahar. Jekk jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jtawwlu dak il-perjodu għal perjodi oħrajn li b'kollox ma jkunux ta' iktar minn tnax-il xahar. L-ammonti sospiżi għandhom jitqiesu meta jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 53.

Emenda    120

Proposta għal Regolament

Artikolu 40 – paragrafu 3 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30 għandhom iqisu l-atti ta' implimentazzjoni adottati skont l-ewwel subparagrafu ta' dan il-paragrafu.

L-atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30 għandhom iqisu l-atti delegati adottati skont it-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1.

Emenda    121

Proposta għal Regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jagħmlu pagamenti bil-quddiem, fil-każ tal-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, li jkunu jkopru sa 50 % ta' dawk l-interventi qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru;

(a)  jagħmlu pagamenti bil-quddiem, fil-każ tal-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, li jkunu jkopru sa 50 % ta' dawk l-interventi qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru u għall-miżuri msemmija fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu V tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 rispettivament;

Emenda    122

Proposta għal Regolament

Artikolu 42 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu pagamenti bil-quddiem li jkunu jkopru sa 50 % tal-interventi msemmijin fl-Artikoli 68 u 71 tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

3.  L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jagħmlu pagamenti bil-quddiem li jkunu jkopru sa 50 % tal-interventi msemmijin fl-Artikoli 68 u 71 u l-Kapitolu III tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] kif ukoll fit-Taqsima I tal-Kapitolu II tar-Regolament (UE) Nru 1308/2103.

Emenda    123

Proposta għal Regolament

Artikolu 43 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-somom imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni u, f'każ li jintużaw mill-ġdid, għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR.

2.  Is-somom imsemmijin fil-paragrafu 1 għandhom jitħallsu lill-baġit tal-Unjoni u, f'każ li jintużaw mill-ġdid, għandhom jintużaw biss biex jiffinanzjaw in-nefqa tal-FAEG jew tal-FAEŻR, rispettivament, u għandhom fil-parti l-kbira għandhom jiffinanzjaw ir-riżerva agrikola stabbilita skont il-FAEG, fi ħdan il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 14.

Emenda    124

Proposta għal Regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għoti ta' informazzjoni ffinanzjat skont l-Artikolu 7(e) għandu jkollu l-għan, b'mod partikolari, li jgħin fit-tifsir, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-PAK u li jżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-għanijiet tagħha, li jerġa' jrawwem il-kunfidenza tal-konsumaturi wara l-kriżijiet permezz ta' kampanji tal-informazzjoni, li jinforma lill-bdiewa u lil partijiet oħrajn attivi f'żoni rurali dwar il-PAK u li jippromwovi l-mudell Ewropew tal-agrikoltura u jgħin liċ-ċittadini jifhmuh.

L-għoti ta' informazzjoni ffinanzjat skont l-Artikolu 7(e) għandu jkollu l-għan, b'mod partikolari, li jgħin fit-tifsir, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-PAK u li jżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-għanijiet tagħha inkluża l-interazzjoni tagħha mal-klima, l-ambjent, il-benessri tal-annimali u l-iżvilupp. Dan bil-għan li ċ-ċittadini jiġu infurmati dwar l-isfidi ffaċċjati fl-agrikoltura u l-ikel, biex jiġu infurmati l-bdiewa u l-konsumaturi, biex tiġi restawrata l-fiduċja tal-konsumaturi wara l-kriżijiet permezz ta' kampanji tal-informazzjoni, biex jiġu infurmati l-bdiewa u partijiet oħrajn attivi f'żoni rurali dwar il-PAK u biex jiġi promoss mudell ta' Unjoni aktar sostenibbli tal-agrikoltura kif ukoll biex jgħin liċ-ċittadini jifhmuh.

Emenda    125

Proposta għal Regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Permezz tiegħu għandha tingħata informazzjoni koerenti, oġġettiva u komprensiva kemm fl-Unjoni kif ukoll 'il barra minnha.

Permezz tiegħu għandha tingħata informazzjoni koerenti, imparzjali, ibbażata fuq l-evidenza, oġġettiva u komprensiva kemm fl-Unjoni kif ukoll 'il barra minnha permezz ta' pjan ta' komunikazzjoni.

Emenda    126

Proposta għal Regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rabta mal-kundizzjonijiet li bihom iridu jiġu kkumpensati ċerta tip ta' nefqa u ċertu tip ta' dħul fil-kuntest tal-Fondi.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rabta mal-kundizzjonijiet relatati mad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li bihom iridu jiġu kkumpensati ċerta tip ta' nefqa u ċertu tip ta' dħul fil-kuntest tal-Fondi.

Ġustifikazzjoni

L-għoti tas-setgħa propost huwa wisq mifrux. Għandu jkun limitat, pereżempju, għad-dikjarazzjoni tan-nefqa jew jista' jwaqqaf l-infiq kollu għal miżuri ta' appoġġ fi Pjan Strateġiku tal-PAK approvat.

Emenda    127

Proposta għal Regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għandu jservi ta' garanzija għall-Kummissjoni, sakemm hija ma tkunx avżat lill-Istati Membri li ma tistax toqgħod fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għal sena finanzjarja partikolari, u dan ix-xogħol għandha tqisu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha dwar il-ħtieġa li tagħmel awditi fl-Istat Membru kkonċernat

Għall-finijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għandu jservi ta' garanzija għall-Kummissjoni, u dan ix-xogħol għandha tqisu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha dwar il-ħtieġa li tagħmel awditi fl-Istat Membru kkonċernat, sakemm ma tkunx ġiet infurmata li l-Istat Membru ma jistax jistrieħ fuq dan ix-xogħol.

Emenda    128

Proposta għal Regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  jekk hemmx output li jikkorrispondi man-nefqa li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 6 u li tikkorrispondi mal-interventi msemmijin fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni;

(b)  jekk hemmx output li jikkorrispondi man-nefqa li tidħol fil-kamp ta' applikazzjoni tal-Artikolu 5(2) u tal-Artikolu 6 u li tikkorrispondi mal-interventi msemmijin fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], kif irrappurtat fir-rapport ta' approvazzjoni annwali;

Emenda    129

Proposta għal Regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  jekk il-pjanijiet ta' azzjoni msemmija fl-Artikoli 39 u 40 humiex implimentati b'mod korrett.

Emenda    130

Proposta għal Regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 3 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta' nuqqasijiet serji identifikati fis-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll tal-Istat Membru, u sabiex tkun żgurata l-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni b'mod konformi mal-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament, il-Kummissjoni tista' testendi l-verifiki tagħha biex tikkonferma t-termini li fuqhom twettqu u ġew ivverifikati l-operazzjonijiet iffinanzjati mill-fondi sabiex tkun żgurata konformità mad-dritt applikabbli tal-Unjoni għall-interventi kollha stabbiliti fir-Regolament (UE) .../... [ il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK].

Emenda    131

Proposta għal Regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni tista' tkompli twettaq il-monitoraġġ estiż sakemm jippersistu n-nuqqasijiet serji fis-sistema ta' governanza.

Emenda    132

Proposta għal Regolament

Artikolu 48 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-irregolaritajiet skont it-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, l-informazzjoni dwar każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-informazzjoni dwar il-każijiet ta' frodi ssuspettata li jkunu nnutaw u l-informazzjoni dwar il-passi li jkunu ħadu skont it-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu biex jirkupraw il-pagamenti mhux dovuti li jkunu saru b'rabta ma' dawk l-irregolaritajiet u ma' dawk il-każijiet ta' frodi.

3.  L-Istati Membri għandhom iqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-Kummissjoni l-informazzjoni dwar l-irregolaritajiet skont it-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95, l-informazzjoni dwar każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-informazzjoni dwar il-każijiet ta' frodi ssuspettata li jkunu nnutaw u l-informazzjoni dwar il-passi li jkunu ħadu skont it-Taqsima 3 ta' dan il-Kapitolu biex jirkupraw il-pagamenti mhux dovuti li jkunu saru b'rabta ma' dawk l-irregolaritajiet u ma' dawk il-każijiet ta' frodi. Il-Kummissjoni għandha tiġbor fil-qosor din l-informazzjoni u tippubblika rapporti pluriennali filwaqt li tibgħathom lill-Parlament Ewropew. 

Ġustifikazzjoni

Dan huwa konformi mal-prinċipju tat-trasparenza u jibni wkoll fuq ir-rwol ta' skrutinju tal-Parlament Ewropew, kif eżerċitat mill-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (CONT).

Emenda    133

Proposta għal Regolament

Artikolu 51 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Approvazzjoni finanzjarja annwali

Approvazzjoni annwali

Emenda    134

Proposta għal Regolament

Artikolu 51 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikopru l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqin u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta' implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikoli 52 u 53.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikopru l-kompletezza, il-preċiżjoni u l-veraċità tal-kontijiet annwali mressqin u għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta' implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikoli 52(2) u 53(2).

Emenda    135

Proposta għal Regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet prevista fil-paragrafu 1 f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tagħhom, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni qabel il-15 ta' Ottubru tas-sena wara s-sena tal-baġit inkwistjoni li jiddeterminaw l-ammonti li jridu jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni għan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u l-Artikolu 6 u li tikkorrispondi għall-interventi msemmija fit-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] fejn:

 

(a)  l-output irrappurtat fir-rapport ta' approvazzjoni annwali ma jikkorrispondix għan-nefqa msemmija fl-Artikoli 5(2) u 6; jew

 

(b)  l-ammont ta' appoġġ għal kull unità jiddevja b'aktar mill-perċentwal ta' varjazzjoni stabbilit fil-Pjan Strateġiku tal-PAK tal-Istat Membru għat-tipi ta' interventi soġġetti għall-Artikolu 89 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda    136

Proposta għal Regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

imħassar

Emenda    137

Proposta għal Regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta' implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament.

(Ara l-formulazzjoni tal-Artikolu 52(1))

Emenda    138

Proposta għal Regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jitnaqqsu abbażi tad-differenza bejn in-nefqa annwali ddikjarata għal intervent u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat skont il-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, filwaqt li tqis il-ġustifikazzjonijiet li l-Istat Membru kkonċernat ikun ipprovda. Dan it-tnaqqis għandu japplika biss għan-nefqa ddikjarata għall-intervent rilevanti li m'għandux output korrispondenti.

(Ara l-formulazzjoni tal-Artikolu 52(2))

Emenda    139

Proposta għal Regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 – subparagrafu 2c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2). Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat bl-intenzjoni tagħha u għandha tagħti lil dak l-Istat Membru l-opportunità li jippreżenta l-kummenti tiegħu f'perjodu ta' mill-anqas 30 jum, qabel ma jippreżenta l-abbozz ta' att ta' implimentazzjoni f'konformità mal-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) Nru 182/2011.

Emenda    140

Proposta għal Regolament

Artikolu 51 – paragrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar:

 

(a)  l-approvazzjoni prevista fil-paragrafi 1 u 2 f'dak li għandu x'jaqsam mal-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 1 u fil-paragrafu 2 u l-implimentazzjoni tagħhom, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri u l-iskadenzi li jridu jitħarsu;

 

(b)  il-kriterji għall-ġustifikazzjonijiet mill-Istat Membru kkonċernat u l-metodoloġija u l-kriterji biex jiġi applikat it-tnaqqis imsemmi fil-paragrafu 2.

(Ara l-formulazzjoni tal-Artikoli 51(2) u 52(4))

Emenda    141

Proposta għal Regolament

Artikolu 52

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 52

imħassar

Approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni

 

1.  Meta ma jkunx hemm output li jikkorrispondi man-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 u li tikkorrispondi mal-interventi msemmijin fit-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], kif irrappurtat fir-rapport annwali dwar il-prestazzjoni, qabel il-15 ta' Ottubru tas-sena ta' wara s-sena baġitarja kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu l-ammonti li jridu jitnaqqsu mill-finanzjament tal-Unjoni Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-kontenut tal-atti ta' implimentazzjoni adottati sussegwentement skont l-Artikolu 53 ta' dan ir-Regolament.

 

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

 

2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jitnaqqsu abbażi tad-differenza bejn in-nefqa annwali ddikjarata għal intervent u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat skont il-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, filwaqt li tqis il-ġustifikazzjonijiet li l-Istat Membru jkun ipprovda.

 

3.  Qabel ma tadotta l-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni għandha tagħti ċ-ċans lill-Istat Membru jibgħat il-kummenti tiegħu u jiġġustifika kull differenza li jkun hemm.

 

4.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar il-kriterji għall-ġustifikazzjonijiet tal-Istat Membru kkonċernat u dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġi applikat it-tnaqqis.

 

5.  

 

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tiegħu, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, il-proċedura u l-iskadenzi li jridu jitħarsu.

 

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

 

(L-istess formulazzjoni tal-Artikolu 52 titmexxa għall-Artikolu 51)

Emenda    142

Proposta għal Regolament

Artikolu 53 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jiġu esklużi abbażi tal-gravità tan-nuqqasijiet li jkunu nstabu.

2.  Il-Kummissjoni għandha tivvaluta l-ammonti li jridu jiġu esklużi abbażi tal-gravità tan-nuqqas ta' konformità reġistrat. Hija għandha tqis kif xieraq in-natura tal-ksur u tal-ħsara finanzjarja li l-Unjoni ġġarrab. Għandha tibbaża l-esklużjoni fuq l-ammonti identifikati bħala li jkunu ntefqu bla bżonn. Fejn ma jkunx raġonevolment possibbli li jiġi kkalkulat l-ammont eżatt, il-korrezzjonijiet b'rata fissa għandhom jintużaw b'mod proporzjonat.

Emenda    143

Proposta għal Regolament

Artikolu 53 – paragrafu 6

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji.

6.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar il-kriterji u l-metodoloġija biex jiġu applikati l-korrezzjonijiet finanzjarji.inklużi l-korrezzjonijiet b'rata fissa msemmija fil-paragrafu 2.

Emenda    144

Proposta għal Regolament

Artikolu 53 – paragrafu 7 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tiegħu, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-iskadenzi li jridu jitħarsu u l-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fil-paragrafu 3, fosthom it-twaqqif tal-korp ta' konċiljazzjoni u l-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti ta' ħidma tiegħu.

Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati f'konformità mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-miżuri li jridu jittieħdu b'rabta mal-adozzjoni tal-att ta' implimentazzjoni msemmi fil-paragrafu 1 u mal-implimentazzjoni tiegħu, fosthom l-iskambju tal-informazzjoni bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri, l-iskadenzi li jridu jitħarsu u l-proċedura ta' konċiljazzjoni prevista fil-paragrafu 3, fosthom it-twaqqif tal-korp ta' konċiljazzjoni u l-kompiti, il-kompożizzjoni u l-arranġamenti ta' ħidma tiegħu.

Emenda    145

Proposta għal Regolament

Artikolu 53 – paragrafu 7 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

imħassar

Emenda    146

Proposta għal Regolament

Artikolu 53 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 53a

 

Irkupri għal nuqqas ta' konformità

 

1.  L-Istati Membri għandhom jitolbu rkupru mill-benefiċjarju għal kwalunkwe pagament mhux dovut wara l-okkorrenza ta' irregolaritajiet u każijiet oħra ta' nuqqas ta' konformità minn benefiċjarji bil-kundizzjonijiet tal-interventi msemmija fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u jressqu proċediment legali għal dak il-għan fejn meħtieġ.

 

2.  Jekk is-somma ma tkunx ġiet irkuprata fi żmien erba' snin mid-data tat-talba għal irkupru, jew fi żmien tmien snin jekk l-irkupru jiġi indirizzat mill-qrati nazzjonali, 50 % tal-ispiża finanzjarja tan-nuqqas ta' rkupru għandhom jiġġarrbu mill-Istat Membru kkonċernat u 50 % mill-Unjoni, mingħajr preġudizzju għar-rekwiżit li l-Istat Membru kkonċernat għandu jsegwi proċeduri ta' rkupru f'konformità mal-Artikolu 57.

 

3.  Għal raġunijiet debitament ġustifikati, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma jsegwux l-irkupru. Deċiżjoni għal dak il-għan tista' tittieħed biss fil-każijiet li ġejjin:

 

(a)   jekk l-ispejjeż ta' rkupru diġà mġarrba u l-ispejjeż li x'aktarx ikunu magħmula jlaħħqu aktar mill-ammont li jkollu jiġi rkuprat, liema kundizzjoni għandha titqies li ġiet issodisfata jekk:

 

(i)  l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal intervent, mingħajr l-imgħax, ma jaqbiżx il-EUR 100; jew

 

(ii)  l-ammont li għandu jiġi rkuprat mingħand il-benefiċjarju fil-kuntest ta' pagament individwali għal intervent, mingħajr l-imgħax, ikun ta' bejn EUR 100  u EUR 250 u l-Istat Membru kkonċernat japplika livell limitu daqs jew ogħla mill-ammont li għandu jiġi rkuprat skont il-liġi nazzjonali tiegħu biex ma jiġux imfittxija djun nazzjonali;

 

(b)  fejn jiġi ppruvat li l-irkupru huwa impossibbli minħabba l-insolvenza, irreġistrata u rikonoxxuta skont il-liġi nazzjonali, tad-debitur jew tal-persuni legalment responsabbli għall-irregolarità.

Emenda    147

Proposta għal Regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-somom li l-Istati Membri jirkupraw wara li jkun hemm irregolaritajiet jew wara li l-benefiċjarji jonqsu milli jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-interventi msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-imgħax fuqhom għandhom jingħaddew lill-aġenzija tal-pagamenti li trid iddaħħalhom fil-kontijiet bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih tirċevihom fir-realtà.

Is-somom li l-Istati Membri jirkupraw wara li jkun hemm irregolaritajiet jew wara li l-benefiċjarji jonqsu milli jikkonformaw mal-kundizzjonijiet tal-interventi msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u l-imgħax fuqhom li għandu jiġi kkalkolat mill-jum ta' wara d-data li fiha kien dovut il-pagament, għandhom jingħaddew lill-aġenzija tal-pagamenti li trid iddaħħalhom fil-kontijiet bħala dħul assenjat lill-FAEG fix-xahar li fih tirċevihom fir-realtà.

Emenda    148

Proposta għal Regolament

Artikolu 54 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri jistgħu, mingħajr preġudizzju għall-ewwel paragrafu, jagħtu struzzjonijiet lill-aġenzija tal-pagamenti, bħala l-korp responsabbli għall-irkupru tad-dejn, biex tnaqqas kwalunkwe dejn pendenti dovut minn benefiċjarju minn pagamenti futuri lil dak il-benefiċjarju.

Emenda    149

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jiġu nnutati irregolaritajiet u każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità tal-benefiċjarji mal-kundizzjonijiet tal-interventi għall-iżvilupp rurali msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji billi jikkanċellaw, b'mod parzjali jew għalkollox, il-finanzjament tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura tan-nuqqasijiet ta' konformità li jkunu nstabu u l-gravità tagħhom, kif ukoll il-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.

Meta jiġu nnotati irregolaritajiet u każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità tal-benefiċjarji mal-kundizzjonijiet tal-interventi għall-iżvilupp rurali msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji billi jikkanċellaw b'mod parzjali jew, f'ċirkostanzi eċċezzjonali, jikkanċellaw għalkollox, il-finanzjament tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura tan-nuqqasijiet ta' konformità li jkunu nstabu u l-gravità tagħhom, kif ukoll il-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.

Emenda    150

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għal interventi oħrajn għall-iżvilupp rurali fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-Fondi tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew li jkunu ġew irkuprati biss għal ħidma tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u dejjem jekk dawn il-fondi ma jiġux riallokati għal ħidmiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.

L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, li għandu jiġi kkalkolat mid-data ta' wara l-jum li fih kien dovut il-pagament, għandhom jiġu riallokati għal interventi oħrajn għall-iżvilupp rurali fl-istess Pjan Strateġiku tal-PAK.

(L-aħħar parti tal-paragrafu 1 tmexxiet għal paragrafu 2a ġdid)

Emenda    151

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom inaqqsu kwalunkwe somma mħallsa bla bżonn bħala riżultat ta' irregolarità pendenti minn benefiċjarju, skont it-termini stabbiliti f'dan l-Artikolu, minn kwalunkwe pagament futur lill-benefiċjarju mill-aġenzija tal-pagamenti.

Emenda    152

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-fondi kollha tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew li jkunu ġew irkuprati biss għal ħidma tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u dejjem jekk dawn il-fondi ma jiġux riallokati għal ħidmiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.

(Ara l-formulazzjoni tat-tieni parti tal-paragrafu 1, l-Artikolu 55)

Emenda    153

Proposta għal Regolament

Artikolu 57 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effiċjenti ta' ġestjoni u ta' kontroll sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-interventi tal-Unjoni.

2.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistemi effiċjenti ta' ġestjoni u ta' kontroll sabiex jiżguraw li jkun hemm konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni li tirregola l-interventi tal-Unjoni. Is-sistemi ta' kontroll għandhom jiġu deskritti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK skont l-Artikolu 101 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Dawn is-sistemi ta' ġestjoni u ta' kontroll jistgħu jinkludu l-mekkaniżmi tat-twissija bikrija.

Emenda    154

Proposta għal Regolament

Artikolu 57 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta' penali stabbiliti fil-forma ta' tnaqqis fl-ammont ta' għajnuna jew appoġġ imħallas, l-ammont tal-penali m'għandux jaqbeż il-100 % tal-ammont tal-applikazzjoni għall-għajnuna, it-talba għall-pagament jew tal-ammont eliġibbli li għalih tiġi applikata l-penali.

Emenda    155

Proposta għal Regolament

Artikolu 57 – paragrafu 3 – subparagrafu 1b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta' penali fil-forma ta' ammont ikkalkolat abbażi tal-kwantità, il-perjodu kkonċernat min-nuqqas ta' konformità, dan l-ammont m'għandux jaqbeż ammont ekwivalenti għall-perċentwal imsemmi fit-tieni subparagrafu

Emenda    156

Proposta għal Regolament

Artikolu 57 – paragrafu 3 – subparagrafu 1c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta' penali fil-forma ta' sospensjoni, l-irtirar ta' approvazzjoni, rikonoxximent jew awtorizzazzjoni, jew fil-każ tal-esklużjoni mid-dritt ta' parteċipazzjoni f'intervent jew mid-dritt li jittieħed benefiċċju minnu, il-perjodu korrispondenti massimu għandu jdum tliet snin konsekuttivi u jista' jiġġedded fil-każ ta' kwalunkwe nuqqas ta' konformità ġdid.

Emenda    157

Proposta għal Regolament

Artikolu 57 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  fejn in-nuqqas ta' konformità jkun minħabba żbalji ovvji mill-benefiċjarju fir-rigward tal-applikazzjoni għall-għajnuna jew it-talba għal pagament, li huma rikonoxxuti mill-aġenzija tal-pagamenti u soġġetti għal korrezzjoni u aġġustament qabel ma jiġu kkomunikati lill-benefiċjarju;

Emenda    158

Proposta għal Regolament

Artikolu 57 – paragrafu 3 – subparagrafu 2 – punt cb (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(cb)  fejn in-nuqqas ta' konformità jkun ta' severità, estent jew tul ta' żmien minuri.

Emenda    159

Proposta għal Regolament

Artikolu 57a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 57a

 

Korrezzjoni ta' żbalji

 

1.  L-Istati Membri jistgħu jfittxu li fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom jinkludu dispożizzjonijiet li jipprovdu lill-benefiċjarji d-dritt li jimmodifikaw jew jagħmlu konformi dikjarazzjoni amministrattiva jew talba għal għajnuna jew appoġġ li jkunu għamlu qabel, mingħajr tnaqqis jew penali imposti, f'każ li:

 

(a)  il-benefiċjarju wettaq żball klerikali meta rrapporta s-sitwazzjoni tiegħu;

 

(b)  il-benefiċjarju ma fehemx il-kriterji tal-eliġibbiltà, l-impenji jew l-obbligi l-oħra rigward l-allokazzjoni ta' għajnuna jew appoġġ fir-rigward tas-sitwazzjoni tagħhom.

 

Dan id-dritt ta' modifika jew konformità għandu japplika kull meta l-iżball jew l-ommissjoni ssir in bona fede u ma jitqiesx li huwa tentattiv ta' frodi.

 

L-awtoritajiet nazzjonali rilevanti għandhom ikunu responsabbli sabiex jiddeterminaw il-"bona fede" ta' benefiċjarju.

Ġustifikazzjoni

Emenda biex jiġi stabbilit dritt għal regolarizzazzjoni f'każ ta' żball materjali jew wieħed li jirriżulta min-nuqqas ta' fehim tar-regoli.

Emenda    160

Proposta għal Regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-livell ta' verifiki meħtieġ biex ikun hemm ġestjoni effettiva tar-riskji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-livell ta' verifiki meħtieġ biex ikun hemm ġestjoni effettiva tar-riskji li jista' jkun aktar baxx mil-livell inizjali ladarba s-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ ikunu qed jiffunzjonaw sew u r-rati tal-iżbalji jkunu ġew stabbiliti f'livell aċċettabbli. L-awtorità rilevanti għandha tfassal il-kampjun ta' verifika tagħha mill-popolazzjoni sħiħa ta' applikanti li tinkludi, fejn xieraq, parti aleatorja sabiex tinkiseb rata ta' żball rappreżentattiva u parti bbażata fuq ir-riskju, li għandu jkollu fil-mira tiegħu ż-żoni fejn ir-riskju għall-interess finanzjarju tal-Unjoni jkun l-ogħla.

Emenda    161

Proposta għal Regolament

Artikolu 58 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt e

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(e)  regoli oħrajn dwar il-verifiki li l-Istati Membri jridu jwettqu b'rabta mal-miżuri stabbiliti fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 rispettivament.

imħassar

Emenda    162

Proposta għal Regolament

Artikolu 62 – paragrafu 3 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-iżgurar ta' trattament mhux diskriminatorju, ta' trattament ugwali u tal-ħarsien tal-proporzjonalità meta tiġi ddepożitata garanzija;

(a)  jiġi żgurat trattament mhux diskriminatorju, ta' trattament ugwali u tal-ħarsien tal-proporzjonalità meta tiġi ddepożitata garanzija;

Emenda    163

Proposta għal Regolament

Artikolu 63 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali" tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33 jew is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/200434;

(c)  "sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali" tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33 jew is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/200434 jew fejn applikabbli, is-sistema għall-identifikazzjoni jew ir-reġistrazzjoni tal-ħnieżer stabbilita mid-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE34a u bażijiet ta' data oħra stabbiliti mill-Istati Membri għall-annimali;

__________________

__________________

33 Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

33 Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

34 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

34 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

 

34a Id-Direttiva tal-Kunsill 2008/71/KE tal-15 ta' Lulju 2008 dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer (ĠU L 213, 8.8.2003, p. 31).

Emenda    164

Proposta għal Regolament

Artikolu 63 – paragrafu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "sistema mingħajr talbiet" tfisser sistema għall-applikazzjonijiet għall-interventi bbażati fuq l-erja jew għall-interventi bbażati fuq l-annimali li fiha d-data neċessarja li l-amministrazzjoni għandha bżonn tal-inqas fuq l-erjas jew fuq l-annimali individwali li għalihom qed tintalab l-għajnuna tinsab fid-databases kompjuterizzati uffiċjali li l-Istat Membru jamministra.

(f)  "sistema mingħajr talbiet" tfisser sistema għall-applikazzjonijiet mimlija minn qabel jew tip ta' sistema għall-applikazzjoni oħra għall-interventi bbażati fuq l-erja jew għall-interventi bbażati fuq l-annimali li fiha d-data neċessarja li l-amministrazzjoni għandha bżonn tal-inqas fuq l-erjas jew fuq l-annimali individwali li għalihom qed tintalab l-għajnuna tinsab fid-databases kompjuterizzati uffiċjali li l-Istat Membru jamministra.

Emenda    165

Proposta għal Regolament

Artikolu 64 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  sistema ta' monitoraġġ tal-erja;

(c)  sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja;

Emenda    166

Proposta għal Regolament

Artikolu 64 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Is-sistema integrata għandha titħaddem abbażi ta' databases elettroniċi u ta' sistemi ta' informazzjoni ġeografika u għandha tippermetti li tiġi skambjata d-data bejn id-databases elettroniċi u s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika u li tiġi integrata d-data ta' ġo fihom.

2.  Is-sistema integrata għandha titħaddem abbażi ta' databases elettroniċi u ta' sistemi ta' informazzjoni ġeografika u għandha tippermetti li tiġi skambjata d-data bejn id-databases elettroniċi u s-sistemi ta' informazzjoni ġeografika (GIS) u li tiġi integrata d-data ta' ġo fihom. Għal dan il-għan, il-GIS għandha tippermetti l-istratifikazzjoni tad-data ġeospazjali dwar rqajja' ta' art agrikoli, katastali jew ta' referenza għal dawk li jiddelimitaw żoni protetti u erji denominati li ġew stabbiliti f'konformità mal-leġiżlazzjoni tal-Unjoni elenkata fl-Anness XI għar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], bħal żoni tan-Natura 2000 jew żoni vulnerabbli għan-nitrati, kif ukoll il-karatteristiċi tal-pajsaġġ u infrastrutturi ekoloġiċi (siġar, sisien tal-ħaxix, għadajjar, bċejjeċ art ta' lqugħ, marġnijiet riparji, eċċ.).

Emenda    167

Proposta għal Regolament

Artikolu 64 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw is-sistema integrata, il-Kummissjoni tista' titlob l-għajnuna ta' korpi jew ta' persuni speċjalizzati biex tiffaċilita l-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tħaddim tas-sistema integrata u b'mod partikolari biex tagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

3.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw is-sistema integrata, il-Kummissjoni għandha titlob l-għajnuna ta' korpi jew ta' persuni speċjalizzati biex tiffaċilita l-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tħaddim tas-sistema integrata u b'mod partikolari biex tagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda    168

Proposta għal Regolament

Artikolu 65 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data u d-dokumentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu li jkollhom x'jaqsmu mas-sena kalendarja jew mas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni attwali u mal-għaxar snin kalendarji jew snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel għandhom ikunu aċċessibbli permezz tad-databases diġitali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Id-data u d-dokumentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu li jkollhom x'jaqsmu mas-sena kalendarja jew mas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kurrenti u mal-għaxar snin kalendarji jew snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel għandhom ikunu aċċessibbli permezz tad-databases diġitali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. L-informazzjoni rilevanti mid-databases tista' tingħata wkoll f'forma ta' sommarji.

Ġustifikazzjoni

Hemm tħassib relatat mal-ispejjeż għaż-żamma kollha tad-data meħtieġa. L-aċċessibbiltà pprovduta għal perjodu ta' żmien ta' għaxar snin, tista' tqum ħafna flus biex tiġi implimentata. Informazzjoni simili u rilevanti tista' tingħata f'forma ħafna orħos ta' sommarji.

Emenda    169

Proposta għal Regolament

Artikolu 65 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li benefiċjarji u l-benefiċjarji potenzjali jkollhom aċċess għad-data kollha ta' referenzi u attributi rigward l-art li jużaw jew li għandhom il-ħsieb jużaw, sabiex ikunilhom possibbli jippreżentaw applikazzjonijiet preċiżi.

Emenda    170

Proposta għal Regolament

Artikolu 67 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Fil-każ tal-għajnuna għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmijin fl-Artikolu 63(2) li jiġu implimentati skont il-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li titressaq applikazzjoni billi tintuża l-applikazzjoni ġeospazjali li l-awtorità kompetenti tipprovdi biex jitressqu l-applikazzjonijiet.

1.  Fil-każ tal-għajnuna għall-interventi bbażati fuq l-erja msemmijin fl-Artikolu 63(2) li jiġu implimentati skont il-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jeżiġu li titressaq applikazzjoni billi tintuża l-formola li l-awtorità kompetenti tipprovdi biex jitressqu fl-applikazzjoni ġeospazjali tagħhom.

Emenda    171

Proposta għal Regolament

Artikolu 67 – paragrafu 4 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Jekk Stat Membru jiddeċiedi li juża sistema mingħajr talbiet, huwa għandu jippermetti lill-amministrazzjoni tagħmel il-pagamenti eliġibbli lill-benefiċjarji abbażi tad-dettalji eżistenti fil-bażijiet ta' data kompjuterizzati uffiċjali, fejn ma kien hemm ebda bidla, issupplimentati b'informazzjoni addizzjonali, fejn meħtieġ biex tiġi koperta bidla. Dawn id-dettalji u kwalunkwe informazzjoni addizzjonali bħal din għandhom jiġu kkonfermati mill-benefiċjarju.

Emenda    172

Proposta għal Regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta' monitoraġġ tal-erja.

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja. Għal raġunijiet debitament ġustifikati, il-Kummissjoni tista' tagħti perjodu tranżitorju għall-istabbiliment tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja lill-Istati Membri li reċentement ma jkunux użaw din is-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja.

Emenda    173

Proposta għal Regolament

Artikolu 68 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja skont il-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.

Ta' kull sena, l-Istati Membri għandhom jivvalutaw il-kwalità tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja skont il-metodoloġija stabbilita fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    174

Proposta għal Regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll u penali għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 63.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll u penali għall-għajnuna msemmija fl-Artikolu 63. L-Istati Membri, permezz tal-aġenziji tal-pagamenti jew tal-korpi delegati minnhom, għandhom jagħmlu verifiki amministrattivi dwar l-applikazzjoni għal għajnuna biex jivverifikaw il-kondizzjonijiet ta' eliġibbiltà għall-għajnuna. Dawk il-verifiki għandhom ikunu ssupplimentati b'verifiki fuq il-post.

Emenda    175

Proposta għal Regolament

Artikolu 70 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Għal kull wieħed mill-interventi msemmija fl-Artikolu 63(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki fuq il-post imwettqa kull sena jkopri tal-anqas 5 % tal-benefiċjarji kollha. Dan il-perċentwal għandu jiżdied b'mod xieraq fejn jiġi identifikat kwalunkwe nuqqas ta' konformità sinifikanti fil-kuntest ta' intervent jew miżura partikolari. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu dan il-perċentwal fejn ir-rati tal-iżbalji jibqgħu f'livell aċċettabbli.

Emenda    176

Proposta għal Regolament

Artikolu 70 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Artikolu 57(1) sa (5) għandu japplika mutatis mutandis.

imħassar

Emenda    177

Proposta għal Regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt a – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-forma u l-kontenut tal-affarijiet li ġejjin u l-arranġamenti biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:

(a)  il-forma u l-arranġamenti tal-affarijiet li ġejjin biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:

Emenda    178

Proposta għal Regolament

Artikolu 73 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  il-karatteristiċi bażiċi tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja msemmijin fl-Artikoli 67 u 68, u r-regoli dwar dawn is-sistemi.

(b)  Il-Kummissjoni hija mogħtija s-setgħa li tadotta atti delegati, f'konformità mal-Artikolu 100, li jissupplimentaw dan ir-Regolament billi jistabbilixxu r-regoli dwar il-kontenut tal-affarijiet li ġejjin biex dawn jintbagħtu lill-Kummissjoni jew biex jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tagħha:

 

(i)  ir-rapporti ta' valutazzjoni dwar il-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja;

 

(ii)  l-azzjonijiet ta' rimedju li l-Istati Membri jridu jimplimentaw kif imsemmi fl-Artikoli 66, 67 u 68;

 

(iii)  il-karatteristiċi bażiċi tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ u ta' kontroll tal-erja msemmijin fl-Artikoli 67 u 68, u r-regoli dwar dawn is-sistemi.

Emenda    179

Proposta għal Regolament

Artikolu 73 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

imħassar

Emenda    180

Proposta għal Regolament

Artikolu 78 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom ikun sar jew ikun wasal il-pagament tal-ammont ikkonċernat f'dak l-Istat Membru jew li għalihom kellu jsir jew kellu jasal dan il-pagament.

2.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom ikun sar jew ikun wasal il-pagament tal-ammont ikkonċernat f'dak l-Istat Membru jew li għalihom kellu jsir jew kellu jasal dan il-pagament. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistieden esperti minn pajjiżi terzi, inkluż minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, sabiex tikseb valutazzjoni tal-impatt estern tal-implimentazzjoni tal-PAK fil-livell tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Fi spirtu ta' kooperazzjoni soda u effiċjenti ma' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ id-djalogu tagħha mal-pajjiżi sħab dwar kwalunkwe aspett li għandu impatt fuq il-proċess ta' żvilupp tagħhom. L-inputs mis-sħab tal-Unjoni għandu jkollhom l-għan li jidentifikaw u jirrimedjaw l-inkoerenzi tal-politiki tal-UE, speċjalment bejn l-aspetti esterni tal-politiki interni u tal-politiki esterni minnhom infushom.

Emenda    181

Proposta għal Regolament

Artikolu 79

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 79

imħassar

Programmazzjoni

 

1.  L-Istati Membri għandhom ifasslu programmi biex, matul il-perjodu ta' skrutinju li jkun imiss, jitwettaq l-iskrutinju skont l-Artikolu 75.

 

2.  Ta' kull sena, qabel il-15 ta' April, l-Istati Membri għandhom jibagħtu l-programm tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 lill-Kummissjoni u għandhom jispeċifikaw:

 

(a)  l-għadd ta' impriżi li jkun se jsirilhom skrutinju u kif inhuma mqassmin skont is-settur abbażi tal-ammonti marbutin magħhom;

 

(b)  il-kriterji li jkunu adottaw biex ifasslu l-programm tagħhom.

 

3.  L-Istati Membri għandhom jimplimentaw il-programmi li jkunu stabbilixxew u li jkunu bagħtu lill-Kummissjoni, jekk, fi żmien tmien ġimgħat, il-Kummissjoni ma tkunx għarrfithom bil-kummenti tagħha dwarhom.

 

4.  Il-paragrafu 3 għandu japplika mutatis mutandis għall-emendi li l-Istati Membri jagħmlu fil-programmi tagħhom.

 

5.  Il-Kummissjoni tista' titlob li tiddaħħal kategorija partikolari ta' impriżi fil-programm ta' Stat Membru fi kwalunkwe stadju.

 

6.  L-impriżi li kellhom irċevuti jew pagamenti li, b'kollox, kienu jammontaw għal inqas minn EUR 40 000 għandu jsirilhom skrutinju skont dan il-Kapitolu għal raġunijiet speċifiċi biss li l-Istati Membri għandhom jagħtu fil-programm annwali tagħhom imsemmi fil-paragrafu 1 jew li l-Kummissjoni għandha tagħti f'kull emenda li tipproponi għal dak il-programm.

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 101 li jemendaw il-limitu stabbilit fl-ewwel subparagrafu.

 

Emenda    182

Proposta għal Regolament

Titolu 4 – Kapitolu 4 – titolu

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistema ta' kontroll u l-penali b'rabta mal-kundizzjonalità

Is-sistema ta' kontroll u l-penali b'rabta mal-kundizzjonalità għall-iżvilupp sostenibbli

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' natura lingwistika biex "kundizzjonalità" tingħata l-isem ġdid ta' "kundizzjonalità għall-iżvilupp sostenibbli" fid-dawl tal-integrazzjoni ta' miżuri ekoloġiċi fi ħdan il-PAK (qabel intużat ekoloġizzazzjoni) fl-elementi obbligatorji marbuta mal-kundizzjonalità.

Emenda    183

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' kontroll biex jiżguraw li l-benefiċjarji tal-għajnuna msemmija fl-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u fil-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013 rispettivament iħarsu l-obbligi msemmijin fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

L-Istati Membri għandu jkollhom sistema ta' kontroll biex jiżguraw li dawn il-benefiċjarji jkunu konformi mal-obbligi msemmijin fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

 

(a)  il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti diretti skont il-Kapitolu II tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

 

(b)  il-benefiċjarji li jirċievu pagamenti annwali b'mod konformi mal-Artikoli 65, 66 u 67 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

 

(c)  il-benefiċjarji li jirċievu appoġġ b'mod konformi mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 228/2013 u mal-Kapitolu IV tar-Regolament (UE) Nru 229/2013;

 

 

Emenda    184

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 2 – punt ba (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ba)  "l-okkorrenza mill-ġdid ta' nuqqas ta' konformità" tfisser in-nuqqas ta' konformità mal-istess rekwiżit jew standard iddeterminat aktar minn darba, sakemm il-benefiċjarju jkun ġie infurmat dwar nuqqas ta' konformità preċedenti, u, kif jista' jkun il-każ, kellu l-possibbiltà li jieħu l-miżuri meħtieġa biex jirrimedja dak in-nuqqas ta' konformità preċedenti.

Emenda    185

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fis-sistemi ta' kontroll tagħhom imsemmijin fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:

3.  Sabiex jikkonformaw mal-obbligi ta' kontroll tagħhom stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri:

Emenda    186

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  jistgħu jużaw it-telerilevament jew is-sistema ta' monitoraġġ tal-erja biex iwettqu l-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a), fejn dan ikun xieraq;

(c)  jistgħu jużaw it-telerilevament jew is-sistema ta' monitoraġġ u kontroll tal-erja biex iwettqu l-verifiki fuq il-post imsemmijin fil-punt (a), fejn dan ikun xieraq u fattibbli; u

Emenda    187

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt ca (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca)  għandhom jistabbilixxu sistema ta' twissija bikrija;

Emenda    188

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  għandhom jistabbilixxu l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki msemmijin fil-punt (a) li għandhom jitwettqu ta' kull sena abbażi ta' analiżi tar-riskju u li għandu jkun fih komponent aleatorju u għandhom jiżguraw li dan il-kampjun ta' kontroll ikun ikopri tal-inqas 1 % mill-benefiċjarji li jirċievu l-għajnuna prevista fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

imħassar

Emenda    189

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3 a.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki msemmija fil-punt (a) tal-paragrafu 3 ta' dan l-Artikolu li għandhom jitwettqu ta' kull sena abbażi ta' analiżi tar-riskju, li għalih jistgħu japplikaw fatturi ta' ppeżar, u komponent aleatorju, u għandhom jiżguraw li l-kampjun ta' kontroll ikopri tal-inqas 1 % tal-benefiċjarji li jirċievu l-għajnuna skont it-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda    190

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3b (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3b.  Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati b'mod konformi mal-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar verifiki simplifikati għall-bdiewa li jipparteċipaw fl-iskemi msemmija fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) .../... [Ir-Regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK].

Emenda    191

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3c (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

3c.  Il-Kummissjoni għandha tadotta, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, regoli dwar it-twettiq ta' verifiki msemmija f'dan l-Artikolu, inklużi regoli li jiżguraw li l-analiżi tar-riskju tqis il-fatturi li ġejjin:

 

(a)  il-parteċipazzjoni tal-bdiewa fis-sistema tas-servizzi konsultattivi tal-azjenda agrikola prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

 

(b)  il-parteċipazzjoni tal-bdiewa f'sistema ta' ċertifikazzjoni kif prevista fl-Artikolu 12(3a) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] ladarba r-Regolament ikopri r-rekwiżiti u l-istandards ikkonċernati.

 

Dawn l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati b'mod konformi mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Emenda    192

Proposta għal Regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt a – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

għandhom jinkludu regoli dwar l-applikazzjoni tal-penali amministrattivi f'każijiet meta jkun hemm trasferiment tal-art matul is-sena kalendarja jew is-snin kalendarji kkonċernati. Dawn ir-regoli għandhom jissejsu fuq allokazzjoni ġusta u ekwa tar-responsabbiltà għan-nuqqasijiet ta' konformità fost iċ-ċedenti u ċ-ċessjonarji.

għandhom jinkludu regoli dwar l-applikazzjoni tal-penali amministrattivi f'każijiet meta jkun hemm trasferiment tal-art agrikola, azjenda agrikola jew partijiet minnhom matul is-sena kalendarja jew is-snin kalendarji kkonċernati. Dawn ir-regoli għandhom jissejsu fuq allokazzjoni ġusta u ekwa tar-responsabbiltà għan-nuqqasijiet ta' konformità fost iċ-ċedenti u ċ-ċessjonarji.

Emenda    193

Proposta għal Regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri.

(c)  għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva fil-każijiet li ġejjin:

 

(i)  meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri;

 

(ii)  meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba ordni minn awtorità pubblika;

 

(iii)  meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba żball tal-awtorità kompetenti jew ta' awtorità oħra u meta l-benefiċjarji milqut mill-penali amministrattiva ma setgħax jinduna b'dan l-iżball b'mod raġonevoli;

 

(iv)  meta n-nuqqas ta' konformità jkun minħabba negliġenza sempliċi.

Emenda    194

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-penali amministrattivi previsti fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] għandhom jiġu applikati billi jitnaqqas l-ammont totali tal-pagamenti mniżżlin f'dik it-Taqsima ta' dak ir-Regolament li jkunu ngħataw jew li jkunu se jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li huwa jkun bagħat matul is-sena kalendarja tas-sejba jew li huwa jkun se jibgħat matul dik is-sena, jew billi jiġi eskluż dak l-ammont.

Il-penali amministrattivi għandhom jiġu applikati billi jitnaqqas l-ammont totali tal-pagamenti mniżżlin fl-Artikolu 84(1) li jkunu ngħataw jew li jkunu se jingħataw lill-benefiċjarju kkonċernat għall-applikazzjonijiet għall-għajnuna li huwa jkun bagħat matul is-sena kalendarja tas-sejba jew li huwa jkun se jibgħat matul dik is-sena, jew billi jiġi eskluż dak l-ammont.

Emenda    195

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex jiġu kkalkulati dak it-tnaqqis u dawk l-esklużjonijiet, għandhom jitqiesu l-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien, l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab. Il-penali li jiġu imposti għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati u jkunu jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Biex jiġu kkalkulati dak it-tnaqqis u dawk l-esklużjonijiet, għandhom jitqiesu n-natura, il-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien, l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab. Il-penali li jiġu imposti għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati u jkunu jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    196

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jseħħ minħabba negliġenza, bħala regola ġenerali, it-tnaqqis għandu jkun ta' 3 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jseħħ minħabba negliġenza, bħala regola ġenerali, it-tnaqqis għandu jkun ta' 3 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu. It-tnaqqis għandu jiġi ddeterminat abbażi tal-valutazzjoni tan-natura u l-gravità tan-nuqqas ta' konformità, abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

Emenda    197

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta' twissija bikrija li tkun tapplika għall-każijiet individwali ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba u li, minħabba li ma jkunux gravi, li jkollhom estent limitat u li jseħħu għal tul ta' żmien limitat, ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis jew għal esklużjoni. Meta, waqt verifika sussegwenti li ssir fi żmien tliet snin kalendarji konsekuttivi, jiġi stabbilit li ma tranġatx is-sitwazzjoni b'rabta man-nuqqas ta' konformità, għandu jiġi applikat b'mod retroattiv it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jużaw is-sistema ta' twissija bikrija msemmija fl-Artikolu 84(3) li tkun tapplika għall-każijiet individwali ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba u li, minħabba li ma jkunux gravi, li jkollhom estent limitat u li jseħħu għal tul ta' żmien limitat, ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis jew għal esklużjoni. L-awtorità rilevanti għandha tinnotifika lill-benefiċjarju dwar l-obbligu li jieħu azzjoni ta' rimedju u tipproponi miżuri korrettivi li jridu jittieħdu biex jiġi rimedjat in-nuqqas ta' konformità. Meta, waqt verifika sussegwenti li ssir fi żmien tliet snin kalendarji konsekuttivi, jiġi stabbilit li ma tranġatx is-sitwazzjoni b'rabta man-nuqqas ta' konformità, għandu jiġi applikat b'mod retroattiv it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu.

Emenda    198

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2 – subparagrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jipprovdu taħriġ obbligatorju għall-benefiċjarji li jkunu rċevew twissija bikrija fil-kuntest tas-sistema ta' konsulenza għall-azjendi agrikoli prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

L-Istati Membri għandhom jipprovdu taħriġ speċifiku dwar il-kundizzjonalità għall-benefiċjarji li jkunu rċevew twissija bikrija fil-kuntest tas-sistema ta' konsulenza għall-azjendi agrikoli prevista fit-Taqsima 3 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], li l-attendenza għalih tista' tkun obbligatorja.

Emenda    199

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Fil-każ ta' okkorrenza mill-ġdid, il-perċentwal ta' tnaqqis għandu jkun ogħla minn dak li għandu jiġi applikat fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jseħħ minħabba negliġenza u li għalih tkun qed tiġi imposta penali għall-ewwel darba.

3.  Fil-każ ta' okkorrenza mill-ġdid ta' nuqqas ta' konformità, il-perċentwal ta' tnaqqis għandu jkun, bħala regola ġenerali, ta' 10 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1.

Emenda    200

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 3 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Fil-każ ta' okkorrenzi mill-ġdid sussegwenti, u jekk ma tiġi pprovduta l-ebda raġuni ġġustifikata, il-benefiċjarju għandu jiġi kkunsidrat li aġixxa b'mod intenzjonali fis-sens tal-paragrafu 4.

Emenda    201

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità intenzjonali, il-perċentwal għandu jkun ogħla minn dak li jiġi applikat fil-każ ta' okkorrenza mill-ġdid skont il-paragrafu 3 u jista' jwassal saħansitra għall-esklużjoni totali mill-pagamenti u jista' japplika għal sena kalendarja waħda jew iktar.

4.  Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità intenzjonali, it-tnaqqis fil-perċentwal għandu jkun tal-anqas 15 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmija fil-paragrafu 1 u jista' jammonta għat-totali mill-pagamenti u jista' japplika għal sena kalendarja waħda jew iktar.

Emenda    202

Proposta għal Regolament

Artikolu 87 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jżommu 20 % mill-ammonti li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tat-tnaqqis u tal-esklużjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 86.

L-Istati Membri jistgħu jżommu 25 % mill-ammonti li jkunu ġejjin mill-applikazzjoni tat-tnaqqis u tal-esklużjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 86.

Ġustifikazzjoni

M'hemm ebda raġuni għala il-perċentwal għandu jitbaxxa minn dak attwali. Il-perċentwal għandu jkun ta' 25 %, minħabba li l-Istati Membri jimplimentaw is-sistema u jġorru l-piż tat-tnaqqis.

Emenda    203

Proposta għal Regolament

Artikolu 100 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 100a

 

Proċedura ta' urġenza

 

1.  L-atti delegati adottati taħt dan l-Artikolu għandhom jidħlu fis-seħħ mingħajr dewmien u għandhom japplikaw sakemm ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni skont il-paragrafu 2. In-notifika ta' att delegat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill għandha tiddikjara r-raġunijiet għall-użu tal-proċedura ta' urġenza.

 

2.  Il-Parlament Ewropew jew il-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 100(6). F'dan il-każ, il-Kummissjoni għandha tħassar l-att minnufih wara n-notifika tad-deċiżjoni għall-oġġezzjoni mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill.

Emenda    204

Proposta għal Regolament

Artikolu 102 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikoli 9 u 34, l-Artikolu 35(4) u l-Artikoli 36, 37, 38, 43, 51, 52, 54, 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u r-regoli ta' implimentazzjoni u r-regoli delegati rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru matul is-sena finanzjarja agrikola tal-2020 u qabel fil-każ tal-FAEG, u għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru għall-programmi tal-iżvilupp rurali li l-Kummissjoni tkun approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fil-każ tal-FAEŻR;

(a)  l-Artikolu 5, l-Artikolu 7(3), l-Artikolu 9, l-Artikolu 26(5), l-Artikolu 34, l-Artikolu 35(4) u l-Artikoli 36, 37, 38, 43, 51, 52, 54, 110 u 111 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013 u r-regoli ta' implimentazzjoni u r-regoli delegati rilevanti għandhom jibqgħu japplikaw għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru matul is-sena finanzjarja agrikola tal-2020 u qabel fil-każ tal-FAEG, u għan-nefqa li tkun iġġarrbet u għall-pagamenti li jkunu saru għall-programmi tal-iżvilupp rurali li l-Kummissjoni tkun approvat skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 fil-każ tal-FAEŻR;

Emenda    205

Proposta għal Regolament

Artikolu 103

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 103

imħassar

Miżuri tranżitorji

 

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 101 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'derogi mir-regoli previsti fih u b'żidiet magħhom meta jkun hemm bżonn.

 


NOTA SPJEGATTIVA

Fl-1 ta' Ġunju 2018 il-Kummissjoni Ewropea adottat il-pakkett ta' tliet proposti leġislattivi għar-riforma tal-Politika Agrikola Komuni (PAK) 2021 – 2027 inklużi r-regoli dwar "Il-Finanzjament, il-Ġestjoni u l-Monitoraġġ" (Regolament (UE) Nru 393/2018). Dan il-pakkett leġiżlattiv estensiv kien inizjalment previst għall-aħħar tal-2017. Id-dewmien li seħħ jimponi limitu ta' żmien qasir li jikkoinċidi mat-tmiem tal-mandat kemm tal-Parlament Ewropew kif ukoll tal-Kummissjoni u b'hekk joħloq ċirkostanzi diffiċli għall-adozzjoni mill-koleġiżlatur.  

Id-dewmien ġie kkawżat ukoll minħabba proposta tard għall-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021–2027 (QFP) f'Mejju 2018 (COM(2018)321) li tistabbilixxi l-pakkett finanzjarju għall-PAK futura. L-allokazzjoni għall-PAK hija ta' EUR 365 006 miljuni għall-EU-27 (f'approprjazzjonijiet ta' impenn) li tirrappreżenta tnaqqis ta' madwar 5 %. L-allokazzjoni għall-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) tammonta għal EUR 286,2 biljun, tnaqqis ta' -1,1 % filwaqt li għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), EUR 78,8 biljun jirrappreżentaw tnaqqis ta' -15,3 %, dejjem meta mqabbla mal-linja bażi. Madankollu, jekk fil-proċess tal-adozzjoni jsiru bidliet sostanzjali ulterjuri għal-limiti baġitarji proposti, jista' jkun hemm bżonn ta' reviżjoni tal-pożizzjoni tal-Parlament, għalhekk eventwalment id-deċiżjoni finali dwar ir-riforma tal-PAK hija marbuta mal-ftehim finali tal-QFP.

L-arkitettura ġenerali tal-pakkett tal-PAK tinkludi tliet rapporti: Ir-Regolament dwar il-Finanzjament u l-Ġestjoni (FMM), ir-regolament dwar il-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK li jiġbor taħt umbrella waħda żewġ regolamenti attwalment separati dwar il-Pagamenti Diretti u l-Iżvilupp Rurali, u r-Regolament dwar l-Organizzazzjoni Komuni tas-Suq Unika (OKS). Minħabba koinċidenzi sostanzjali, ir-Regolamenti dwar il-Pjanijiet Strateġiċi u l-FMM għandhom jinqraw u jiġu vvutati flimkien.

Fir-rigward tal-bażi ta' evidenza, il-Valutazzjoni tal-Impatt (VI) tal-KE fil-parti l-kbira ma tirnexxix, pereżempju, dwar il-kwistjoni ewlenija tas-semplifikazzjoni, fejn ma tiġi pprovduta l-ebda kwantifikazzjoni dettaljata tat-tnaqqis tal-piż amministrattiv – fir-realtà din tiġi ttrasferita mill-KE għall-Istati Membri. Sadanittant, l-analiżi mwettqa mill-Qorti Ewropea tal-Awdituri (QEA) dwar il-prestazzjoni tal-PAK attwali turi li l-komponent ta' "Ekoloġizzazzjoni" tal-pagamenti diretti, filwaqt li kellu intenzjoni tajba, ma laħaqx l-objettivi tiegħu kompletament u ħoloq piż amministrattiv sinifikanti.

Filwaqt li huwa parti mill-pakkett ta' riforma tal-PAK, ir-rapporteur jemmen li r-rapport dwar il-Finanzjament u l-Ġestjoni b'mod partikolari ma jistax jitqies b'mod separat mill-approċċ ġenerali tal-UE għall-Fondi Strutturali (FSIE) u b'mod partikolari l-proposta dwar ir-Regolament dwar id-Dispożizzjonijiet Komuni (CPR) li sservi bħala regolament ġenerali għall-fondi pluriennali kollha tal-UE. Kemm is-CPR kif ukoll l-FMM jirreferu wkoll għall-qafas ġenerali stabbilit fir-Regolament Finanzjarju li jkopri l-mudelli kollha ta' ġestjoni (diretta, indiretta u kondiviża) u jipprovdi d-definizzjonijiet bażiċi (inkluża l-governanza) u l-kundizzjonijiet (inkluż l-awditjar u l-kontroll). Is-CPR jippermetti l-orjentazzjoni kemm tal-prestazzjoni kif ukoll tal-output, l-istabbiliment ta' stadji importanti b'rabta mal-iżborż abbażi tal-indikaturi tar-riżultati u l-użu tal-opzjonijiet relatati mal-kostijiet simplifikati (SCO) bħal rati fissi, somom f'daqqa u unitajiet tal-ispejjeż standard li r-rapporteur jemmen li huma strumenti vitali wkoll fil-ġestjoni tal-FAEŻR. Barra minn hekk, dan jiċċara wkoll l-interkonnessjoni bejn il-LEADER (iffinanzjati mill-FAEŻR) u l-inizjattivi tal-Iżvilupp Immexxi mill-Komunità (CLD) tal-FSIE.

Fir-riżoluzzjoni tal-Parlament "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" (P8_TA(2018)0224) ta' Mejju 2017 dwar il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni taħt l-istess titolu (COM(2017)713final), il-kwistjonijiet ewlenin imqajma jikkonċernaw sistema ta' governanza sempliċi u trasparenti, mudell tal-implimentazzjoni orjentat lejn ir-riżultati li jiffunzjona tajjeb u integrazzjoni tad-diversi Miżuri Agroambjentali Klimatiċi (AECM) fi struttura koerenti u simplifikata.

Il-bidla sostanzjali fil-proposta l-ġdida tar-riforma tal-PAK, li r-rapporteur tqis bħala pożittiva, hija bidla mill-konformità għall-prestazzjoni, filwaqt li sadanittant tassenja ħafna aktar responsabbiltajiet mill-Kummissjoni lill-Istati Membri, anke fir-rigward tal-ġestjoni u l-kontrolli kif deskritt fir-regolament dwar l-FMM.

Il-kwistjonijiet ewlenin tal-abbozz ta' rapport tal-PE għalhekk għandhom l-għan li jistabbilixxu qafas leġiżlattiv li jippermetti implimentazzjoni mtejba ta' ġestjoni u kontroll simplifikati u mmodernizzati tal-PAK permezz ta':

Sistema ta' governanza L-objettiv duwali ta' struttura kemm sempliċi kif ukoll komprensiva jinkiseb permezz ta' riorganizzazzjoni kważi sħiħa tas-sistema proposta tal-KE, b'mod partikolari billi jiġu ċċarati l-istruttura u l-kompetenzi tal-għadd – miżjud – ta' istituzzjonijiet (il-Korp ta' Koordinazzjoni, il-Kumitat ta' Monitoraġġ) u jiġu speċifikati l-kompiti addizzjonali tagħhom (il-Korp ta' Ċertifikazzjoni) bil-ħsieb li jiġu żgurati l-effiċjenza, it-trasparenza u r-responsabbiltà;

Obbligi tar-rappurtar: Il-bidla tas-sistema minn sistema ta' rapportar ibbażata purament fuq l-output (finanzjarju) għal sistema mħallta ta' rapportar ibbażat kemm fuq l-output kif ukoll fuq ir-riżultati (prestazzjoni) inkluża s-sorveljanza mnaqqsa tal-Kummissjoni u żieda fl-obbligi ta' rapportar addizzjonali mill-Istati Membri. Sabiex jiġi limitat il-piż amministrattiv li inevitabbilment qed jiżdied (rieżami annwali tal-prestazzjoni) filwaqt li jiġu żgurati r-rilevanza u l-kwalità tas-sistema l-ġdida bbażata fuq il-prestazzjoni (indikaturi tar-riżultati tal-prestazzjoni), qed jiġi propost aġġustament taċ-ċiklu ta' rappurtar;

Riżerva għall-kriżijiet: Ir-rwol kruċjali ta' mekkaniżmu għall-kriżijiet li jkun iffinanzjat b'mod adegwat, indipendenti u mmirat sew qed jiddaħħal mill-ġdid billi l-kamp ta' applikazzjoni tiegħu jiġi limitat għal kriżi biss (l-ebda intervent fis-suq) filwaqt li fl-istess ħin titħalla titwessa' l-bażi tal-finanzjament kemm fi ħdan il-qafas tal-PAK kif ukoll lil hinn minnu u jinżamm il-prinċipju ta' riportament propost;

Penali u kontrolli: Il-livell limitu għall-esklużjoni mill-penali qed jerġa' jiddaħħal għal EUR 1 250 għal kull benefiċjarju u sa 10 ettaru ta' art eliġibbli bħala pass ewlieni għas-semplifikazzjoni għall-bdiewa żgħar; filwaqt li fl-istess ħin, tissaħħaħ il-ħtieġa ta' verifiki fuq il-post ibbażati fuq ir-riskju mill-Istati Membri; disponibbiltà aħjar ta' data satellitari mill-KE biex tgħin biex isiru kontrolli aħjar; biex jerġa' jiddaħħal xi grad ta' armonizzazzjoni, qiegħda tiġi introdotta sistema komuni ta' żieda gradwali fil-livell tal-penali fil-każ ta' non-konformità ripetuta;

Servizzi Konsultattivi għall-Azjendi Agrikoli: Dan huwa element essenzjali tas-sistema ta' implimentazzjoni tal-PAK u għaldaqstant għandu jibqa' fir-Regolament orizzontali, flimkien ma' regoli aktar dettaljati biex jiġi żgurat l-aċċess għall-benefiċjarji fl-Istati Membri kollha bħala prerekwiżit għal politika agrikola moderna madwar l-UE;

Sorveljanza Demokratika: Il-proposti jinkludu għadd enormi ta' għotjiet ta' setgħa li għandhom jiġu deċiżi fi stadju aktar tard, li kien jeħtieġ li jiġu riveduti u mfassla mill-ġdid biex jinżamm bilanċ bejn l-istituzzjonijiet.

Rigward id-dħul fis-seħħ tal-proposti leġiżlattivi, ladarba jiġu adottati mill-koleġiżlaturi, huwa utli li wieħed ifakkar li għall-aħħar perjodu ta' programmazzjoni tal-PAK dan kien jeħtieġ sentejn ta' miżuri tranżitorji. Madankollu, dan la kien jikkoinċidi ma' tmiem il-mandat tal-Parlament u tal-Kummissjoni u lanqas mal-introduzzjoni ta' kompiti u strutturi ġodda. Għalhekk, att legali komprensiv li jirregola d-dispożizzjonijiet tranżitorji meħtieġa, b'mod partikolari l-approċċ il-ġdid ibbażat fuq il-prestazzjoni, se jkollu jiġi adottat fi żmien xieraq biex l-Istati Membri jingħataw iż-żmien biex jistabbilixxu s-sistemi l-ġodda.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp (12.2.2019)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

(COM(2018)0393 – C8‑0247/2018 – 2018/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Maria Heubuch

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

L-obbligu tal-UE għall-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp huwa kodifikat fl-Artikolu 208 tat-Trattat ta' Lisbona: l-UE impenjat ruħha li tqis l-objettivi tal-iżvilupp fil-politiki kollha li x'aktarx jaffettwaw lill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u tevita l-kontradizzjonijiet bejn il-politiki. Is-sigurtà tal-ikel u l-agrikoltura sostenibbli huma oqsma ta' prijorità tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE. Il-qafas tal-politika rilevanti tal-UE(1) (2010) jissottolinja l-importanza tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp għas-sigurtà tal-ikel globali u jirreferi b'mod partikolari għall-Politika Agrikola Komuni tal-UE (PAK).

Għalkemm tnaqqset l-inkoerenza tal-PAK mal-objettivi tal-iżvilupp mindu ġew eliminati s-sussidji għall-esportazzjoni, għad baqa' problemi ta' inkoerenza. Effetti negattivi għall-iżvilupp jistgħu jiġu kkawżati minn sussidji tal-PAK u miżuri ta' appoġġ għas-suq li jwasslu għal żieda fl-esportazzjonijiet jew importazzjonijiet ta' ċerti prodotti lejn jew minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, kif ukoll impatti klimatiċi negattivi kkawżati minn produzzjoni agrikola intensiva fl-użu tar-riżorsi.

Ir-"Regolament Orizzontali" li aħna qegħdin nemendaw jipprevedi l-adattament tar-regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ għal diversi miżuri tal-PAK. Dawn l-"interventi" huma ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR), magħrufa ta' spiss bħala ż-żewġ "pilastri" tal-PAK. Wara l-2021, il-PAK se jkollha mudell ta' implimentazzjoni ġdid li se jagħti lill-Istati Membri aktar responsabbiltà biex jiddefinixxu l-prijoritajiet nazzjonali. Dan il-mudell ġdid jimxi id f'id ma' bidla mill-konformità għall-prestazzjoni, u l-kundizzjonalità hija element import tal-PAK.

Ir-rapporteur tilqa' l-bidla għal approċċ ġdid tal-PAK ibbażat fuq ir-riżultati li jista' jkun ta' benefiċċju għall-koerenza mal-kooperazzjoni tal-iżvilupp u mal-politiki klimatiċi u ambjentali. Madankollu, peress li l-Istati Membri se jkunu huma stess li jistabbilixxu l-miri fil-pjanijiet nazzjonali hemm lok sinifikanti li titnaqqas l-ambizzjoni u jkun hemm ġirja lejn l-iktar livell baxx. Analiżi ta' din il-proposta leġiżlattiva mill-perspettiva tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp turi li din mhijiex riflessa biżżejjed fir-regoli dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ.

Ir-rapporteur għalhekk tipproponi li jiġi emendat ir-Regolament biex jiġi introdott impenn aktar b'saħħtu lejn il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u biex tiġi żgurata konsultazzjoni adegwata tal-partijiet ikkonċernati tul l-istadji differenti tal-ippjanar, tal-implimentazzjoni, tal-monitoraġġ u tal-evalwazzjoni tal-PAK, jiġifieri:

-  Impenn aktar b'saħħtu u kjarifika tal-obbligi tal-UE u tal-Istati Membri li jirrispettaw l-obbligi tat-TFUE għall-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, l-Aġenda 2030 u l-Ftehim ta' Pariġi.

-  Monitoraġġ sistematiku ta' indikaturi tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, l-SDGs u l-miri klimatiċi, u l-impronta globali tal-PAK. L-estensjoni tal-mekkaniżmu eżistenti għas-swieq agrikoli biex jiġu segwiti l-flussi kummerċjali esterni ta' prodotti sensittivi lejn u minn pajjiżi sħab fil-fażi tal-iżvilupp.

-  Konsultazzjoni ma' firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati, inklużi sħab u esperti tal-iżvilupp, qabel ma jiġu definiti l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tal-Istati Membri.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkonsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Kunsiderazzjoni 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 43(2) u l-Artikolu 208 tiegħu,

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-PAK") tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi u fis-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli.

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-PAK") tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investimenti fiż-żoni rurali, billi tippromwovi l-inklużjoni soċjali, tnaqqas id-diskrepanzi bejn iż-żoni, tiġġieled kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih, u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi u fis-swieq. Il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll id-dimensjoni globali tal-PAK u tiddikjara l-impenn tal-Unjoni biex tissaħħaħ il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp sostenibbli (PCSD). Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tiġi riformata biex tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-impatti tagħha fuq pajjiżi terzi, b'mod partikolari fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, filwaqt li jiġi żgurat li l-popolazzjonijiet jingħataw ikel bnin, sikur u tajjeb għas-saħħa u li jitrawwem l-iżvilupp sostenibbli u l-ġestjoni effiċjenti tar-riżorsi naturali bħall-ilma, il-ħamrija u l-arja sabiex tingħata protezzjoni tal-bijodiversità u jiġu ppreservati l-ħabitats u l-pajsaġġi, f'konformità mal-obbligi u l-impenji internazzjonali tal-Unjoni, inkluż l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima.

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3)  Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq ir-riżultati u fuq il-prestazzjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta' intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu iktar responsabbli biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f'hekk, hemm bżonn li tiġi żgurata iktar sussidjarjetà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B'hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont ir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista' jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni u sabiex ifasslu u jistabbilixxu l-qafas ta' konformità u ta' kontroll li japplika għall-benefiċjarji.

(3)  Jenħtieġ li l-mudell tal-implimentazzjoni tal-PAK ibbażat fuq il-konformità jiġi aġġustat biex ikun żgurat li jkun hemm iktar enfasi fuq l-agrikoltura sostenibbli. Għalhekk, jenħtieġ li l-Unjoni tistabbilixxi l-għanijiet bażiċi tal-politika, it-tipi ta' intervent u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni, inkluż fir-rigward tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, filwaqt li l-Istati Membri jerfgħu responsabbiltà akbar u jkunu iktar responsabbli biex jilħqu dawk l-għanijiet. Minħabba f'hekk, hemm bżonn li tiġi żgurata iktar sussidjarjetà sabiex jitqiesu aħjar il-kundizzjonijiet u l-ħtiġijiet lokali. B'hekk jenħtieġ li, fil-kuntest tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-Istati Membri jkunu responsabbli biex ifasslu l-interventi tagħhom tal-PAK skont il-ħtiġijiet speċifiċi tagħhom u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni sabiex isaħħu kemm jista' jkun il-kontribut tagħhom lejn l-għanijiet tal-PAK tal-Unjoni u sabiex ifasslu u jistabbilixxu l-qafas ta' konformità u ta' kontroll li japplika għall-benefiċjarji.

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8a)  L-implimentazzjoni tal-PAK jenħtieġ li tkun koerenti mal-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, kif imsemmi fl-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), inkluż, fost oħrajn, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. F'konformità ma' din il-koerenza tal-politiki, il-miżuri li jittieħdu skont dan ir-Regolament jenħtieġ li la jipperikolaw il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fuq terminu t-twil tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati, u lanqas ma jipperikolaw il-kisba tal-obbligi tal-Unjoni fir-rigward tal-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi.

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 208 tat-TFUE, il-politiki kollha tal-UE jeħtiġilhom jikkunsidraw l-objettivi ta' żvilupp. Objettivi ewlenin tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE huma li jiġi ffaċilitat l-iżvilupp agrikolu tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u li tissaħħaħ is-sigurtà globali tal-ikel. Il-PAK għandha effetti esterni, li jinfluwenzaw b'mod partikolari l-kummerċ agrikolu. Il-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp jirrikjedi li jiġu monitorjati r-riperkussjonijiet potenzjali fuq is-swieq agrikoli lokali u fuq il-produtturi lokali fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u, fejn possibbli, jiġu evitati.

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Premessa 11

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(11)  Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-involviment tal-aġenziji tal-pagamenti li l-Istati Membri jkunu akkreditaw huwa prerekwiżit importanti biex ikun żgurat b'mod raġonevoli li l-għanijiet u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi rilevanti tal-PAK jintlaħqu bl-interventi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġi stipulat b'mod espliċitu li hija biss in-nefqa li jagħmlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati li tista' tiġi rrimborżata mill-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għall-interventi li jissemmew fir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK ikollha output korrispondenti u tkun tikkonforma mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u mas-sistemi ta' governanza.

(11)  Fil-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni, l-involviment tal-aġenziji tal-pagamenti li l-Istati Membri jkunu akkreditaw huwa prerekwiżit importanti biex ikun żgurat b'mod raġonevoli li l-għanijiet u l-miri stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi rilevanti tal-PAK jintlaħqu bl-interventi ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li f'dan ir-Regolament jiġi stipulat b'mod espliċitu li hija biss in-nefqa li jagħmlu l-aġenziji tal-pagamenti akkreditati li tista' tiġi rrimborżata mill-baġit tal-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li n-nefqa ffinanzjata mill-Unjoni għall-interventi li jissemmew fir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK ikollha output korrispondenti u tkun tikkonforma mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u mas-sistemi ta' governanza. Jenħtieġ ukoll li hija sservi biex jintlaħqu l-għanijiet ta' żvilupp sostenibbli (SDGs). Skont il-prinċipji ta' ġestjoni finanzjarja tajba u l-aħjar użu tar-riżorsi finanzjarji tal-Unjoni, jenħtieġ li jiġu kkonsultati firxa wiesgħa ta' partijiet ikkonċernati dwar l-ippjanar u l-allokazzjoni tal-fondi tal-Unjoni u dawk nazzjonali. Tali konsultazzjoni jenħtieġ li tkun organizzata kemm mill-Istati Membri qabel ma jiddefinixxu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom kif ukoll mill-Kummissjoni qabel ma tivvalida l-istrateġiji nazzjonali. Is-sħab tal-iżvilupp jenħtieġ li jiġu inklużi fir-rigward tal-kwistjonijiet relatati mal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u l-impatti tal-PAK fuq il-popolazzjonijiet tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati.

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Premessa 21 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(21a)  Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex tissodisfa r-responsabbiltajiet tagħha fir-rigward tal-iżgurar tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp fl-implimentazzjoni tal-PAK kif stabbilit fir-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li jiġu previsti kapaċitajiet estiżi tal-monitoraġġ sabiex jiġi ffaċilitat il-monitoraġġ tal-effetti esterni tal-PAK, speċjalment fir-rigward tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Premessa 25 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25a)  Fid-dawl tal-mudell il-ġdid ta' implimentazzjoni tal-PAK, b'enfasi fuq ir-riżultati, jeħtieġ li jitkejlu l-outputs u l-impatti relatati mal-objettivi kollha tal-PAK kif stabbiliti fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], sabiex jiġi żgurat li l-fondi tal-PAK qegħdin jintużaw b'mod effikaċi.

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Premessa 25b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(25b)  Abbażi tal-prinċipju tal-effiċjenza baġitarja, jenħtieġ li l-fondi pubbliċi ma jintefqux fil-PAK li toħloq spejjeż addizzjonali għall-ambjent, għas-saħħa pubblika jew għall-għajnuna għall-iżvilupp. Tali attivitajiet jenħtieġ li ma jirċevux finanzjament mill-PAK. Għalhekk, fl-iżgurar tal-effikaċja tal-PAK u tal-infiq tal-Unjoni, il-kunċett ta' x'jikkostitwixxi riskju għall-interessi finanzjarji tal-baġit tal-Unjoni jenħtieġ li jinkludi riskji għall-ambjent, għas-saħħa pubblika u għall-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. Dan iservi wkoll sabiex tiġi żgurata l-koerenza fil-prijoritajiet u l-objettivi tal-PAK u f'politiki oħra tal-Unjoni. L-imminimizzar tal-infiq addizzjonali f'oqsma oħra jenħtieġ li jiżgura l-effiċjenza fl-infiq pubbliku.

Ġustifikazzjoni

Spejjeż li jirriżultaw minn impatti assoċjati mal-ambjent, mas-saħħa pubblika, mal-istrutturi soċjali jew l-iżvilupp huma esternalizzati għal oqsma oħrajn tan-nefqa pubblika, inkluż tal-UE. Dan ifisser li aħna nħallsu aktar jekk l-infiq ikun ineffiċjenti, pereżempju, pagament li jwassal għal produzzjoni żejda, pagament ieħor sabiex jiġu indirizzati l-kriżijiet, u pagament ieħor għall-infiq b'rabta mal-għajnuna għall-iżvilupp. Jew inkella pagament għal prattiki agrikoli li jniġġsu, pagament ieħor sabiex isir tindif wara l-implimentazzjoni ta' dawn il-prattiki jew għar-riabilitazzjoni tal-ekosistemi, jew inkella pagament ieħor biex jitnaddaf l-ilma tajjeb għax-xorb.

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f'każijiet ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f'każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar.

(30)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f'każijiet ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f'każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li titlob, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress. Il-pjan ta' azzjoni jenħtieġ li jitfassal bl-involviment tas-sħab imsemmija fl-Artikolu 94. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari kemm fir-rigward tar-rispett tad-dritt ambjentali tal-Unjoni kif ukoll fir-rigward tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-obbligi skont it-TFUE.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Premessa 31

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(31)  Kif kien il-każ fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissospendi l-pagamenti meta jkun hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' governanza, fosthom nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u rappurtar mhux affidabbli. Madankollu, jeħtieġ li jiġu rriveduti l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tal-pagamenti sabiex il-mekkaniżmu jsir aktar effiċjenti. Jenħtieġ li l-konsegwenzi finanzjarji tat-tali sospensjonijiet jiġu deċiżi permezz ta' proċedura ad hoc tal-konformità.

(31)  Kif kien il-każ fil-kuntest tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissospendi l-pagamenti meta jkun hemm nuqqasijiet serji fis-sistemi ta' governanza, fosthom nuqqas ta' konformità mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni u rappurtar mhux affidabbli. L-inkoerenza bejn l-implimentazzjoni tal-PAK u l-politiki l-oħra tal-Unjoni, jiġifieri l-SDGs, il-klima, l-ambjent u l-obbligi relatati mad-drittijiet tal-bniedem, jenħtieġ li jitqiesu bħala nuqqas serju tas-sistemi ta' governanza tal-Istati Membri. Madankollu, jeħtieġ li jiġu rieżaminati l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni tal-pagamenti sabiex il-mekkaniżmu jsir aktar effiċjenti. Jenħtieġ li l-konsegwenzi finanzjarji tat-tali sospensjonijiet jiġu deċiżi permezz ta' proċedura ad hoc tal-konformità.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li l-politika agrikola komuni tkun koerenti mal-politika għall-iżvilupp tal-UE kif rikonoxxut mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja COM(2017)713 final, kif ukoll mill-Kunsill u mill-Istati Membri fil-"Konsensus Ewropew ġdid għall-Iżvilupp" tal-2017; inkoerenzi bejn l-implimentazzjoni tal-PAK u t-twessigħ tal-objettivi esterni tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal penali jekk jirriżultaw minn azzjonijiet deliberati.

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Premessa 41

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(41)  Il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà timplimenta l-baġit tal-Unjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri skont l-Artikolu 317 tat-Trattat. B'hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tiddeċiedi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, jekk in-nefqa li jkunu għamlu l-Istati Membri tkunx konformi mal-liġi tal-Unjoni jew le. Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw id-dritt jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom li jagħmlu l-pagamenti u li huma jkunu jistgħu jużaw il-proċedura ta' konċiljazzjoni meta ma jkunx hemm ftehim komuni bejnhom u l-Kummissjoni. Sabiex l-Istati Membri jingħataw assigurazzjonijiet legali u finanzjarji dwar in-nefqa li tkun saret fl-imgħoddi, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta' limitazzjoni għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi x'konsegwenzi finanzjarji jenħtieġ li jkun hemm b'segwitu għan-nuqqas ta' konformità.

(41)  Il-Kummissjoni għandha r-responsabbiltà li timplimenta l-baġit tal-Unjoni f'kooperazzjoni mal-Istati Membri skont l-Artikolu 317 tat-Trattat. B'hekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tiddeċiedi, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, jekk in-nefqa li jkunu għamlu l-Istati Membri tkunx konformi mad-dritt, mal-prijoritajiet, u mal-ftehimiet internazzjonali tal-Unjoni, fost oħrajn l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima. Fost dawn l-objettivi, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari lill-prinċipju tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, kif ukoll l-objettivi tal-politiki klimatiċi u ambjentali tal-Unjoni stabbiliti fl-Artikolu 191 tat-Trattat. Il-politika agrikola u l-finanzjament tagħha jenħtieġ li ma jimpedixxux il-funzjonament ta' politiki oħra tal-Unjoni. Jenħtieġ li l-Istati Membri jingħataw id-dritt li jiġġustifikaw id-deċiżjonijiet tagħhom li jagħmlu l-pagamenti u li huma jkunu jistgħu jużaw il-proċedura ta' konċiljazzjoni meta ma jkunx hemm ftehim komuni bejnhom u l-Kummissjoni. Sabiex l-Istati Membri jingħataw assigurazzjonijiet legali u finanzjarji dwar in-nefqa li tkun saret fl-imgħoddi, jenħtieġ li jiġi stabbilit perjodu ta' limitazzjoni għall-Kummissjoni biex tiddeċiedi x'konsegwenzi finanzjarji jenħtieġ li jkun hemm b'segwitu għan-nuqqas ta' konformità.

Ġustifikazzjoni

Filwaqt li titqies il-ħtieġa li l-politika agrikola komuni tkun koerenti mal-politika għall-iżvilupp tal-UE kif rikonoxxut mill-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ġejjieni tal-ikel u tal-biedja COM(2017)713 final, kif ukoll mill-Kunsill u mill-Istati Membri fil-"Konsensus Ewropew ġdid għall-Iżvilupp" tal-2017; inkoerenzi bejn l-implimentazzjoni tal-PAK u t-twessigħ tal-objettivi esterni tal-Unjoni għandhom ikunu soġġetti għal penali jekk jirriżultaw minn azzjonijiet deliberati.

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Premessa 49

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" stabbiliet bħala orjentament strateġiku għall-PAK fil-ġejjieni t-tisħiħ tal-kura ambjentali u tal-azzjoni klimatika u l-kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. B'hekk, għall-finijiet ambjentali u klimatiċi, sar hemm bżonn li tiġi skambjata d-data tas-sistema ta' identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba' u data oħra tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġi previst li d-data li tinġabar permezz tas-sistema integrata li tkun rilevanti għall-finijiet ambjentali u klimatiċi tinqasam bejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet u mal-korpi tal-Unjoni. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tad-data li l-awtoritajiet pubbliċi differenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex joħolqu l-istatistika Ewropea, jenħtieġ li jiġi previst ukoll li, għall-finijiet tal-istatistika, id-data mis-sistema integrata trid titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' korpi li ma jiffurmawx parti mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

(49)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" stabbiliet bħala orjentament strateġiku għall-PAK fil-ġejjieni t-tisħiħ tal-kura ambjentali u tal-azzjoni klimatika u l-kontribut biex jintlaħqu l-għanijiet ambjentali u klimatiċi tal-Unjoni. Il-Komunikazzjoni tenfasizza wkoll id-dimensjoni globali tal-PAK u tiddikjara l-impenn tal-Unjoni biex tissaħħaħ il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp sostenibbli. Għalhekk, fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni, sar hemm bżonn li tiġi skambjata d-data tas-sistema ta' identifikazzjoni tal-irqajja' tal-art u data oħra tas-sistema integrata ta' amministrazzjoni u kontroll, għall-finijiet ambjentali u klimatiċi u tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, kif ukoll għall-kisba tal-SDGs u għall-fini tal-koerenza ma' politiki interni u esterni oħrajn fil-livell nazzjonali u f'dak tal-Unjoni. Għalhekk jenħtieġ li jiġi previst li d-data li tinġabar permezz tas-sistema integrata li tkun rilevanti għal dawn il-finijiet tinqasam bejn l-awtoritajiet pubbliċi tal-Istati Membri u mal-istituzzjonijiet u mal-korpi tal-Unjoni. Sabiex tiżdied l-effiċjenza fl-użu tad-data li l-awtoritajiet pubbliċi differenti jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom biex joħolqu l-istatistika Ewropea, jenħtieġ li jiġi previst ukoll li, għall-finijiet tal-istatistika, id-data mis-sistema integrata trid titqiegħed għad-dispożizzjoni ta' korpi li ma jiffurmawx parti mis-Sistema Ewropea tal-Istatistika.

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Premessa 49 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(49a)  Orjentazzjoni strateġika addizzjonali biex tiġi żgurata l-koerenza tal-eżiti kummerċjali tas-settur agroalimentari relatati mal-PAK mal-politika tal-Unjoni dwar l-iżvilupp jeħtieġ ukoll li tiġi rispettata fl-ippjanar u fl-implimentazzjoni tal-politiki u tal-istrumenti tal-PAK mill-Istati Membri, b'mod partikolari fir-rigward tal-użu tal-appoġġ akkoppjat volontarju u tar-riżerva għall-agrikoltura fl-indirizzar ta' sitwazzjonijiet ta' kriżi tas-suq.

Emenda    14

Proposta għal Regolament

Premessa 53

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(53)  Filwaqt li titqies l-istruttura internazzjonali tal-kummerċ agrikolu u fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern, jeħtieġ li tiġi organizzata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri. Jeħtieġ li tiġi stabbilita wkoll sistema ċentralizzata ta' dokumentazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar l-impriżi li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi u li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti.

(53)  Filwaqt li titqies l-istruttura internazzjonali tal-kummerċ agrikolu u fl-interess tal-funzjonament tajjeb tas-suq intern u r-rispett tal-obbligi tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, jeħtieġ li tiġi organizzata l-kooperazzjoni fost l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u pajjiżi terzi. Jeħtieġ li tiġi stabbilita wkoll sistema ċentralizzata ta' dokumentazzjoni fil-livell tal-Unjoni dwar l-impriżi li jkunu stabbiliti f'pajjiżi terzi u li jirċievu jew li jagħmlu l-pagamenti. Tali sistema jenħtieġ li tikkontribwixxi għall-identifikazzjoni tal-inkoerenzi bejn l-implimentazzjoni tal-PAK u l-objettivi tal-politiki esterni tal-Unjoni. Is-sistema ta' dokumentazzjoni jenħtieġ li tenfasizza l-kontribut jew l-impatt tal-impriżi msemmija hawn fuq f'pajjiżi terzi għall-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Tali dokumentazzjoni jenħtieġ li tissottolinja wkoll il-kontribut tal-PAK, speċjalment fir-rigward tad-dimensjoni esterna tagħha, għall-objettivi ta' żvilupp tal-Unjoni kif previst fl-Artikolu 208 tat-TFUE.

Ġustifikazzjoni

Fi spirtu ta' kooperazzjoni soda u effiċjenti ma' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ id-djalogu tagħha mal-pajjiżi sħab dwar kwalunkwe aspett li għandu impatt fuq il-proċess ta' żvilupp tagħhom, kemm jekk jaqgħu direttament fi ħdan il-qafas tal-politika tal-Unjoni jew le. L-inputs mis-sħab tal-Unjoni għandu jkollhom l-għan li jidentifikaw u jirrimedjaw l-inkoerenzi tal-politiki tal-UE u l-ġbir u l-kondiviżjoni ta' data għandhom jiffaċilitaw dan il-proċess.

Emenda    15

Proposta għal Regolament

Premessa 55

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(55)  Il-kundizzjonalità hija element importanti tal-PAK, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-elementi ambjentali u klimatiċi tagħha, iżda wkoll b'rabta mas-saħħa pubblika u mal-kwistjonijiet marbutin mal-annimali. Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta' kundizzjonalità. Sabiex ikun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kontrolli u l-penali marbutin mal-kundizzjonalità fil-livell tal-Unjoni.

(55)  Il-kundizzjonalità hija element importanti tal-PAK, biex jiġi żgurat li l-pagamenti jiksbu livell għoli ta' sostenibbiltà, pereżempju dwar l-użu tal-pestiċidi u li jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi għall-bdiewa fi ħdan l-Istati Membri u bejniethom, b'mod partikolari f'dak li għandu x'jaqsam mal-elementi ambjentali u klimatiċi tagħha, iżda wkoll b'rabta mas-saħħa pubblika u mal-benessri tal-annimali. Dan ifisser li jenħtieġ li jitwettqu kontrolli u li jiġu applikati penali meta jkun hemm bżonn sabiex tkun żgurata l-effettività tas-sistema ta' kundizzjonalità. Sabiex ikun hemm dawn il-kundizzjonijiet ekwi bejn il-benefiċjarji fi Stati Membri differenti, jenħtieġ li jiddaħħlu ċerti regoli ġenerali dwar il-kundizzjonalità, u l-kontrolli u l-penali marbutin man-nuqqas ta' konformità fil-livell tal-Unjoni.

Emenda    16

Proposta għal Regolament

Premessa 67

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(67)  F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi rrikonoxxut kif xieraq ir-rwol li taqdi s-soċjetà ċivili, fost l-oħrajn permezz tal-mezzi tax-xandir u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tal-kontribut tagħhom għat-tisħiħ tal-qafas ta' kontroll tal-amministrazzjonijiet kontra l-frodi u kontra kull użu ħażin tal-fondi pubbliċi.

(67)  F'dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġi rikonoxxut kif xieraq ir-rwol li taqdi s-soċjetà ċivili, fost l-oħrajn permezz tal-mezzi tax-xandir u tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tal-kontribut tagħhom għat-tisħiħ tal-qafas ta' kontroll tal-amministrazzjonijiet kontra l-frodi u kontra kull użu ħażin tal-fondi pubbliċi. Il-partijiet ikkonċernati msemmija hawn fuq jenħtieġ barra minn hekk li jiġu mħeġġa jenfasizzaw u jirreferu lill-Uffiċjal tas-Seduta tal-Kummissjoni stabbilit fir-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] l-inkonsistenzi bejn l-implimentazzjoni tal-PAK u l-politiki tal-Unjoni eżistenti, speċjalment meta jitqiesu l-politiki ambjentali u dwar l-iżvilupp tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

L-UE impenjat ruħha li tirrikonoxxi u ssaħħaħ il-prinċipju ta' parteċipazzjoni ta' atturi mhux statali sabiex jiġu ssodisfati l-objettivi ta' żvilupp tal-pajjiżi sħab terzi fil-"Kunsens Ewropew għall-Iżvilupp" tal-2005, affermat mill-ġdid fil-"Kunsens ġdid għall-Iżvilupp" tal-2017. L-Uffiċjal tas-Seduta tal-Kummissjoni għandu funzjoni stabbilita fl-emendi għar-regolament dwar il-pjanijiet strateġiċi.

Emenda    17

Proposta għal Regolament

Premessa 82

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(82)  Jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll ir-regoli li jkollhom l-għan li jiġu applikati bl-istess mod l-obbligi tal-Istati Membri b'rabta mal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni u r-regoli meħtieġa li jkollhom l-għan li jiġu applikati bl-istess mod il-verifiki fl-Unjoni.

(82)  Jenħtieġ li s-setgħat ta' implimentazzjoni tal-Kummissjoni jkopru wkoll ir-regoli li jkollhom l-għan li jiġu applikati bl-istess mod l-obbligi tal-Istati Membri b'rabta mal-ħarsien tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, li jenħtieġ li jinkludu l-prinċipju tal-effiċjenza baġitarja billi ma jippermettux pagamenti tal-PAK li jiġġeneraw spejjeż addizzjonali għall-baġit tal-Unjoni, u r-regoli meħtieġa li jkollhom l-għan li jiġu applikati bl-istess mod il-verifiki fl-Unjoni. Il-Kummissjoni jenħtieġ li għalhekk tiddefinixxi wkoll regoli li jiżguraw il-konsistenza bejn l-implimentazzjoni tal-PAK mill-Istati Membri u l-politiki l-oħra tal-Unjoni, filwaqt li tingħata attenzjoni partikolari lir-rekwiżiti ambjentali stabbiliti fl-Artikoli 11 u 191 tat-Trattat, kif ukoll l-obbligi f'termini tal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp kif stabbilit fl-Artikolu 208 tat-Trattat.

Ġustifikazzjoni

Spejjeż li jirriżultaw minn impatti assoċjati mal-ambjent, mas-saħħa pubblika, mal-istrutturi soċjali jew l-iżvilupp huma esternalizzati għal oqsma oħrajn tan-nefqa pubblika, inkluż tal-UE. Dan ifisser li aħna nħallsu aktar jekk l-infiq ikun ineffiċjenti, pereżempju, pagament li jwassal għal produzzjoni żejda, pagament ieħor sabiex jiġu indirizzati l-kriżijiet, u pagament ieħor għall-infiq b'rabta mal-għajnuna għall-iżvilupp. Jew inkella pagament għal prattiki agrikoli li jniġġsu, pagament ieħor sabiex isir tindif wara l-implimentazzjoni ta' dawn il-prattiki jew għar-riabilitazzjoni tal-ekosistemi, jew inkella pagament ieħor biex jitnaddaf l-ilma tajjeb għax-xorb.

Emenda    18

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-miżuri meħtieġa għall-analiżi, għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ, għall-iskambju tal-informazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-PAK, kif ukoll miżuri marbutin mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll u mal-assistenza teknika u amministrattiva;

(a)  il-miżuri meħtieġa għall-analiżi, għall-ġestjoni, għall-monitoraġġ, għall-iskambju tal-informazzjoni u għall-implimentazzjoni tal-PAK u għall-implimentazzjoni tal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u tal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, kif ukoll miżuri marbutin mal-implimentazzjoni tas-sistemi ta' kontroll u mal-assistenza teknika u amministrattiva;

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 208 tat-TFUE, il-politiki kollha tal-UE jridu jikkunsidraw l-objettivi ta' żvilupp. It-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel globali u l-għajnuna għall-iżvilupp ta' sistemi agrikoli robusti fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huma objettivi ta' żvilupp ewlenin tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE u tal-SDGs. Ir-regolamentazzjoni tas-suq intern tas-settur agrikolu għandha implikazzjonijiet diretti fuq is-saħħa ta' dawn is-sistemi fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.

Emenda    19

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  l-azzjonijiet li l-Kummissjoni tieħu permezz tal-applikazzjonijiet ta' telerilevament li jintużaw għall-monitoraġġ tar-riżorsi agrikoli skont l-Artikolu 23;

(c)  l-azzjonijiet li l-Kummissjoni tieħu permezz tal-applikazzjonijiet ta' telerilevament li jintużaw għall-monitoraġġ tar-riżorsi agrikoli u tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri fil-prattiki tal-biedja koerenti mal-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u mal-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima, skont l-Artikolu 23;

Ġustifikazzjoni

Skont l-Artikolu 208 tat-TFUE, il-politiki kollha tal-UE jridu jikkunsidraw l-objettivi ta' żvilupp. It-tisħiħ tas-sigurtà tal-ikel globali u l-għajnuna għall-iżvilupp ta' sistemi agrikoli robusti fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp huma objettivi ta' żvilupp ewlenin tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp tal-UE u tal-SDGs. Ir-regolamentazzjoni tas-suq intern tas-settur agrikolu għandha implikazzjonijiet diretti fuq is-saħħa ta' dawn is-sistemi fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.

Emenda    20

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fondi, fosthom it-titjib tal-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-prattiki fil-kuntest tal-PAK, kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI);

(f)  l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fondi, fosthom it-titjib tal-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-prattiki fil-kuntest tal-PAK, kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI), li jinvolvu atturi rilevanti msemmija fl-Artikolu 94 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], b'mod partikolari partijiet ikkonċernati lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, esperti akkademiċi u NGOs;

Emenda    21

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt h

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(h)  il-kontribuzzjoni għall-miżuri marbutin mat-tixrid tal-informazzjoni, mas-sensibilizzazzjoni, mal-promozzjoni tal-kooperazzjoni u mal-iskambju tal-esperjenzi fil-livell tal-Unjoni, li jittieħdu fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, fosthom in-netwerking tal-partijiet ikkonċernati;

(h)  il-kontribut għall-miżuri marbutin mat-tixrid tal-informazzjoni, mas-sensibilizzazzjoni, inkluż fir-rigward tal-konsegwenzi globali tal-PAK, mal-promozzjoni tal-kooperazzjoni u mal-iskambju tal-esperjenzi fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali, tal-Unjoni u internazzjonali, li jittieħdu fil-kuntest tal-interventi għall-iżvilupp rurali, fosthom in-netwerking tal-partijiet ikkonċernati;

Emenda    22

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  l-effetti tal-PAK fuq pajjiżi terzi, b'mod speċjali fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp.

Emenda    23

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 4 – subparagrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  li jippromwovi l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni u jiżgura dan.

(d)  li jippromwovi u jiżgura l-applikazzjoni armonizzata tar-regoli tal-Unjoni kif ukoll tar-regoli li għandhom jiġu applikati mill-Unjoni li jirriżultaw minn trattati internazzjonali rilevanti.

Emenda    24

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tamministra s-swieq agrikoli tal-Unjoni f'kuntest globali;

(a)  tamministra b'mod ekwu u sostenibbli s-swieq agrikoli tal-Unjoni f'kuntest globali, inkluż billi tistabbilixxi u tespandi l-mekkaniżmi ta' monitoraġġ tas-suq fil-livell reġjonali u globali, filwaqt li tqis l-objettivi tal-iżvilupp;

Ġustifikazzjoni

Il-monitoraġġ huwa meħtieġ biex wieħed jifhem l-effetti esterni tal-politiki interni tal-UE fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u sabiex tinkiseb il-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp. Bl-istess mod, kif stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE, il-PAK u l-finanzjament tagħha ma għandhomx jimpedixxu l-kisba tal-SDGs jew tal-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    25

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali u klimatiku tal-użu tar-raba' u tat-tibdil fl-użu tar-raba', fosthom tal-agroforestrija, u l-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-għelejjel sabiex ikunu jistgħu jsiru stimi, b'mod partikolari dwar ir-rendimenti, dwar il-produzzjoni agrikola u dwar l-impatti ta' ċirkustanzi eċċezzjonali fuq l-agrikoltura;

(b)  tiżgura l-monitoraġġ agroekonomiku u agroambjentali u klimatiku tal-użu tar-raba' u tat-tibdil fl-użu tar-raba', fosthom tal-agroforestrija, u l-monitoraġġ tal-kundizzjoni tal-għelejjel sabiex ikunu jistgħu jsiru stimi, b'mod partikolari dwar ir-rendimenti, dwar il-produzzjoni agrikola u dwar l-impatti ta' ċirkostanzi eċċezzjonali fuq l-agrikoltura, kif ukoll il-monitoraġġ tal-progress fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-prattiki agrikoli li jgħinu biex jintlaħqu l-objettivi u l-miri klimatiċi stabbiliti fl-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u fil-Ftehim ta' Pariġi dwar it-tibdil fil-klima;

Ġustifikazzjoni

Il-monitoraġġ huwa meħtieġ biex wieħed jifhem l-effetti esterni tal-politiki interni tal-UE fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp. Bl-istess mod, kif stabbilit fl-Artikolu 191 tat-TFUE, l-objettivi tal-politika tal-Unjoni dwar il-klima u l-ambjent, il-PAK u l-finanzjament tagħha ma għandhomx jimpedixxu l-kisba tal-SDGs jew tal-għanijiet stabbiliti fil-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    26

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  tikkontribwixxi għat-trasparenza fis-swieq dinjin;

(d)  tikkontribwixxi għat-trasparenza fis-swieq dinjin, inkluż li tiġi żgurata l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp;

Emenda    27

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Skont l-Artikolu 7(c), il-Kummissjoni għandha tiffinanzja l-azzjonijiet marbutin mal-ġbir jew max-xiri tad-data li hija meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK u biex din tiġi mmonitorjata, fosthom id-data mis-satelliti, id-data ġeospazjali u d-data meteoroloġika, il-ħolqien ta' infrastruttura tad-data spazjali u ta' sit web, it-twettiq ta' studji speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-tibdil fl-użu tar-raba' u l-aġġornament tal-mudelli agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Meta jkun hemm bżonn, dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u ma' laboratorji u korpi nazzjonali jew bl-involviment tas-settur privat.

Skont l-Artikolu 7(c), il-Kummissjoni għandha tiffinanzja l-azzjonijiet marbutin mal-ġbir jew max-xiri tad-data li hija meħtieġa biex tiġi implimentata l-PAK u biex din tiġi mmonitorjata flimkien mal-effetti tagħha kemm fl-Unjoni kif ukoll barra mill-Unjoni, fosthom id-data mis-satelliti, id-data ġeospazjali u d-data meteoroloġika, il-ħolqien ta' infrastruttura tad-data spazjali u ta' sit web, it-twettiq ta' studji speċifiċi dwar il-kundizzjonijiet klimatiċi, it-telerilevament użat biex jgħin fil-monitoraġġ tas-saħħa tal-ħamrija u tat-tibdil fl-użu tar-raba' u l-aġġornament tal-mudelli u d-data agrometeoroloġiċi u ekonometriċi. Meta jkun hemm bżonn, dawk l-azzjonijiet għandhom jitwettqu b'kollaborazzjoni mal-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent, maċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka u ma' laboratorji u korpi nazzjonali jew bl-involviment tas-soċjetà ċivili u tas-settur privat. Dan għandu jinkludi l-kondiviżjoni tal-aċċess u l-kontribut għal inizjattivi internazzjonali u sorsi ta' data, inkluż il-UNFCCC kif ukoll data dwar il-klima u l-ambjent, jew data u/jew informazzjoni li tikkontribwixxi għat-trasparenza tas-swieq globali jew biex tiġi mmonitorjata l-kisba tal-SDGs.

Emenda    28

Proposta għal Regolament

Artikolu 23 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 23a

 

Monitoraġġ tal-Koerenza tal-Politiki għall-Iżvilupp

 

1.  F'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat, l-impatt tal-PAK fuq is-sistemi tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fit-tul fil-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp għandu jkun soġġett għal valutazzjonijiet regolari u indipendenti. Dan il-monitoraġġ għandu jagħti attenzjoni partikolari għall-impatt ta' flussi tan-negozju tal-ikel agrikolu bejn l-UE u pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp fuq:

 

(a)    il-produzzjoni, l-ipproċessar u d-distribuzzjoni tal-ikel fil-pajjiżi l-anqas żviluppati;

 

(b)    il-produtturi żgħar lokali u l-bdiewa nisa;

 

(c)   il-prodotti meqjusa sensittivi mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp;

 

(d)    il-prodotti minn setturi fejn ingħataw ħlasijiet akkoppjati tal-PAK u fejn intużaw miżuri tal-ġestjoni tal-kriżi tal-PAK.

 

2.  Il-valutazzjoni għandha teżamina data minn osservatorji tas-suq tal-Unjoni, studji tal-każ, rapportar dwar l-Għanijiet ta' Żvilupp Sostenibbli, kif ukoll evidenza pprovduta minn pajjiżi sħab u partijiet ikkonċernati rilevanti oħrajn bħal organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili. Għal dan il-għan, il-kamp ta' applikazzjoni settorjali u ġeografiku tal-osservatorji tas-suq tal-Unjoni għandu jitwessa' għal prodotti meqjusa sensittivi minn pajjiżi sħab u sabiex ikopri l-pajjiżi l-anqas żviluppati. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 bil-għan li tissupplimenta dan ir-Regolament billi tistabbilixxi l-ambitu u l-proċedura għall-valutazzjoni.

 

3.  Jekk id-data ta' monitoraġġ tindika riskju ta' effett negattiv fuq il-produzzjoni u l-ipproċessar tal-ikel agrikolu jew is-sigurtà tal-ikel ta' pajjiż fil-fażi tal-iżvilupp, għandha tinħareġ twissija bikrija mill-Kummissjoni, li tiskatta konsultazzjoni bejn l-Unjoni u l-komunitajiet ta' biedja affettwati kif ukoll il-gvernijiet tal-pajjiż sieħeb sabiex jiftiehmu dwar il-miżuri ta' rimedju. Għandha tkun disponibbli salvagwardja soċjali għall-partijiet affettwati.

 

4.  F'każ li ma tinħareġ l-ebda twissija bikrija iżda l-effetti negattivi jseħħu, il-parti affettwata tista' tressaq ilment. L-ilmenti għandhom jaslu għand ir-Rapporteur Permanenti tal-Parlament Ewropew għall-Koerenza tal-Politika għall-Iżvilupp u l-ilment għandu jkun ittrattat mill-Uffiċjali tas-Seduta tal-Kummissjoni Ewropea. Tista' titressaq evidenza mill-gruppi affettwati u minn partijiet ikkonċernati oħra.

 

5.  Il-Kummissjoni għandha tittrażmetti rapport annwali lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar ir-riżultati tal-valutazzjoni, l-evidenza mressqa u r-reazzjoni politika tal-Unjoni.

Ġustifikazzjoni

Din il-proċedura għandha l-għan li tistabbilixxi mekkaniżmu li b'mod simultanju jissorvelja l-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp u tippermetti li l-Kummissjoni tirċievi sinjali dwar is-swieq u l-komunitajiet potenzjalment affettwati. Hija tespandi fuq ir-rwol tal-osservatorji tas-suq li diġà jeżistu. L-Uffiċjal tas-Seduta tal-Kummissjoni diġà jeżisti fil-Kummissjoni Ewropea, u r-rwol tiegħu jista' jkun ibbażat ukoll fid-Delegazzjonijiet tal-UE b'kompetenzi fl-oqsma tal-kummerċ u l-agrikoltura.

Emenda    29

Proposta għal Regolament

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  ir-regoli marbutin mal-finanzjament skont l-Artikolu 7(b) u (c);

(a)  ir-regoli marbutin mal-finanzjament skont il-punti (b), (c) u (k) tal-Artikolu 7;

Emenda    30

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt c – punt ia (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ia)  ma tkunx ta' dannu soċjali jew ambjentali u tkun koerenti mal-għanijiet tal-politika tal-Unjoni u l-impenji u l-obbligi internazzjonali kif imsemmi fl-Artikoli 5 u 6 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda    31

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jew mhuwiex konformi mal-ftehimiet internazzjonali tal-Unjoni jew mal-koerenza tal-politiki għall-iżvilupp, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

Emenda    32

Proposta għal Regolament

Artikolu 44 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-għoti ta' informazzjoni ffinanzjat skont l-Artikolu 7(e) għandu jkollu l-għan, b'mod partikolari, li jgħin fit-tifsir, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-PAK u li jżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-għanijiet tagħha, li jerġa' jrawwem il-kunfidenza tal-konsumaturi wara l-kriżijiet permezz ta' kampanji tal-informazzjoni, li jinforma lill-bdiewa u lil partijiet oħrajn attivi f'żoni rurali dwar il-PAK u li jippromwovi l-mudell Ewropew tal-agrikoltura u jgħin liċ-ċittadini jifhmuh.

Informazzjoni ffinanzjata skont l-Artikolu 7(e) għandu jkollha l-għan, b'mod partikolari, li tgħin fit-tifsir, fl-implimentazzjoni u fl-iżvilupp tal-PAK u żżid l-għarfien tal-pubbliku dwar il-kontenut u l-għanijiet tagħha, li jinkludu fost oħrajn, il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima, il-ħarsien tal-ambjent, it-trattament xieraq tal-annimali, u ż-żamma tal-istrutturi soċjali f'żoni rurali, kif ukoll id-dimensjoni globali tagħha, filwaqt li tassumi r-responsabbiltà għall-impatt tal-PAK, b'mod partikolari, fuq il-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp u tinforma liċ-ċittadini, wara l-kriżijiet, permezz ta' kampanji ta' informazzjoni imparzjali u objettivi, sabiex tinforma lill-bdiewa u lil partijiet oħra attivi fiż-żoni rurali , u tippromwovi mudell ta' agrikoltura sostenibbli tal-Unjoni, u tgħin liċ-ċittadini jifhmuha.

Emenda    33

Proposta għal Regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sistema li l-Istati Membri jistabbilixxu skont l-Artikolu 57(2) għandha tinkludi verifiki sistematiċi li għandu jkollhom fil-mira wkoll l-oqsma fejn hemm l-ogħla riskju ta' żbalji.

Is-sistema li l-Istati Membri jistabbilixxu skont l-Artikolu 57(2) għandha tinkludi verifiki sistematiċi li għandu jkollhom fil-mira wkoll l-oqsma fejn hemm l-ogħla riskju ta' żbalji, u fejn in-natura ta' dawn ir-riskji jippreżentaw l-ogħla grad ta' ħsara għall-ambjent, għall-klima u għas-saħħa pubblika jew tal-annimali.

Ġustifikazzjoni

Dan jaġġorna l-kunċett ta' riskju għall-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni. Il-prinċipju ta' "riskju għall-Fondi" li s'issa ġie applikat għandu jinftiehem ukoll bħala nfiq tal-UE u tal-fondi pubbliċi tal-Istati Membri b'mod effikaċi: Dan ifisser li, skont il-prinċipju tal-effiċjenza baġitarja, il-PAK ma għandux jippermetti nfiq mill-fondi pubbliċi li jġarrab spejjeż addizzjonali, peress li dawn l-ispejjeż esternalizzati jiġu koperti mill-fondi pubbliċi aktar tard.

Emenda    34

Proposta għal Regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-verifiki ma għandhomx jitwettqu fil-livell tal-BEI jew fil-livell ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist.

Il-verifiki ma għandhomx jitwettqu mill-Istati Membri fil-livell tal-BEI jew fil-livell ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist. Dawn il-kontrolli sistematiċi tal-konformità u tal-koerenza għandhom jitwettqu mill-Unjoni jew f'livell xieraq ieħor.

Emenda    35

Proposta għal Regolament

Artikolu 65 – paragrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

4a.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li s-settijiet tad-data miġbura permezz tas-sistema integrata, u li huma rilevanti għall-Kummissjoni biex tanalizza, timmonitorja u tivvaluta l-impatt tal-PAK, tal-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u tal-interventi appoġġati mill-objettivi ta' żvilupp tal-Unjoni u mill-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, jkunu kondiviżi mingħajr ħlas mal-Kummissjoni u, fejn meħtieġ, mal-korpi nazzjonali tal-Istati Membri responsabbli biex ifasslu l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK u mal-Awtoritajiet Maniġerjali nazzjonali għall-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK.

Emenda    36

Proposta għal Regolament

Artikolu 76 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 76 a

 

Prova ta' investimenti responsabbli u prattiki tajba

 

L-impriżi li jixtiequ li l-investimenti u l-prattiki tajba tagħhom, li jistgħu jegħlbu l-impatti negattivi, jitqiesu fil-qafas tal-valutazzjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) .../... [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] għandhom jipprovdu l-prova meħtieġa lill-Kummissjoni.

Emenda    37

Proposta għal Regolament

Artikolu 78 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom ikun sar jew ikun wasal il-pagament tal-ammont ikkonċernat f'dak l-Istat Membru jew li għalihom kellu jsir jew kellu jasal dan il-pagament.

2.  L-Istati Membri għandhom jibagħtu lill-Kummissjoni lista tal-impriżi stabbiliti f'pajjiż terz li għalihom ikun sar jew ikun wasal il-pagament tal-ammont ikkonċernat f'dak l-Istat Membru jew li għalihom kellu jsir jew kellu jasal dan il-pagament. Meta jkun meħtieġ, il-Kummissjoni għandha tistieden esperti minn pajjiżi terzi, inkluż minn pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, sabiex tikseb valutazzjoni tal-impatti esterni tal-implimentazzjoni tal-PAK fil-livell tal-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Fi spirtu ta' kooperazzjoni soda u effiċjenti ma' pajjiżi terzi, il-Kummissjoni għandha ssaħħaħ id-djalogu tagħha mal-pajjiżi sħab dwar kwalunkwe aspett li għandu impatt fuq il-proċess ta' żvilupp tagħhom. L-inputs mis-sħab tal-Unjoni għandu jkollhom l-għan li jidentifikaw u jirrimedjaw l-inkoerenzi tal-politiki tal-UE, speċjalment bejn l-aspetti esterni tal-politiki interni u tal-politiki esterni minnhom infushom.

Emenda    38

Proposta għal Regolament

Artikolu 83 – paragrafu 1 – punt aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(aa)  l-għoti tal-provi msemmi fl-Artikolu 76a fir-rigward ta' investimenti responsabbli u prattiċi tajba;

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni

Referenzi

COM(2018)0393 – C8-0247/2018 – 2018/0217(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

5.7.2018

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Maria Heubuch

11.7.2018

Eżami fil-kumitat

19.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

7.2.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

20

0

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Beatriz Becerra Basterrechea, Ignazio Corrao, Charles Goerens, Maria Heubuch, György Hölvényi, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Elly Schlein, Bogusław Sonik, Mirja Vehkaperä, Anna Záborská

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Stefan Gehrold, Bernd Lucke, Judith Sargentini

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Asim Ademov, Czesław Hoc, Monika Hohlmeier, John Howarth, Tom Vandenkendelaere, Josef Weidenholzer, Bogdan Andrzej Zdrojewski

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

20

+

ALDE

Beatriz Becerra Basterrechea, Charles Goerens, Mirja Vehkaperä

EFDD

Ignazio Corrao

PPE

Asim Ademov, Stefan Gehrold, Monika Hohlmeier, György Hölvényi, Bogusław Sonik, Tom Vandenkendelaere, Anna Záborská, Bogdan Andrzej Zdrojewski

S&D

John Howarth, Arne Lietz, Linda McAvan, Norbert Neuser, Elly Schlein, Josef Weidenholzer

VERTS/ALE

Maria Heubuch, Judith Sargentini

0

-

 

 

2

0

ECR

Czesław Hoc, Bernd Lucke

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni

(1)

Kummissjoni Ewropea, Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Kunsill u l-Parlament Ewropew: Qafas ta' politika tal-UE biex jgħin lill-pajjiżi li qed jiżviluppaw jindirizzaw l-isfidi fil-qasam tas-sigurtà tal-ikel. COM(2010)127 final. Brussell, KE, 31 ta' Marzu 2010.


OPINJONI tal-Kumitat għall-Baġits (23.11.2018)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

(COM(2018)0393 – C8‑0247/2018 – 2018/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Zbigniew Kuźmiuk

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Fl-abbozz ta' regolament orizzontali dwar il-PAK (COM(2018)393), il-Kummissjoni tipproponi li tinżamm kif inhi l-istruttura tal-finanzjament kurrenti tal-PAK minn żewġ fondi separati: il-FAEG u l-FAEŻR. Il-miżuri b'kopertura ġenerali mħallsa fis-sistema annwali taħt l-ewwel pilastru jiġu supplimentati b'fondi taħt il-programmi pluriennali tal-pilastru II.

Fil-proposti tal-Kummissjoni għall-QFP tal-UE għall-2021-2027, l-ammont allokat għall-PAK huwa ta' EUR 324,3 biljun fi prezzijiet kostanti. Iż-żewġ pilastri tal-PAK mistennija li se jinżammu kif inhuma. Għall-pagamenti diretti u l-interventi tas-suq, il-Kummissjoni għamlet dispożizzjoni għal EUR 254,2 biljun fi prezzijiet kostanti, b'EUR 70 biljun fi prezzijiet kostanti għall-iżvilupp rurali.

Ir-Rapporteur ma jaqbilx mat-tnaqqis fil-livell tal-finanzjament mill-UE għall-PAK.

Tnaqqis sinifikanti fin-nefqa tal-PAK (EUR 31,896 biljun fi prezzijiet kostanti (2018) għall-ewwel pilastru, tnaqqis ta' 11 %; EUR 26,675 biljun fi prezzijiet kostanti (2018) għat-tieni pilastru, tnaqqis ta' 28 % jista' jkollu impatt negattiv fuq l-abilità li l-objettivi ta' din il-politika jintlaħqu. Tnaqqis bħal dan ikollu konsegwenzi negattivi, li jmorru lil hinn miż-żoni rurali. B'mod partikolari, it-tnaqqis radikali fil-finanzjament tat-tieni pilastru jista' jwaqqaf il-proċess tat-tneħħija tal-inugwaljanzi bejn iż-żoni agrikoli fl-Istati Membri differenti. Barra minn hekk, it-tnaqqis jista' jaffettwa b'mod sproporzjonat lill-pajjiżi inqas prosperi li għandhom l-akbar ħtieġa ta' konverġenza ekonomika ulterjuri. Impatt simili jista' jinkiseb permezz ta' żieda fil-livell ta' kofinanzjament nazzjonali tan-nefqa taħt it-tieni pilastru tal-PAK.

Fil-fehma tar-Rapporteur, iż-żieda fl-ambizzjonijiet ambjentali u klimatiċi tal-PAK għandha tmur id f'id mal-għoti ta' baġit akbar għal dan il-għan. Inkella, l-impożizzjoni fuq il-bdiewa ta' rekwiżiti li jkunu ambizzjużi u kkumplikati wisq ikollha impatt negattiv fuq l-ilħiq tal-objettivi u r-riżultati tal-PAK.

Ir-Rapporteur jinsisti fuq l-iżgurar ta' kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni għall-bdiewa tal-UE fis-suq uniku tal-UE. Il-bdiewa li joperaw minn ġewwa s-suq intern tal-UE jeħtiġilhom jissodisfaw l-istess standards ta' produzzjoni tal-UE li kulma jmur qed jogħlew iktar. Għalhekk, ir-Rapporteur huwa favur li l-livell tal-pagamenti diretti jiġi ugwalizzat bis-sħiħ bejn l-Istati Membri u jinsisti fuq li jitlesta għalkollox il-proċess tat-tneħħija tad-differenzi fil-pagamenti diretti fil-perspettiva finanzjarja 2021-2027. Bl-objettivi l-ġodda tal-PAK, ir-rata tal-ugwalizzazzjoni tal-pagamenti diretti proposta mill-Kummissjoni tibqa' żżomm disparitajiet kbar, mhux ġustifikati u inkonsistenti b'appoġġ għall-produtturi agrikoli li joperaw fis-suq uniku.

Ir-Rapporteur iqis li r-riżerva agrikola l-ġdida li nħolqot taħt il-FAEG għandha tikkostitwixxi linja baġitarja separata, bin-nefqa tal-FAEG ippjanata għal dan il-għan fil-limitu tal-FAEG għas-sena kurrenti tal-perjodu 2021-2027, mingħajr ma titnaqqas in-nefqa għall-pagamenti diretti.

Ir-Rapporteur huwa favur li terġa' tiġi kif kienet l-esklużjoni tal-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja għall-benefiċjarji li jirċievu sa EUR 2 000 f'pagamenti diretti. Il-kopertura għall-benefiċjarji agrikoli kollha, kif proposta mill-KE, mhix se tilħaq l-objettiv li tibbilanċja d-distribuzzjoni tal-appoġġ dirett bejn l-azjendi agrikoli ta' daqsijiet diversi.

Fil-fehma tar-Rapporteur, il-proposta tal-Kummissjoni li r-regola ta' N+3 li torbot bħalissa tiġi sostitwita bir-regola ta' N+2 għad-diżimpenn tal-impenji tal-baġit mhux użati relatati mal-interventi ta' żvilupp rurali se tillimita l-implimentazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK u thedded li l-Istati Membri jitilfu l-fondi.

Ir-Rapporteur jipproponi li l-ammont tal-avvanzi ħalli l-Istati Membri jimplimentaw interventi finanzjati mill-FAEŻR jiżdied għal 5 % fl-ewwel sena tal-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku tal-PAK, jiġifieri fl-2021.

B'rabta mal-mudell ta' implimentazzjoni l-ġdid tal-PAK, l-abbozz ta' regolament estenda l-lista ta' każijiet li fihom il-Kummissjoni tista' tissospendi l-pagamenti. Sadattant, huma u jimmaniġġjaw il-programmi finanzjati mill-PAK, l-Istati Membri diġà qed jagħmlu ħilithom biex jikkonkludu l-kuntratti u jonfqu dawn il-fondi b'mod effiċjenti.

Fil-fehma tar-Rapporteur, l-istabbiliment propost tal-istadji importanti annwali mhuwiex se jwassal biex il-PAK tkun immirata aħjar, iżda biex ikun hemm piżijiet amministrattivi sinifikanti u iktar riskji finanzjarji għall-Istati Membri u l-bdiewa.

Għal raġunijiet ta' simplifikazzjoni, ir-Rapporteur jipproponi li titħassar ir-regola tar-rimborż fl-Artikolu 15, li, fil-fehma tiegħu, għandu jiġi regolat permezz tad-dispożizzjonijiet tal-att ta' implimentazzjoni u mhux permezz ta' regola stabbilita fl-att bażiku.

Ir-Rapporteur jipproponi wkoll li l-Artikolu 35 jitħassar minħabba l-fatt li l-possibbiltà li tintuża r-riżerva ta' prestazzjoni għandha tkun kundizzjonali fuq ir-riżultati, iżda l-eliġibbiltà tal-kosti fil-livell tal-benefiċjarju m'għandhiex tkun marbuta mal-"output irrappurtat li jkun korrispondenti". Dan l-approċċ se jintroduċi limitazzjonijiet u diffikultajiet mill-akbar fl-istadju tal-istrumenti ta' programmazzjoni u implimentazzjoni.

Fil-fehma tar-Rapporteur, l-Artikoli 37, 38 u 39 għandhom jiġu mħassra minħabba l-konsegwenzi finanzjarji tagħhom għall-Istati Membri li jirriżultaw mid-deċiżjonijiet meħuda b'mod unilaterali mill-Kummissjoni li l-pagamenti jiġu sospiżi. Fil-preżentazzjoni ta' din il-proposta, il-Kummissjoni ma ssostanzjatx kif sistema bħal din għall-implimentazzjoni tal-pjan strateġiku pluriennali se tiżgura li l-objettivi se jiġu implimentati aħjar milli hu l-każ meta tkun qed tiġi applikata r-regola ta' N+3.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Baġits jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 1 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1a)  Fir-riżoluzzjoni tiegħu tat-30 ta' Mejju 2018 dwar il-qafas finanzjarju pluriennali u r-riżorsi proprji għall-2021-2027 (2018/2714(RSP), il-Parlament Ewropew iddeplora l-fatt li l-proposta tal-Kummissjoni tat-2 ta' Mejju 2018 dwar il-QFP 2021-2027 wasslet għal tnaqqis ta' 15 % fil-livell tal-politika agrikola komuni, u stqarr li kien partikolarment kontra kwalunkwe tnaqqis radikali li jista' jippreġudika n-natura u l-objettivi nfushom ta' din il-politika. Qajjem dubju wkoll, f'dan il-kuntest, dwar il-proposta li jitnaqqas il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali b'aktar minn 25 %.

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Premessa 1b (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1b)  Meta jitqies kemm huma importanti għall-bdiewa l-pagamenti diretti u l-pagamenti l-oħra kollha fl-ewwel pilastru kif ukoll il-fondi tat-tieni pilastru, li jagħmel kontribuzzjoni sinifikanti għall-investiment u l-impjiegi fiż-żoni rurali, u minħabba r-rwol fundamentali tal-politika agrikola komuni, it-tnaqqis sever maħsub għat-tieni pilastru tal-PAK mhuwiex aċċettabbli. Għalhekk, huwa essenzjali li jinżamm il-finanzjament allokat għall-politika agrikola komuni 2012-2027 għall-UE-27 tal-anqas għal-livell tal-baġit 2014-2020 filwaqt li jitqiegħed fil-baġit l-ammont inizjali għar-riserva agrikola waqt kriżi: EUR 383.255 biljun fi prezzijiet tal-2018 (jiġifieri EUR 431.946 biljun fi prezzijiet kurrenti).

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 1c (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(1c)  L-agrikoltura ma tridx issofri żvantaġġ finanzjarju b'riżultat ta' deċiżjonijiet politiċi bħall-ħruġ tar-Renju Unit mill-UE jew il-finanzjament ta' politiki Ewropej ġodda.

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat. Madankollu, jenħtieġ li jitneħħa l-limitu ta' EUR 2000. Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f'każ ta' żviluppi tas-suq jew kriżijiet ewlenin li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Sabiex tiġi ssimplifikata b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jintuża mekkaniżmu ta' riportament li juża kull ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li se tiġi stabbilita fl-2020 li ma jkunx intuża. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(d) li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara. Barra minn hekk, għas-sena finanzjarja tal-2020, hemm bżonn ta' deroga oħra minħabba li jenħtieġ li l-ammont kollu tar-riżerva li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 jiġi riportat għall-2021 għal-linja korrispondenti tar-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(14)  Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat. Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f'każ ta' żviluppi tas-suq jew kriżijiet ewlenin li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(d) li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara.

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni tal-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja għandha tibqa' tinżamm għall-benefiċjarji li jirċievu sa EUR 2 000 f'pagamenti diretti. Il-kopertura għall-benefiċjarji agrikoli kollha, kif proposta mill-Kummissjoni, mhix se tilħaq l-objettiv li tibbilanċja d-distribuzzjoni tal-appoġġ dirett bejn l-azjendi agrikoli ta' daqsijiet diversi. Ir-riżerva agrikola li tkun għadha kif inħolqot għandha tikkostitwixxi partita baġitarja separata, finanzjata mingħajr ma titnaqqas in-nefqa għall-pagamenti diretti.

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Premessa 16 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(16a)  L-ugwalizzazzjoni tal-livell tal-pagamenti diretti fost l-Istati Membri hija essenzjali sabiex jiġu żgurati kondizzjonijiet ekwivalenti ta' kompetizzjoni fis-suq uniku tal-UE. Hemm il-ħtieġa urġenti li ssir distribuzzjoni ġusta tal-pagamenti diretti bejn l-Istati Membri.

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Premessa 22

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(22)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni finanzjarja tal-FAEŻR, jenħtieġ li jiġu previsti dispożizzjonijiet dwar l-impenji baġitarji, dwar l-iskadenzi għall-pagamenti, dwar id-diżimpenn u dwar l-interruzzjonijiet. L-interventi għall-iżvilupp rurali jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni abbażi ta' impenji li jsiru bħala pagamenti akkont annwali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-Fondi tal-Unjoni previsti malli jiġu approvati l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Għalhekk hemm bżonn ta' sistema ta' prefinanzjament ristretta kif xieraq biex ikun żgurat fluss kostanti ta' fondi sabiex il-pagamenti lill-benefiċjarji tal-interventi jsiru f'waqthom.

(22)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-ġestjoni finanzjarja tal-FAEŻR stabbilita fir-rigward tal-linji relevanti tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni, jenħtieġ li jiġu previsti dispożizzjonijiet dwar l-impenji baġitarji, dwar l-iskadenzi għall-pagamenti, dwar id-diżimpenn u dwar l-interruzzjonijiet. L-interventi għall-iżvilupp rurali jiġu ffinanzjati mill-baġit tal-Unjoni abbażi ta' impenji li jsiru bħala pagamenti akkont annwali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw il-Fondi tal-Unjoni previsti malli jiġu approvati l-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK. Għalhekk hemm bżonn ta' sistema ta' prefinanzjament ristretta kif xieraq biex ikun żgurat fluss kostanti ta' fondi sabiex il-pagamenti lill-benefiċjarji tal-interventi jsiru f'waqthom.

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  diżastru naturali kbir li jolqot serjament lill-azjenda;

(a)  diżastru naturali li jolqot serjament lill-azjenda;

Ġustifikazzjoni

Id-definizzjoni ta' fenomeni relatati mat-temp li għandhom karatteristiċi ta' diżastru naturali hija bażata fuq id-dritt nazzjonali. Il-klassifikazzjoni tal-livell ta' diżastru naturali se twassal għal-diffikultajiet ta' interpretazzjoni li m'hemmx bżonnhom.

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenza tal-15 ta' Frar imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Marzu meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob dan, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju.

Il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenza tal-15 ta' Frar imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Mejju meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob dan, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju.

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ssuġġerit ta' erba' xhur għat-tlestija, iċ-ċertifikazzjoni u l-proċedura ta' Kumitat ta' Ġestjoni għar-rapport ta' prestazzjoni jista' jippreżenta sfida u jkun inqas mill-perjodu attwalment fis-seħħ għar-rapportar taħt il-Pilastru II. Għandu jingħata żmien biżżejjed biex tinġabar l-informazzjoni.

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, b'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont kollu tar-riżerva għall-kriżijiet li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 għandu jiġi riportat għall-2021 mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-finanzjament tar-riżerva għall-agrikoltura.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-proposta tal-Kummissjoni li, fl-2021, ir-riżerva għall-kriżijiet tal-2020 li ma tkunx intużat tiġi ritornata fis-sura ta' pagamenti diretti akbar lill-produtturi agrikoli għandha titwaqqa'. Ir-riżerva għall-agrikola l-ġdida għandha tikkostitwixxi partita baġitarja separata (bin-nefqa ppjanata għal dan il-għan bħala parti mil-limitu tal-2021) mingħajr ma titnaqqas in-nefqa għall-pagamenti diretti fl-2014-2020. Dan huwa ġustifikat min-natura tal-iżborż ta' fondi minn din ir-riżerva, li għandhom jappoġġaw il-mekkaniżmi tas-suq taħt il-QFP li jmiss.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

1a.  Ir-rata ta' aġġustament għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jaqbżu l-EUR 2 000 li jridu jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti.

Ġustifikazzjoni

L-esklużjoni tal-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja għandha tibqa' tinżamm għall-benefiċjarji li jirċievu sa EUR 2 000 f'pagamenti diretti. Il-kopertura għall-benefiċjarji agrikoli kollha, kif proposta mill-Kummissjoni, mhix se tilħaq l-objettiv li tibbilanċja d-distribuzzjoni tal-appoġġ dirett bejn l-azjendi agrikoli ta' daqsijiet diversi. Din l-emenda se tiskatta wkoll il-ħtieġa ta' kosti addizzjonali biex is-sistemi tal-IT jinbnew mill-ġdid.

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jagħmlu pagamenti bil-quddiem, fil-każ tal-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, li jkunu jkopru sa 50 % ta' dawk l-interventi qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru;

(a)  jagħmlu pagamenti bil-quddiem, fil-każ tal-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, li jkunu jkopru sa 75 % ta' dawk l-interventi qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru;

Ġustifikazzjoni

Bil-għan tas-semplifikazzjoni, l-iskedi ta' żmien armonizzati u l-perċentwali għall-avvanzi bejn interventi għall-pagamenti diretti u interventi għall-iżvilupp rurali jkunu ġustifikati.

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għal interventi oħrajn għall-iżvilupp rurali fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-Fondi tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew li jkunu ġew irkuprati biss għal ħidma tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u dejjem jekk dawn il-fondi ma jiġux riallokati għal ħidmiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.

L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għal operazzjonijiet oħrajn għall-iżvilupp rurali fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-Fondi tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew li jkunu ġew irkuprati biss għal ħidma tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u dejjem jekk dawn il-fondi ma jiġux riallokati għal ħidmiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.

Ġustifikazzjoni

Skont l-abbozz ta' leġiżlazzjoni tal-UE, il-kelma "intervent" tfisser l-istrument ta' appoġġ (l-Artikolu 3(c) tal-abbozz ta' regolament dwar il-pjanijiet strateġiċi tal-PAK). Id-dispożizzjoni tal-Artikolu 55 proposta mill-Kummissjoni tfisser li l-fondi rkuprati mingħand il-benefiċjarju għandhom jiġu allokati għall-implimentazzjoni ta' azzjoni oħra u mhux "imorru lura" fil-baġit tal-miżura li taħtha jkunu ġew irkuprati. Ma hemm l-ebda ġustifikazzjoni sostantiva biex il-fondi rkuprati mill-benefiċjarju X ma jintużawx għal operazzjoni tal-benefiċjarju Y, implimentati kif suppost taħt l-istrument ta' appoġġ inkwistjoni.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni

Referenzi

COM(2018)0393 – C8-0247/2018 – 2018/0217(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

11.6.2018

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Zbigniew Kuźmiuk

9.7.2018

Eżami fil-kumitat

26.9.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.11.2018

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

24

3

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Lefteris Christoforou, Gérard Deprez, Manuel dos Santos, André Elissen, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Ingeborg Gräßle, Monika Hohlmeier, John Howarth, Bernd Kölmel, Zbigniew Kuźmiuk, Vladimír Maňka, Jan Olbrycht, Răzvan Popa, Petri Sarvamaa, Jordi Solé, Patricija Šulin, Eleftherios Synadinos, Indrek Tarand, Isabelle Thomas, Inese Vaidere, Monika Vana, Daniele Viotti, Tiemo Wölken, Stanisław Żółtek

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karine Gloanec Maurin, Giovanni La Via, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Tomáš Zdechovský

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

24

+

ALDE

Nedzhmi Ali, Jean Arthuis, Gérard Deprez

ECR

Zbigniew Kuźmiuk

PPE

Lefteris Christoforou, José Manuel Fernandes, Monika Hohlmeier, Giovanni La Via, Ivana Maletić, Andrey Novakov, Jan Olbrycht, Petri Sarvamaa, Patricija Šulin, Inese Vaidere, Tomáš Zdechovský

S&D

Eider Gardiazabal Rubial, Karine Gloanec Maurin, John Howarth, Vladimír Maňka, Răzvan Popa, Manuel dos Santos, Isabelle Thomas, Daniele Viotti, Tiemo Wölken

3

-

ENF

André Elissen, Stanisław Żółtek

NI

Eleftherios Synadinos

5

0

ECR

Bernd Kölmel

PPE

Ingeborg Gräßle

VERTS/ALE

Jordi Solé, Indrek Tarand, Monika Vana

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit (.2.2019)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-Politika Agrikola Komuni

(COM(2018)0393 – C8‑0247/2018 – 2018/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Claudia Schmidt

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jilqa' t-tentattiv tal-Kummissjoni li, rigward il-PAK, timxi minn mudell ibbażat fuq il-konformità lejn mudell ibbażat fuq il-prestazzjoni.

Madankollu, kif il-Qorti Ewropea tal-Awdituri stqarret fl-Opinjoni 7/2018 tagħha, "din il-bidla ma teliminax il-ħtieġa ta' verifika tal-legalità u tar-regolarità". Jekk, fil-proposta tal-Kummissjoni, ir-rwol superviżorju tal-Istati Membri ma jinbidilx, il-kontroll tal-legalità u tar-regolarità mill-korpi ta' ċertifikazzjoni ma jibqax obbligatorju, skont il-Qorti. Mhuwiex ċar jekk il-kontroll mill-korpi ta' ċertifikazzjoni jkoprix id-definizzjonijiet u l-kriterji speċifiċi ta' eliġibbiltà stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK. Ir-rapportar u l-assigurazzjoni li l-Kummissjoni tikseb jinbidlu b'mod sinifikanti. Il-Kummissjoni mhix ser tirċievi la l-istatistika ta' kontroll mill-aġenziji tal-pagamenti, u lanqas l-assigurazzjoni dwar il-pagamenti lil bdiewa individwali mill-korpi taċ-ċertifikazzjoni.

F'konformità mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni tibqa' finalment responsabbli għall-implimentazzjoni tal-baġit f'kooperazzjoni mal-Istati Membri, inkluż għall-pagamenti li jsiru fi ħdan l-Istati Membri. Il-proposta tal-Kummissjoni ser ikollha l-impatt li ddgħajjef ir-responsabbiltà tal-Kummissjoni f'dan ir-rigward.

Il-Kummissjoni ma tkunx tista' tibqa' tikkwantifika kemm il-pagamenti jkunu kisru r-regoli. Il-proposta tagħmilha wkoll aktar diffiċli li jitħaddem approċċ ta' awditu uniku, b'mod partikolari minħabba r-rwol imnaqqas tal-korpi ta' ċertifikazzjoni. Il-każijiet reċenti ta' qtil ta' ġurnalisti investigattivi jfakkarna li dan mhuwiex il-waqt li ndgħajfu l-katina ta' kontrolli tal-UE fuq it-tranżazzjonijiet finanzjarji sal-benefiċjarji finali.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkonsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-PAK") tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi u fis-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli.

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-PAK") tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih filwaqt li tadattahom u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi u fis-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli.

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Premessa 8 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(8a)  F'konformità mal-Artikolu 208 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jenħtieġ li l-implimentazzjoni tal-PAK tkun koerenti mal-objettivi tal-kooperazzjoni għall-iżvilupp, inkluża, inter alia, l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli. Il-miżuri li jittieħdu skont dan ir-Regolament jenħtieġ li ma jipperikolaw la l-kapaċità tal-produzzjoni tal-ikel u s-sigurtà tal-ikel fit-tul tal-pajjiżi fil-fażi tal-iżvilupp, b'mod partikolari l-pajjiżi l-anqas żviluppati, u lanqas it-twettiq tal-obbligi tal-Unjoni rigward il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima skont il-Ftehim ta' Pariġi.

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-Fondi, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta' diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li l-korp ta' koordinazzjoni jieħu wkoll azzjoni biex isolvi n-nuqqasijiet ta' natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li dan iżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar is-segwitu tagħhom.

(10)  Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-Fondi, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta' diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li l-korp ta' koordinazzjoni jieħu wkoll azzjoni biex isolvi n-nuqqasijiet ta' natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li dan iżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar is-segwitu tagħhom. Jenħtieġ li l-aġenziji tal-pagament jiżviluppaw ir-rwol tagħhom bħala konsulenti għall-bdiewa u jagħmlu sforzi biex jissimplifikaw il-proċeduri u jiżguraw il-konformità mal-istandards fil-livell Ewropew.Barra minn hekk, b'rikonoxximent tal-Mudell ta' Implimentazzjoni Ġdid, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu medjazzjoni funzjonalment indipendenti kif ukoll istanza għall-appelli li jkollha l-għarfien espert meħtieġ u rappreżentanza tal-partijiet interessati;

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat. Madankollu, jenħtieġ li jitneħħa l-limitu ta' EUR 2000. Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f'każ ta' żviluppi tas-suq jew kriżijiet ewlenin li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Sabiex tiġi ssimplifikata b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jintuża mekkaniżmu ta' riportament li juża kull ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li se tiġi stabbilita fl-2020 li ma jkunx intuża. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(d) li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara. Barra minn hekk, għas-sena finanzjarja tal-2020, hemm bżonn ta' deroga oħra minħabba li jenħtieġ li l-ammont kollu tar-riżerva li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 jiġi riportat għall-2021 għal-linja korrispondenti tar-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(14)  Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat. Madankollu, jenħtieġ li jitneħħa l-limitu ta' EUR 2000. Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f'każ ta' żviluppi tas-suq jew kriżijiet ewlenin li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. Jenħtieġ li r-riżerva għall-kriżijiet tkun strument flessibbli li jiffunzjona, mekkaniżmu li permezz tiegħu l-UE tkun tista' tirrispondi aħjar għal kwalunkwe kriżi li jkollha konsegwenzi fl-UE kollha kemm hi fuq kwalunkwe settur agrikolu, speċjalment f'termini ekonomiċi. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Sabiex tiġi ssimplifikata b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jintuża mekkaniżmu ta' riportament li juża kull ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li se tiġi stabbilita fl-2020 li ma jkunx intuża. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(d) li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara. Barra minn hekk, għas-sena finanzjarja tal-2020, hemm bżonn ta' deroga oħra minħabba li jenħtieġ li l-ammont kollu tar-riżerva li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 jiġi riportat għall-2021 għal-linja korrispondenti tar-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Premessa 30

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(30)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f'każijiet ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f'każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar.

(30)  F'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha wkoll is-setgħa tissospendi l-pagamenti. Għalhekk, f'każijiet ta' dewmien fil-progress lejn il-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK, jew f'każijiet fejn ma jkunx sar biżżejjed progress biex dawn jintlaħqu, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa titlob, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, lill-Istat Membru kkonċernat jieħu l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha u li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress. Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li l-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni jkollha s-setgħa tissospendi, permezz ta' att ta' implimentazzjoni, il-pagamenti interim jew il-pagamenti ta' kull xahar. Jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari għar-rispett tad-dritt ambjentali tal-Unjoni kif ukoll tal-impenji tal-Unjoni u tal-Istati Membri skont l-Aġenda 2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli u l-obbligi skont it-Trattati. 

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Jenħtieġ li jinżammu l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta' kontroll u penali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-GALILEO u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista' tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika u biex ikun jista' jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta' Copernicus u mis-servizzi ta' dan il-programm. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta' monitoraġġ tal-erja.

(47)  Jenħtieġ li jinżammu l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta' kontroll u penali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-GALILEO u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista' tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika u biex ikun jista' jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta' Copernicus u mis-servizzi ta' dan il-programm. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta' monitoraġġ tal-erja. L-għan tal-użu ta' din it-teknoloġija jenħtieġ li jkun li jiġi limitat l-ammont ta' spezzjonijiet rikjesti fl-azjendi agrikoli u li jitnaqqas il-piż amministrattiv fuq il-bdiewa. 

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Premessa 48

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(48)  Bħala parti mis-sistemi ta' governanza li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex tiġi implimentata l-PAK, jenħtieġ li s-sistema integrata tiżgura li d-data aggregata pprovduta bħala parti mir-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni tkun affidabbli u tkun tista' tiġi vverifikata. Minħabba l-importanza ta' sistema integrata li taħdem sew, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jittrattaw ukoll kull nuqqas u, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni, jistabbilixxu pjan ta' azzjoni.

(48)  Bħala parti mis-sistemi ta' governanza li jenħtieġ li jkunu fis-seħħ biex tiġi implimentata l-PAK, jenħtieġ li s-sistema integrata tiżgura li d-data aggregata pprovduta bħala parti mir-rappurtar annwali dwar il-prestazzjoni tkun preċiża, affidabbli u tkun tista' tiġi vverifikata. Minħabba l-importanza ta' sistema integrata li taħdem sew, jeħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti tal-kwalità. Jenħtieġ li l-Istati Membri jwettqu valutazzjoni annwali tal-kwalità tas-sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', tas-sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u tas-sistema ta' monitoraġġ tal-erja. Jenħtieġ li l-Istati Membri jittrattaw ukoll kull nuqqas u, jekk jintalbu jagħmlu dan mill-Kummissjoni, jistabbilixxu pjan ta' azzjoni.

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Premessa 57

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(57)  Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu d-dettalji tal-penali, jenħtieġ li dawk il-penali jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jkunu mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew skont il-liġi tal-Unjoni. Sabiex ikun żgurat approċċ effettiv u koerenti min-naħa tal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi prevista rata minima ta' penali fil-livell tal-Unjoni għan-nuqqas ta' konformità li jseħħ għall-ewwel darba minħabba negliġenza, filwaqt li l-okkorrenza mill-ġdid jenħtieġ li twassal għal perċentwal ogħla u l-intenzjonalità tista' twassal għall-esklużjoni totali mill-pagament. Sabiex ikun żgurat li l-penali jkunu proporzjonati, meta n-nuqqas ta' konformità jkun ta' natura minuri u jseħħ għall-ewwel darba, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew idaħħlu sistema ta' twissija bikrija.

(57)  Filwaqt li jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew jistabbilixxu d-dettalji tal-penali, jenħtieġ li dawk il-penali jkunu proporzjonati, effettivi u dissważivi u jkunu mingħajr preġudizzju għal penali oħrajn stabbiliti skont il-liġi nazzjonali jew skont il-liġi tal-Unjoni. Sabiex ikun żgurat approċċ effettiv u koerenti min-naħa tal-Istati Membri, jeħtieġ li tiġi prevista rata minima ta' penali fil-livell tal-Unjoni għan-nuqqas ta' konformità li jseħħ għall-ewwel darba minħabba negliġenza, filwaqt li l-okkorrenza mill-ġdid jenħtieġ li twassal għal perċentwal ogħla u l-intenzjonalità tista' twassal għall-esklużjoni totali mill-pagament. Sabiex ikun żgurat li l-penali jkunu proporzjonati, meta n-nuqqas ta' konformità jkun ta' natura minuri u jseħħ għall-ewwel darba, jenħtieġ li l-Istati Membri jitħallew idaħħlu sistema ta' twissija bikrija flimkien ma' dritt li l-benefiċjarji jirregolarizzaw is-sitwazzjoni personali tagħhom.

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Premessa 69

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(69)  Jekk irid jintlaħaq l-għan li jkun hemm kontroll pubbliku tal-użu tal-flus mill-Fondi, trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ċerta informazzjoni dwar il-benefiċjarji. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi data dwar l-identità tal-benefiċjarju, l-ammont li jkun ingħata u l-fond li minnu jkun ingħata, kif ukoll l-għan u n-natura tat-tip ta' intervent ikkonċernat jew tat-tip ta' miżura kkonċernata. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tiġi ppubblikata b'tali mod li toħloq l-inqas interferenza possibbli mad-dritt tal-benefiċjarji li titħares il-ħajja privata tagħhom u li titħares id-data personali tagħhom – żewġ drittijiet li t-tnejn ġew irrikonoxxuti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

(69)  Jekk irid jintlaħaq l-għan li jkun hemm kontroll pubbliku tal-użu tal-flus mill-Fondi, trid titqiegħed għad-dispożizzjoni tal-pubbliku ċerta informazzjoni dwar il-benefiċjarji. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tinkludi data dwar l-identità tal-benefiċjarju, l-ammont li jkun ingħata u l-fond li minnu jkun ingħata, kif ukoll l-għan u n-natura tat-tip ta' intervent ikkonċernat jew tat-tip ta' miżura kkonċernata u jeħtieġ li tiġi ppubblikata f'format miftuħ u kompjuterizzata. Jenħtieġ li dik l-informazzjoni tiġi ppubblikata b'tali mod li toħloq l-inqas interferenza possibbli mad-dritt tal-benefiċjarji li titħares il-ħajja privata tagħhom u li titħares id-data personali tagħhom – żewġ drittijiet li t-tnejn ġew irrikonoxxuti fl-Artikoli 7 u 8 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "sistemi ta' governanza" tfisser il-korpi ta' governanza li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], fosthom is-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

(b)  "sistemi ta' governanza" tfisser il-korpi ta' governanza li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], fosthom l-obbligi tal-Istati Membri rigward il-protezzjoni effikaċi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 57 ta' dan ir-Regolament u is-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fondi, fosthom it-titjib tal-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-prattiki fil-kuntest tal-PAK, kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI);

(f)  l-istudji dwar il-PAK u l-evalwazzjoni tal-miżuri ffinanzjati mill-Fondi, fosthom it-titjib tal-metodi ta' evalwazzjoni u l-iskambju tal-informazzjoni dwar il-prattiki fil-kuntest tal-PAK, inklużi konsultazzjonijiet ma' partijiet interessati, esperti akkademiċi u NGOs lokali, reġjonali, nazzjonali u internazzjonali, kif ukoll l-istudji li jsiru flimkien mal-Bank Ewropew tal-Investiment (il-BEI);

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  jekk in-nefqa għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 li għalihom il-Kummissjoni ntalbet għal rimborż tkunx legali u regolari jew le. ;

(d)  jekk in-nefqa li għaliha ntalab rimborż mill-Kummissjoni, u b'mod partikolari għall-miżuri stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 1308/2013, ir-Regolament (UE) Nru 228/2013, ir-Regolament (UE) Nru 229/2013 u r-Regolament (UE) 1144/2014 tkunx legali u regolari jew le. ;

Ġustifikazzjoni

Huwa essenzjali li l-korpi ta' ċertifikazzjoni jipprovdu opinjoni dwar in-nefqiet kollha mħallsa lill-benefiċjarji finali li għalihom ikun intalab rimborż mill-Kummissjoni.

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ. Huwa għandu jaħdem b'mod indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti u mill-korp ta' koordinazzjoni kkonċernati, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat lil dik l-aġenzija u lill-korpi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK.

2.  Il-korp taċ-ċertifikazzjoni għandu jkollu l-għarfien espert tekniku meħtieġ, mhux biss mil-lat tal-ġestjoni finanzjarja iżda wkoll bi rbit mal-ilħiq tal-għanijiet previsti tal-interventi u l-pagamenti li jippremjaw il-beni pubbliċi. Id-data u l-informazzjoni kollha li jintużaw biex jippermettu lill-korpi ta' ċertifikazzjoni jagħtu assigurazzjoni li l-għanijiet u l-miri tal-PAK qegħdin jintlaħqu tassew, kif ukoll is-suppożizzjonijiet li jsiru, għandhom ikunu disponibbli b'mod trasparenti u għandhom ikunu bbażati fuq l-evidenza u verifikabbli minn partijiet terzi. Huwa għandu jaħdem b'mod indipendenti mill-aġenzija tal-pagamenti u mill-korp ta' koordinazzjoni kkonċernati, kif ukoll mill-awtorità li tkun akkreditat lil dik l-aġenzija u lill-korpi li jkunu responsabbli għall-implimentazzjoni u għall-monitoraġġ tal-PAK.

Emenda    14

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:

In-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati u:

Emenda    15

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt -a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a)  tkun saret skont ir-regoli tal-Unjoni applikabbli; jew

Emenda    16

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt -aa (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-aa)  għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]:

Emenda    17

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt c – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(ii)  tkun saret skont is-sistemi ta' governanza applikabbli, li ma jkoprux il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK.

(ii)  tkun saret skont is-sistemi ta' governanza applikabbli, li jkopru il-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK.

Ġustifikazzjoni

Ir-rispett tal-kundizzjonijiet kollha ta' eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali, inklużi dawk stabbiliti fil-pjanijiet strateġiċi nazzjonali, għandu jkun garantit mill-aġenziji tal-pagamenti f'konformità mal-prinċipju tal-iskema ta' awditu uniku.

Emenda    18

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-punt (c)(i) tal-ewwel paragrafu ma għandux japplika għall-pagamenti bil-quddiem li jsiru lill-benefiċjarji għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Il-punt (b)(i) tal-ewwel paragrafu ma għandux japplika għall-pagamenti bil-quddiem li jsiru lill-benefiċjarji għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda    19

Proposta għal Regolament

Artikolu 40 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' governanza, il-Kummissjoni tista' titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.

F'każ ta' nuqqasijiet serji fil-funzjonament tas-sistemi ta' governanza, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, titlob lill-Istat Membru kkonċernat jimplimenta l-azzjonijiet meħtieġa ta' rimedju skont pjan ta' azzjoni li jkun fih indikaturi ċari dwar il-progress u li jrid jiġi stabbilit b'konsultazzjoni magħha.

Emenda    20

Proposta għal Regolament

Artikolu 46 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament għandu jservi ta' garanzija għall-Kummissjoni, sakemm hija ma tkunx avżat lill-Istati Membri li ma tistax toqgħod fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għal sena finanzjarja partikolari, u dan ix-xogħol għandha tqisu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha dwar il-ħtieġa li tagħmel awditi fl-Istat Membru kkonċernat.

Għall-finijiet tal-Artikolu 127 tar-Regolament Finanzjarju, ix-xogħol tal-korpi taċ-ċertifikazzjoni msemmijin fl-Artikolu 11 ta' dan ir-Regolament jista' jservi ta' garanzija għall-Kummissjoni, sakemm hija ma tkunx avżat lill-Istati Membri li ma tistax toqgħod fuq ix-xogħol tal-korp taċ-ċertifikazzjoni għal sena finanzjarja partikolari, u dan ix-xogħol għandha tqisu fil-valutazzjoni tar-riskju tagħha dwar il-ħtieġa li tagħmel awditi fl-Istat Membru kkonċernat.

Ġustifikazzjoni

L-iskema ta' awditu uniku ma timplikax li l-Kummissjoni għandha l-obbligu li tieħu assigurazzjoni mix-xogħol tal-entitajiet tal-Istati Membri.

Emenda    21

Proposta għal Regolament

Artikolu 53 – paragrafu 1 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għall-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK u fir-regoli nazzjonali.

L-ewwel subparagrafu ma għandux jestendi l-każijiet ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet tal-eliġibbiltà għall-benefiċjarji individwali stabbiliti fil-Pjanijiet Strateġiċi nazzjonali tal-PAK u fir-regoli nazzjonali.

Emenda    22

Proposta għal Regolament

Artikolu 57 – paragrafu 3 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet ix-xierqa biex jiżguraw li l-penali li jiġu imposti kif imsemmi fil-paragrafu 1(d) ikunu proporzjonati u jkunu mqassmin skont il-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien u l-okkorrenza mill-ġdid tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab.

Ma tapplikax għall-verżjoni Maltija.

Emenda    23

Proposta għal Regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-verifiki tal-ħidmiet li jirċievu għajnuna mill-istrumenti finanzjarji kif imsemmi [fl-Artikolu 52 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tar-Regolament (UE) …/… għandhom jitwettqu biss fil-livell tal-korpi li jkunu qed jimplimentaw dawk l-istrumenti finanzjarji.

Il-verifiki tal-ħidmiet li jirċievu għajnuna mill-istrumenti finanzjarji kif imsemmi [fl-Artikolu 52 tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] tar-Regolament (UE) …/… għandhom jitwettqu fil-livell tal-korpi li jkunu qed jimplimentaw dawk l-istrumenti finanzjarji.

Emenda    24

Proposta għal Regolament

Artikolu 58 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-verifiki ma għandhomx jitwettqu fil-livell tal-BEI jew fil-livell ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist.

Il-verifiki jistgħu jitwettqu wkoll fil-livell tal-BEI jew fil-livell ta' istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali oħrajn li fihom Stat Membru jkun azzjonist.

Emenda    25

Proposta għal Regolament

Artikolu 64 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw is-sistema integrata, il-Kummissjoni tista' titlob l-għajnuna ta' korpi jew ta' persuni speċjalizzati biex tiffaċilita l-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tħaddim tas-sistema integrata u b'mod partikolari biex tagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

3.  Mingħajr preġudizzju għar-responsabbiltajiet tal-Istati Membri li jimplimentaw u japplikaw is-sistema integrata, il-Kummissjoni għandha, fejn meħtieġ, titlob l-għajnuna ta' korpi jew ta' persuni speċjalizzati biex tiffaċilita l-istabbiliment, il-monitoraġġ u t-tħaddim tas-sistema integrata u b'mod partikolari biex tagħti pariri tekniċi lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri.

Emenda    26

Proposta għal Regolament

Artikolu 65 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jżommu d-data u d-dokumentazzjoni kollha b'rabta mal-outputs annwali rrappurtati fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 52 u mal-progress irrappurtat fl-ilħiq tal-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u mmonitorjati skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

L-Istati Membri għandhom jirreġistraw u jżommu d-data u d-dokumentazzjoni kollha b'rabta mal-outputs annwali li jiġu rrappurtati fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 52 u mal-progress irrappurtat fl-ilħiq tal-miri stabbiliti fil-Pjan Strateġiku tal-PAK u mmonitorjati skont l-Artikolu 115 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda    27

Proposta għal Regolament

Artikolu 65 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  L-Istati Membri għandhom jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku għas-settijiet tad-data msemmijin fil-paragrafi 3 u 4 meta t-tali aċċess ikun se jolqot ħażin il-kunfidenzjalità tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

5.  L-Istati Membri jistgħu jillimitaw l-aċċess tal-pubbliku għas-settijiet tad-data msemmijin fil-paragrafi 3 u 4 meta t-tali aċċess ikun se jolqot ħażin il-kunfidenzjalità tad-data personali skont ir-Regolament (UE) 2016/679.

Emenda    28

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jużaw is-sistemi ta' kontroll u l-istrutturi amministrattivi eżistenti tagħhom biex jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-kundizzjonalità.

L-Istati Membri għandhom jużaw is-sistemi ta' kontroll u l-istrutturi amministrattivi eżistenti tagħhom biex jiżguraw il-konformità mar-regoli dwar il-kundizzjonalità.

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni

Referenzi

COM(2018)0393 – C8-0247/2018 – 2018/0217(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

CONT

11.6.2018

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Claudia Schmidt

12.7.2018

Data tal-adozzjoni

29.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

17

1

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Nedzhmi Ali, Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Jonathan Bullock, Luke Ming Flanagan, Ingeborg Gräßle, Jean-François Jalkh, Bogusław Liberadzki, Georgi Pirinski, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Bart Staes, Indrek Tarand, Derek Vaughan, Tomáš Zdechovský

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Karin Kadenbach, Andrey Novakov, Miroslav Poche, Patricija Šulin

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

17

+

ALDE

Nedzhmi Ali

GUE/NGL

Luke Ming Flanagan

PPE

Ingeborg Gräßle, Andrey Novakov, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Claudia Schmidt, Patricija Šulin, Tomáš Zdechovský

S&D

Inés Ayala Sender, Zigmantas Balčytis, Karin Kadenbach, Bogusław Liberadzki, Georgi Pirinski, Miroslav Poche, Derek Vaughan

VERTS/ALE

Bart Staes, Indrek Tarand

1

-

EFDD

Jonathan Bullock

1

0

ENF

Jean-François Jalkh

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


OPINJONI tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (23.1.2019)

għall-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1306/2013

(COM(2018)0393 – C8‑0247/2018 – 2018/0217(COD))

Rapporteur għal opinjoni: Franc Bogovič

ĠUSTIFIKAZZJONI QASIRA

Il-proposti għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) futura jistabbilixxu mudell ġdid tal-implimentazzjoni għall-PAK ta' wara l-2020. Il-pakkett ta' riforma propost mill-Kummissjoni Ewropea jinkludi l-proposta għal riżoluzzjoni dwar il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-PAK (bil-għan li jissostitwixxi r-Regolament Orizzontali (UE) Nru 1306/2013 kurrenti).

Is-Sur Bogovič inħatar mill-Kumitat REGI bħala rapporteur għall-Opinjoni tal-Kumitat REGI dwar dan il-fajl. Ir-rapporteur jaqbel mal-kunċett tal-mudell tal-implimentazzjoni propost tal-PAK, li jirrifletti aktar sussidjarjetà u flessibbiltà għall-Istati Membri fl-implimentazzjoni tal-politika, sabiex il-PAK tkun eqreb lejn il-benefiċjarji (fil-maġġoranza tagħhom magħmula minn bdiewa).

Barra minn hekk, ir-rapporteur jilqa' l-kontinwazzjoni tal-istruttura kurrenti ta' finanzjament tal-PAK, li hija maqsuma f'żewġ pilastri, jiġifieri l-Fond Agrikolu Ewropew ta' Garanzija (FAEG) u l-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u jilqa' wkoll l-istabbiltà proposta mill-Kummissjoni rigward l-istruttura tal-korpi ta' governanza.

Madankollu, ir-rapporteur mhuwiex ċert jekk il-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni jipprovdix simplifikazzjoni u inqas burokrazija. Probabbilment se jkun hemm diversi elementi ta' simplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-PAK, iżda s-simplifikazzjoni mhijiex fiċ-ċert għall-amministrazzjonijiet reġjonali u nazzjonali, li se jkollhom jimplimentaw politika ġdida bbażata fuq il-prestazzjoni. Is-Sur Bogovič jinsab imħasseb ukoll li l-indikaturi tal-prestazzjoni se jkunu diffiċli biex jiġu definiti u mmonitorjati u r-rwol strateġiku tagħhom jista' jitqies aktar bħala għodda ta' kontroll, speċjalment fil-mument tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni (l-Artikolu 52).

B'riżultat ta' dan, ir-rapporteur jipproponi, fost aspetti oħra importanti, l-emendi għall-proposta tal-Kummissjoni li ġejjin:

- peress li l-monitoraġġ tal-prestazzjoni u loġikament l-affidabbiltà tad-data disponibbli jistgħu jżidu wkoll il-kumplessità fl-implimentazzjoni tal-PAK u jibdlu r-rwol ta' wħud mill-korpi ta' governanza, ir-rapporteur iqis li huwa importanti għall-Parlament Ewropew li jkollu rwol aktar prominenti fid-diskussjonijiet marbuta mal-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet (jiġifieri l-Artikoli 52 u 53);

- sabiex tiġi żgurata l-konsistenza, ir-rapporteur iqis li ċerti dettalji għandhom ikunu parti mill-att bażiku u mhux koperti minn atti ta' implimentazzjoni (l-Artikolu 39);

- il-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK ma jistax jiġi applikat fl-2021, imma pjuttost fl-2023 u, għalhekk, huwa meħtieġ perjodu tranżitorju itwal bejn ir-regolamenti tal-PAK kurrenti u dawk futuri (l-Artikolu 104);

- il-mewt tal-benefiċjarju, l-inkapaċità professjonali fit-tul tal-benefiċjarju u każijiet ġustifikati oħra ddefiniti mill-Istati Membri fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom għandhom jiġu inklużi fl-eżenzjonijiet f'każijiet ta' forza maġġuri u f'ċirkostanzi eċċezzjonali (l-Artikolu 3);

- billi l-prinċipju tal-proporzjonalità huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin fir-regolament finanzjarju, dan il-prinċipju jeħtieġ li jiġi ppreservat fil-proposti kurrenti – prinċipalment fir-rabta ma' piżijiet amministrattivi fuq il-bdiewa, l-awtoritajiet kompetenti u l-proċeduri ta' akkreditazzjoni (il-Premessa 47, l-Artikolu 9, l-Artikolu 10);

Fl-aħħar nett, is-Sur Bogovič jemmen li huwa essenzjali li jinżammu s-sinerġiji bejn il-FAEŻR u l-fondi strutturali għall-benefiċċju taż-żoni rurali; il-komplementarjetajiet għandhom jiġu żgurati u l-ostakli leġiżlattivi kollha jeħtieġ li jiġu evitati.

EMENDI

Il-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jistieden lill-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali, bħala l-kumitat responsabbli, biex jieħu inkunsiderazzjoni l-emendi li ġejjin:

Emenda    1

Proposta għal Regolament

Premessa 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-PAK") tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi u fis-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli.

(1)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni intitolata "Il-Ġejjieni tal-Ikel u tal-Biedja" tad-29 ta' Novembru 2017 ikkonkludiet li jenħtieġ li l-Politika Agrikola Komuni (minn hawn 'il quddiem imsejħa "il-PAK") tibqa' żżid ir-rispons tagħha għall-isfidi u l-opportunitajiet tal-ġejjieni billi tagħti spinta lill-impjiegi, lit-tkabbir u lill-investiment, billi titħabat kontra t-tibdil fil-klima u tadatta għalih u billi toħroġ ir-riċerka u l-innovazzjoni mil-laboratorji u tħaddimhom fl-għelieqi u fis-swieq. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-PAK tindirizza t-tħassib taċ-ċittadini b'rabta mal-produzzjoni agrikola sostenibbli u l-iżvilupp rurali.

Ġustifikazzjoni

L-iżvilupp rurali bħala parti integrali tal-PAK għandu jiġi inkluż fl-objettivi li jindirizzaw it-tħassib taċ-ċittadini.

Emenda    2

Proposta għal Regolament

Premessa 5 a (ġdida)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(5 a)  Jenħtieġ li l-Istati Membri joqogħdu lura milli jżidu regoli li jikkumplikaw l-użu tal-FAEG u tal-FAEŻR għall-benefiċjarji.

Emenda    3

Proposta għal Regolament

Premessa 9

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9)  Jeħtieġ jiġi previst l-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' proċeduri għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni u tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ u tas-sistemi tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali min-naħa ta' korpi indipendenti. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ta' verifiki li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ta' validazzjoni u ta' pagament, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f'każijiet meta jkun hemm bżonn tiġi akkreditata kull aġenzija individwali tal-pagamenti, jenħtieġ li l-għadd ta' awtoritajiet u ta' korpi li lilhom jiġu ddelegati dawk ir-responsabbiltajiet ikun limitat filwaqt li jitħarsu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta' kull Stat Membru.

(9)  Jeħtieġ jiġi previst l-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni min-naħa tal-Istati Membri u l-istabbiliment ta' proċeduri għall-kisba tad-dikjarazzjonijiet ta' ġestjoni u tar-rapporti annwali dwar il-prestazzjoni, kif ukoll għall-kisba taċ-ċertifikazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni u ta' monitoraġġ u tas-sistemi tar-rappurtar u taċ-ċertifikazzjoni tal-kontijiet annwali min-naħa ta' korpi indipendenti. Il-bdiewa jenħtieġ li jiġu offruti kumpens finanzjarju għal kwalunkwe pagament tardiv mill-aġenziji tal-pagamenti minħabba żbalji amministrattivi. Barra minn hekk, sabiex tiġi żgurata t-trasparenza tas-sistema ta' verifiki li jridu jitwettqu fil-livell nazzjonali, b'mod partikolari b'rabta mal-proċeduri ta' awtorizzazzjoni, ta' validazzjoni u ta' pagament, u sabiex jitnaqqas il-piż amministrattiv u tal-awditjar tal-Kummissjoni u tal-Istati Membri f'każijiet meta jkun hemm bżonn tiġi akkreditata kull aġenzija individwali tal-pagamenti, jenħtieġ li l-għadd ta' awtoritajiet u ta' korpi li lilhom jiġu ddelegati dawk ir-responsabbiltajiet ikun limitat filwaqt li jitħarsu d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali ta' kull Stat Membru.

Emenda    4

Proposta għal Regolament

Premessa 10

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10)  Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-Fondi, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta' diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li l-korp ta' koordinazzjoni jieħu wkoll azzjoni biex isolvi n-nuqqasijiet ta' natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li dan iżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar is-segwitu tagħhom.

(10)  Meta Stat Membru jakkredita iktar minn aġenzija waħda tal-pagamenti, jenħtieġ li jaħtar korp pubbliku uniku ta' koordinazzjoni biex jiżgura l-konsistenza fil-ġestjoni tal-Fondi, biex jipprevedi kollegament bejn il-Kummissjoni u d-diversi aġenziji tal-pagamenti akkreditati u biex jiżgura li l-informazzjoni li l-Kummissjoni titlob dwar il-ħidma ta' diversi aġenziji tal-pagamenti tingħata minnufih. Jenħtieġ li l-korp ta' koordinazzjoni jieħu wkoll azzjoni biex isolvi n-nuqqasijiet ta' natura komuni li jkunu nstabu fil-livell nazzjonali jew reġjonali u jikkoordina t-tali azzjonijiet, u li dan iżomm lill-Kummissjoni infurmata dwar is-segwitu tagħhom. Fir-relazzjonijiet tagħhom mal-bdiewa, l-aġenziji tal-pagamenti jenħtieġ li jagħmlu ħilithom biex jissimplifikaw il-proċeduri.

Emenda    5

Proposta għal Regolament

Premessa 14

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(14)  Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat. Madankollu, jenħtieġ li jitneħħa l-limitu ta' EUR 2000. Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f'każ ta' żviluppi tas-suq jew kriżijiet ewlenin li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Sabiex tiġi ssimplifikata b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jintuża mekkaniżmu ta' riportament li juża kull ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li se tiġi stabbilita fl-2020 li ma jkunx intuża. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(d) li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara. Barra minn hekk, għas-sena finanzjarja tal-2020, hemm bżonn ta' deroga oħra minħabba li jenħtieġ li l-ammont kollu tar-riżerva li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 jiġi riportat għall-2021 għal-linja korrispondenti tar-riżerva l-ġdida għall-agrikoltura mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(14)  Sabiex ikun żgurat li l-ammonti għall-finanzjament tal-PAK ikunu konformi mal-limiti massimi annwali, jenħtieġ li jinżamm il-mekkaniżmu ta' dixxiplina finanzjarja li bih il-livell ta' appoġġ dirett jiġi aġġustat. Madankollu, jenħtieġ li jitneħħa l-limitu ta' EUR 2000. Jenħtieġ li tinżamm riżerva għall-agrikoltura sabiex is-settur agrikolu jiġi appoġġat f'każ ta' żviluppi tas-suq jew kriżijiet ewlenin li jolqtu lill-produzzjoni jew lid-distribuzzjoni agrikola. L-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament (UE, Euratom) [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] jipprevedi li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati jistgħu jiġu riportati għas-sena finanzjarja ta' wara biss. Sabiex tiġi ssimplifikata b'mod sinifikanti l-implimentazzjoni għall-benefiċjarji u għall-amministrazzjonijiet nazzjonali, jenħtieġ li jintuża mekkaniżmu ta' riportament li juża kull ammont tar-riżerva għall-kriżijiet fis-settur agrikolu li se tiġi stabbilita fl-2020 li ma jkunx intuża. Għal dan il-għan, hemm bżonn ta' deroga mill-Artikolu 12(2)(d) li tippermetti li l-approprjazzjonijiet mhux impenjati tar-riżerva għall-agrikoltura jiġu riportati mingħajr limitu taż-żmien biex jiffinanzjaw lil din ir-riżerva fis-sena jew fis-snin finanzjarji ta' wara.

Emenda    6

Proposta għal Regolament

Premessa 15

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(15)  Sabiex jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-bdiewa jkollhom piż amministrattiv eċċessiv, jenħtieġ li jiġi previst li r-rimborż tal-ammonti li jkunu ġew riportati mis-sena finanzjarja ta' qabel b'rabta mad-dixxiplina finanzjarja applikata ma jsirx meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena oħra sussegwenti (is-sena N+1) jew meta l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati jkun jirrappreżenta inqas minn 0,2 % tal-limitu massimu annwali tal-FAEG.

(15)  Sabiex jiġi evitat li l-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-bdiewa jkollhom piż amministrattiv eċċessiv, u sabiex jiġu ssimplifikati kemm jista' jkun il-proċeduri, jenħtieġ li jiġi previst li r-rimborż tal-ammonti li jkunu ġew riportati mis-sena finanzjarja ta' qabel b'rabta mad-dixxiplina finanzjarja applikata ma jsirx meta d-dixxiplina finanzjarja tiġi applikata għal sena oħra sussegwenti (is-sena N+1) jew meta l-ammont kollu tal-approprjazzjonijiet mhux impenjati jkun jirrappreżenta inqas minn 0,2 % tal-limitu massimu annwali tal-FAEG.

Emenda    7

Proposta għal Regolament

Premessa 21

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(21)  Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex, b'mod partikolari, tkun tista' tamministra s-swieq agrikoli, tiffaċilita l-monitoraġġ tan-nefqa agrikola u timmonitorja r-riżorsi agrikoli fuq perjodu medju taż-żmien u fit-tul, jenħtieġ li jiġi previst l-użu tas-sistema agrometeoroloġika u l-akkwist tad-data mis-satelliti u t-titjib ta' din id-data.

(21)  Sabiex il-Kummissjoni tingħata l-mezzi biex, b'mod partikolari, tkun tista' tamministra s-swieq agrikoli, tiffaċilita l-monitoraġġ tan-nefqa agrikola, tivvaluta u tipprovdi għajnuna fil-pront fil-każ ta' diżastri naturali u timmonitorja r-riżorsi agrikoli fuq perjodu ta' żmien medju u twil, jenħtieġ li jiġi previst l-użu tas-sistema agrometeoroloġika u l-akkwist u t-titjib tad-data mis-satelliti.

Emenda    8

Proposta għal Regolament

Premessa 25

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(25)  Skont l-istruttura u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tal-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu għall-finanzjament tal-Unjoni ma tkunx tiddependi iktar fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji individwali. Minflok, għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li l-pagamenti tal-Istati Membri jkunu eliġibbli jekk ikun hemm output li jikkorrispondi magħhom u jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni applikabbli.

(25)  Skont l-istruttura u l-karatteristiċi ewlenin tal-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK, jenħtieġ li l-eliġibbiltà tal-pagamenti li l-Istati Membri jagħmlu għall-finanzjament tal-Unjoni ma tkunx tiddependi iktar fuq il-legalità u r-regolarità tal-pagamenti lill-benefiċjarji individwali. Minflok, għat-tipi ta' interventi li jissemmew fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], jenħtieġ li l-pagamenti tal-Istati Membri jkunu eliġibbli jekk ikun hemm output li jikkorrispondi magħhom u jekk ikunu konformi mar-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni applikabbli. Huwa neċessarju li jiġi enfasizzat li l-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK jenħtieġ li ma jneħħix il-ħtieġa li jiġu vverifikati l-legalità u r-regolarità tan-nefqa.

Emenda    9

Proposta għal Regolament

Premessa 28

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(28)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-kontijiet annwali u rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lill-Kummissjoni sal-15 ta' Frar tas-sena N+1. Meta ma jintbagħtux dawn id-dokumenti u b'hekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' tapprova l-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata jew ma tkunx tista' tiċċekkja l-eliġibbiltà tan-nefqa mal-outputs irrappurtati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar u tinterrompi r-rimborżi ta' kull tliet xhur sa ma tirċievi d-dokumenti pendenti.

(28)  Jenħtieġ li l-Istati Membri jibagħtu l-kontijiet annwali u rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni tal-Pjan Strateġiku tal-PAK lill-Kummissjoni sal-15 ta' April tas-sena N+1. Meta ma jintbagħtux dawn id-dokumenti u b'hekk il-Kummissjoni ma tkunx tista' tapprova l-kontijiet tal-aġenzija tal-pagamenti kkonċernata jew ma tkunx tista' tiċċekkja l-eliġibbiltà tan-nefqa mal-outputs irrappurtati, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa tissospendi l-pagamenti ta' kull xahar u tinterrompi r-rimborżi ta' kull tliet xhur sa ma tirċievi d-dokumenti pendenti.

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' żmien ta' erba' xhur għat-tlestija, iċ-ċertifikazzjoni u l-proċedura tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tar-rapport dwar il-prestazzjoni jista' jkun diffiċli. Dan se jkun iqsar mill-perjodu ta' żmien kurrenti għar-rappurtar taħt il-Pilastru II, u għalhekk il-15 ta' April N+1 huwa propost bħala d-data biex jintbagħtu l-kontijiet annwali u l-prestazzjoni annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjanijiet strateġiċi tal-PAK.

Emenda    10

Proposta għal Regolament

Premessa 47

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(47)  Jenħtieġ li jinżammu l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta' kontroll u penali. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-GALILEO u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista' tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika u biex ikun jista' jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta' Copernicus u mis-servizzi ta' dan il-programm. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta' monitoraġġ tal-erja.

(47)  Jenħtieġ li l-elementi eżistenti ewlenin tas-sistema integrata u, b'mod partikolari, id-dispożizzjonijiet dwar sistema għall-identifikazzjoni tal-bċejjeċ tar-raba', dwar sistema għall-applikazzjonijiet ġeospazjali u sistema għall-applikazzjonijiet ibbażati fuq l-annimali, dwar sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-intitolamenti għall-pagamenti, dwar sistema għar-reġistrazzjoni tal-identità tal-benefiċjarji u dwar sistema ta' kontroll u penali, jinżammu f'livell xieraq, filwaqt li jitqiesu kif xieraq il-proporzjonalità u l-ħtieġa li ma jintefgħux piżijiet amministrattivi mhux xierqa fuq il-bdiewa u l-korpi amministrattivi. Jenħtieġ li l-Istati Membri jkomplu jużaw il-prodotti tad-data jew tal-informazzjoni pprovduti mill-programm Copernicus, minbarra t-teknoloġiji tal-informazzjoni bħall-GALILEO u l-EGNOS, sabiex ikun żgurat li fl-Unjoni kollha jkun hemm data komprensiva u komparabbli biex tkun tista' tiġi mmonitorjata l-politika agroambjentali u klimatika u biex ikun jista' jissaħħaħ l-użu tad-data u tal-informazzjoni ħielsa u miftuħa kollha maqbuda mis-satelliti Sentinels ta' Copernicus u mis-servizzi ta' dan il-programm. Għal dan il-għan, jenħtieġ li s-sistema integrata tkun tinkludi wkoll sistema ta' monitoraġġ tal-erja.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-prinċipju tal-proporzjonalità huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin fir-regolament finanzjarju, jeħtieġ li dan ir-rwol jiġi ppreservat ukoll fil-proposta HZR. F'dan il-każ rigward il-piżijiet amministrattivi fuq il-bdiewa u l-korpi amministrattivi.

Emenda    11

Proposta għal Regolament

Artikolu 2 – paragrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  "sistemi ta' governanza" tfisser il-korpi ta' governanza li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], fosthom is-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

(b)  "sistemi ta' governanza" tfisser il-korpi ta' governanza li jissemmew fil-Kapitolu II tat-Titolu II ta' dan ir-Regolament, minbarra l-awtorità kompetenti definita fl-Artikolu 9, u r-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni stabbiliti f'dan ir-Regolament u fir-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK], fosthom is-sistema tar-rappurtar stabbilita għall-għanijiet tar-rapport annwali dwar il-prestazzjoni li jissemma fl-Artikolu 121 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK];

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni tat-terminu "sistema ta' governanza", li għandu kopertura usa' mis-"sistema ta' ġestjoni u kontroll" fil-livell tal-HZR tmur lil hinn mir-rekwiżiti bażiċi tal-Unjoni. Il-governanza hija usa' mill-ġestjoni u għalhekk tinkludi, pereżempju, fil-korpi ta' governanza, l-Awtorità Kompetenti.

Emenda    12

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  diżastru naturali kbir li jolqot serjament lill-azjenda;

(a)  diżastru naturali li jolqot serjament lill-azjenda;

Emenda    13

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt da (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(da)  il-mewt tal-benefiċjarju;

Ġustifikazzjoni

Il-kliem kurrenti tal-Artikolu 3 ma jinkludix, bħala forza maġġuri, il-mewt tal-benefiċjarju jew l-inkapaċità professjonali tiegħu fit-tul, li bħalissa huma rikonoxxuti bħala forza maġġuri fir-Regolament 1306/2013. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jestendu l-lista ta' sitwazzjonijiet li se jkunu rikonoxxuti bħala forza maġġuri fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom approvati mill-Kummissjoni.

Emenda    14

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt db (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(db)  inkapaċità professjonali fit-tul tal-benefiċjarju.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem kurrenti tal-Artikolu 3 ma jinkludix, bħala forza maġġuri, il-mewt tal-benefiċjarju jew l-inkapaċità professjonali tiegħu fit-tul, li bħalissa huma rikonoxxuti bħala forza maġġuri fir-Regolament 1306/2013. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jestendu l-lista ta' sitwazzjonijiet li se jkunu rikonoxxuti bħala forza maġġuri fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom approvati mill-Kummissjoni.

Emenda    15

Proposta għal Regolament

Artikolu 3 – paragrafu 1 – punt dc (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(dc)  każijiet iġġustifikati oħra ddefiniti mill-Istati Membri fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom.

Ġustifikazzjoni

Il-kliem kurrenti tal-Artikolu 3 ma jinkludix, bħala forza maġġuri, il-mewt tal-benefiċjarju jew l-inkapaċità professjonali tiegħu fit-tul, li bħalissa huma rikonoxxuti bħala forza maġġuri fir-Regolament 1306/2013. L-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jestendu l-lista ta' sitwazzjonijiet li se jkunu rikonoxxuti bħala forza maġġuri fil-pjanijiet strateġiċi tal-PAK tagħhom approvati mill-Kummissjoni.

Emenda    16

Proposta għal Regolament

Artikolu 6 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-FAEŻR għandu jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jissemmew fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Il-FAEŻR għandu jiġi implimentat permezz tal-ġestjoni kondiviża bejn l-Istati Membri u l-Unjoni. Huwa għandu jiffinanzja l-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku tal-PAK li jissemmew fil-Kapitolu 4 tat-Titolu III u għall-azzjonijiet taħt l-Artikolu 112 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Ġustifikazzjoni

L-FAEŻR għandu jiffinanzja wkoll azzjonijiet relatati mal-għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Istati Membri.

Emenda    17

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ha (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ha)  l-ispejjeż indiretti u l-ispejjeż diretti tal-persunal tal-komunitajiet rurali lokali u ta' atturi lokali simili oħra li jimplimentaw l-operazzjonijiet tal-LEADER, imsejħa żvilupp lokali mmexxi mill-komunità fl-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni (CPR)];

Emenda    18

Proposta għal Regolament

Artikolu 7 – paragrafu 1 – punt ja (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ja)  Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Għalissa r-rappurtar huwa previst biss għall-paragrafu (e) ta' dan l-Artikolu (kif dettaljat fl-Artikolu 44).

Emenda    19

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.

L-aġenziji tal-pagamenti għandhom ikunu dipartimenti jew korpi tal-Istati Membri jew tar-reġjuni li jkunu responsabbli għall-ġestjoni u għall-kontroll tan-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6.

Ġustifikazzjoni

L-aġenziji tal-pagamenti jistgħu jkunu wkoll fil-livell reġjonali, u għalhekk dan għandu jitqies ukoll.

Emenda    20

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti lil dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li jkunu jipprovdu biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali, regolari u kkontabilizzati kif xieraq. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent intern, mal-attivitajiet ta' kontroll, mal-informazzjoni u mal-komunikazzjoni u mal-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1)(a).

L-Istati Membri għandhom jakkreditaw bħala aġenziji tal-pagamenti lil dipartimenti jew korpi li jkollhom organizzazzjoni amministrattiva u sistema ta' kontroll intern li jkunu jipprovdu biżżejjed garanziji li l-pagamenti jkunu legali, regolari u kkontabilizzati kif xieraq. Għal dan il-għan, l-aġenziji tal-pagamenti għandhom jikkonformaw mal-kundizzjonijiet minimi għall-akkreditament f'dak li għandu x'jaqsam mal-ambjent intern, mal-attivitajiet ta' kontroll, mal-informazzjoni u mal-komunikazzjoni u mal-monitoraġġ stabbiliti mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 10(1)(a). Qabel tmiem l-2023, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-tħaddim tas-sistema tal-aġenziji tal-pagamenti fl-Unjoni akkumpanjat, fejn xieraq, minn proposti leġiżlattivi.

Emenda    21

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għall-finijiet tal-Artikolu 63(5) u (6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/… [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju"), sal-15 ta' Frar tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tħejji d-dokumenti li ġejjin u tibgħathom lill-Kummissjoni:

Għall-finijiet tal-Artikolu 63(5) u (6) tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/… [ir-Regolament Finanzjarju l-ġdid] (minn hawn 'il quddiem imsejjaħ "ir-Regolament Finanzjarju"), sal-15 ta' April tas-sena ta' wara s-sena finanzjarja kkonċernata, il-persuna responsabbli għall-aġenzija tal-pagamenti akkreditata għandha tħejji d-dokumenti li ġejjin u tibgħathom lill-Kummissjoni:

Ġustifikazzjoni

Il-perjodu ta' żmien ta' erba' xhur jaf ikun qasir wisq għat-tlestija, iċ-ċertifikazzjoni u l-proċedura tal-Kumitat ta' Monitoraġġ tar-rapport dwar il-prestazzjoni. Għalhekk il-15 ta' April N+1 huwa propost bħala d-data meta jintbagħtu l-kontijiet annwali u l-prestazzjoni annwali, kif ukoll id-dikjarazzjoni ta' ġestjoni.

Emenda    22

Proposta għal Regolament

Artikolu 8 – paragrafu 3 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

B'mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenza tal-15 ta' Frar imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Marzu meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob dan, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju.

B'mod eċċezzjonali, il-Kummissjoni tista' testendi l-iskadenza tal-15 ta' April imsemmija fl-ewwel subparagrafu sal-1 ta' Ġunju meta l-Istat Membru kkonċernat jitlob dan, kif previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(7) tar-Regolament Finanzjarju.

Emenda    23

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 1 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  għat-twettiq tal-kompiti assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan il-Kapitolu.

(d)  għat-twettiq tal-kompiti li huma assenjati lill-awtorità kompetenti skont dan l-Artikolu, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-prinċipju tal-proporzjonalità huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin fir-regolament finanzjarju, jeħtieġ li dan ir-rwol jiġi ppreservat ukoll fil-proposta HZR.

Emenda    24

Proposta għal Regolament

Artikolu 9 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Permezz ta' att formali, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi li toħroġ akkreditament għall-aġenzija tal-pagamenti u għall-korp ta' koordinazzjoni jew li tirtirah wara reviżjoni, abbażi ta' eżami tal-kriterji ta' akkreditament li l-Kummissjoni għandha tadotta skont l-Artikolu 10(1)(a). L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Kummissjoni dwar l-akkreditamenti u l-irtirar tagħhom mingħajr dewmien.

2.  Permezz ta' att formali, l-awtorità kompetenti għandha tiddeċiedi li toħroġ akkreditament għall-aġenzija tal-pagamenti u għall-korp ta' koordinazzjoni, jew li tirtirah wara reviżjoni, abbażi ta' eżami tal-kriterji ta' akkreditament li l-Kummissjoni għandha tadotta skont l-Artikolu 10(1)(a), filwaqt li tqis il-prinċipju tal-proporzjonalità. L-awtorità kompetenti għandha tavża lill-Kummissjoni dwar l-akkreditamenti u l-irtirar tagħhom mingħajr dewmien.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-prinċipju tal-proporzjonalità huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin fir-regolament finanzjarju, jeħtieġ li dan ir-rwol jiġi ppreservat ukoll fil-proposta HZR.

Emenda    25

Proposta għal Regolament

Artikolu 10 – paragrafu 2 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  il-proċeduri għall-ħruġ, għall-irtirar u għar-reviżjoni tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni, kif ukoll il-proċeduri għas-superviżjoni tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti;

(a)  il-proċeduri għall-ħruġ, għall-irtirar u għar-reviżjoni tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti u tal-korpi ta' koordinazzjoni, kif ukoll il-proċeduri għas-superviżjoni tal-akkreditament tal-aġenziji tal-pagamenti, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità;

Ġustifikazzjoni

Peress li l-prinċipju tal-proporzjonalità huwa wieħed mill-prinċipji ewlenin fir-regolament finanzjarju, jeħtieġ li dan ir-rwol jiġi ppreservat ukoll fil-proposta HZR.

Emenda    26

Proposta għal Regolament

Artikolu 11 – paragrafu 1 – subparagrafu 4 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Madankollu, l-Istati Membri li jawtorizzaw aktar minn korp ta' ċertifikazzjoni wieħed jistgħu jaħtru wkoll korp pubbliku fil-livell nazzjonali, li jiġi fdat b'kompiti ta' koordinazzjoni.

Emenda    27

Proposta għal Regolament

Artikolu 12 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun magħmul mill-ammonti massimi stabbiliti għalih fir-Regolament (UE, Euratom) [COM(2018) 322 final].

1.  Il-limitu massimu annwali għan-nefqa tal-FAEG għandu jkun magħmul mill-ammonti massimi stabbiliti għalih fir-Regolament (UE, Euratom) [COM(2018)322 final] li jiffissa l-limiti għall-Istati Membri.

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti ħafna li jkun hemm limiti li jikkonċernaw il-pagamenti għall-Istati Membri sabiex ma jkun hemm l-ebda possibbiltà li dawk l-Istati Membri li jkunu l-ewwel biex jużawhom ikollhom aktar.

Emenda    28

Proposta għal Regolament

Artikolu 14 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Barra minn hekk, b'deroga mill-Artikolu 12(2)(d) tar-Regolament Finanzjarju, l-ammont kollu tar-riżerva għall-kriżijiet li ma jkunx intuża u li jkun disponibbli fi tmiem l-2020 għandu jiġi riportat għall-2021 mingħajr ma jerġa' jiddaħħal fil-linji baġitarji li jkopru l-azzjonijiet imsemmijin fl-Artikolu 5(2)(c) u għandu jitqiegħed għad-dispożizzjoni tal-finanzjament tar-riżerva għall-agrikoltura.

imħassar

Emenda    29

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Ir-rata ta' aġġustament għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti li jaqbżu l-EUR 2 000 li jridu jingħataw lill-bdiewa fis-sena kalendarja korrispondenti.

Emenda    30

Proposta għal Regolament

Artikolu 15 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  Sal-1 ta' Diċembru tas-sena kalendarja li għaliha tkun tapplika r-rata ta' aġġustament, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jadattaw ir-rata ta' aġġustament stabbilita skont il-paragrafu 1 abbażi ta' informazzjoni ġdida. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

2.  Sal-1 ta' Novembru tas-sena kalendarja li għaliha tkun tapplika r-rata ta' aġġustament, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jadattaw ir-rata ta' aġġustament stabbilita skont il-paragrafu 1 abbażi ta' informazzjoni ġdida. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 101(2).

Ġustifikazzjoni

L-aġġustament tad-dixxiplina finanzjarja jrid isir kmieni biżżejjed biex il-pagamenti jkunu jistgħu jsiru fi żmien xieraq.

Emenda    31

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  fl-2021: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(a)  fl-2021: 2 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda    32

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt b

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b)  fl-2022: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(b)  fl-2022: 2 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda    33

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  fl-2023: 1 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

(c)  fl-2023: 2 % tal-ammont tal-appoġġ mill-FAEŻR previst għall-perjodu kollu li matulu jdum għaddej il-Pjan Strateġiku tal-PAK.

Emenda    34

Proposta għal Regolament

Artikolu 29 – paragrafu 4

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  L-imgħax li joħroġ mill-prefinanzjament għandu jintuża għall-Pjan Strateġiku tal-PAK ikkonċernat u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika indikata fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.

4.  L-imgħax li joħroġ mill-prefinanzjament għandu jintuża għall-Pjan Strateġiku tal-PAK jew għall-Programm ta' Intervent Reġjonali kkonċernat u għandu jitnaqqas mill-ammont tan-nefqa pubblika indikata fid-dikjarazzjoni finali tan-nefqa.

Emenda    35

Proposta għal Regolament

Artikolu 30 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Għandhom isiru pagamenti interim għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK. Dawn għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata ta' kontribuzzjoni għal kull tip ta' intervent għan-nefqa pubblika li ssir u li jkollha x'taqsam miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

1.  Għandhom isiru pagamenti interim għal kull Pjan Strateġiku tal-PAK jew għal kull Programm ta' Intervent Reġjonali, kif applikabbli. Dawn għandhom jiġu kkalkulati billi tiġi applikata r-rata ta' kontribuzzjoni għal kull tip ta' intervent għan-nefqa pubblika li ssir u li jkollha x'taqsam miegħu kif imsemmi fl-Artikolu 85 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

Emenda    36

Proposta għal Regolament

Artikolu 30 – paragrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3.  Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandu jkun fiha l-ammonti totali li l-awtorità ta' ġestjoni tkun ħallset lill-benefiċjarji aħħarin jew, fil-każ tal-garanziji, l-ammonti li hija tkun warrbet kif maqbul fil-kuntratti tal-garanziji, kif imsemmi [fl-Artikolu 74(5)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) …/… – ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK, li jittratta r-regoli dwar l-eliġibbiltà jew l-istrumenti finanzjarji].

3.  Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati skont l-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], id-dikjarazzjoni tan-nefqa għandu jkun fiha l-ammonti totali li l-awtorità ta' ġestjoni tkun ħallset lill-benefiċjarji aħħarin jew, fil-każ tal-garanziji, l-ammonti li hija tkun warrbet kif maqbul fil-kuntratti tal-garanziji korrispondenti, kif imsemmi [fl-Artikolu 74(5)(a), (b) u (c) tar-Regolament (UE) …/… – ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK, li jittratta r-regoli dwar l-eliġibbiltà jew l-istrumenti finanzjarji].

Emenda    37

Proposta għal Regolament

Artikolu 30 – paragrafu 4 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4.  Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati skont l-Artikolu 52 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li jkun fihom in-nefqa marbuta mal-istrumenti finanzjarji għandhom jitressqu bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

4.  Meta l-istrumenti finanzjarji jiġu implimentati skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni], id-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li jkun fihom in-nefqa marbuta mal-istrumenti finanzjarji għandhom jitressqu bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Għandha ssir referenza għall-Artikolu 53(2) tas-CPR dwar l-istrumenti finanzjarji ġestiti taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta' ġestjoni.

Emenda    38

Proposta għal Regolament

Artikolu 31 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni ta' Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ, dejjem jekk ikun hemm ir-riżorsi disponibbli, abbażi tal-pjan finanzjarju li jkun fis-seħħ fil-livell tat-tipi ta' interventi tal-FAEŻR, tal-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK u tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni li jikkorrispondu magħhom. Dawk il-kontijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa prevista fl-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet sal-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa.

1.  Wara li tirċievi l-aħħar rapport annwali dwar il-prestazzjoni b'rabta mal-implimentazzjoni ta' Pjan Strateġiku tal-PAK, il-Kummissjoni għandha tħallas il-bilanċ, dejjem jekk ikun hemm ir-riżorsi disponibbli, abbażi tal-pjan finanzjarju li jkun fis-seħħ fil-livell tat-tipi ta' interventi tal-FAEŻR, tal-kontijiet annwali tal-aħħar sena ta' eżekuzzjoni tal-Pjan Strateġiku rilevanti tal-PAK jew, jekk ikun applikabbli, il-Programm ta' Intervent Reġjonali u tad-deċiżjonijiet dwar l-approvazzjoni li jikkorrispondu magħhom. Dawk il-kontijiet għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn sitt xhur wara l-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa prevista fl-Artikolu 80(3) tar-Regolament (UE) Nru …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u għandhom ikopru n-nefqa li l-aġenzija tal-pagamenti tkun għamlet sal-aħħar data ta' eliġibbiltà tan-nefqa.

Emenda    39

Proposta għal Regolament

Artikolu 32 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta' Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun intbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3) b'rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta' Diċembru tat-tieni sena wara dik tal-impenn baġitarju.

1.  Il-Kummissjoni għandha tiddiżimpenja b'mod awtomatiku kull parti minn impenn baġitarju għall-interventi għall-iżvilupp rurali fil-kuntest ta' Pjan Strateġiku tal-PAK li ma tkunx intużat għall-prefinanzjament jew biex isiru l-pagamenti interim jew li dwarha ma tkun intbagħtitilha l-ebda dikjarazzjoni tan-nefqa li tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 30(3) b'rabta man-nefqa magħmula sal-31 ta' Diċembru tat-tielet sena wara dik tal-impenn baġitarju.

Emenda    40

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

In-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk:

In-nefqa msemmija fl-Artikolu 5(2) u fl-Artikolu 6 tista' tiġi ffinanzjata mill-Unjoni biss jekk tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati u:

Emenda    41

Proposta għal Regolament

Artikolu 35 – paragrafu 1 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  tkun saret minn aġenziji tal-pagamenti akkreditati;

imħassar

Emenda    42

Proposta għal Regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta, fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 52, il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm differenza ta' iktar minn 50 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat u l-Istat Membru ma jkunx jista' jiġġustifika dan kif xieraq, hija tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

Meta, fil-kuntest tal-approvazzjoni annwali tal-prestazzjoni msemmija fl-Artikolu 52, il-Kummissjoni tistabbilixxi li jkun hemm differenza ta' iktar minn 50 % bejn in-nefqa ddikjarata u l-ammont li jikkorrispondi mal-output rilevanti rrappurtat għal interventi mhux koperti mill-Artikolu 68 tar-[Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK] u l-Istat Membru ma jkunx jista' jipprovdi raġunijiet ġustifikati, hija tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

Ġustifikazzjoni

Irid ikun hemm flessibbiltà reali li biha l-Kummissjoni tkun tista' tqis il-ġustifikazzjonijiet tal-Istati Membri. Pereżempju, kundizzjonijiet tat-temp severi huma raġunijiet li għandhom jitqiesu dejjem.

Emenda    43

Proposta għal Regolament

Artikolu 38 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar ir-rata ta' sospensjoni tal-pagamenti.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli rigward ir-rata ta' sospensjoni tal-pagamenti għandhom jiġu stabbiliti f'dan ir-Regolament. Għaldaqstant dan is-subparagrafu għandu jitħassar.

Emenda    44

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu iktar regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 101(3).

Ir-regoli dwar l-elementi tal-pjanijiet ta' azzjoni u l-proċedura biex dawn jiġu stabbiliti huma kif ġej [se jiġu ddettaljati mill-Kummissjoni].

Ġustifikazzjoni

Ir-regoli dwar il-pjanijiet ta' azzjoni għandhom ikunu fl-att bażiku, mhux fl-atti ta' implimentazzjoni.

Emenda    45

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30.

Meta l-Istat Membru jonqos milli jibgħat il-pjan ta' azzjoni msemmi fil-paragrafu 1 jew milli jimplimentah, jew meta jkun ċar li dak il-pjan ta' azzjoni ma jkunx biżżejjed biex titranġa s-sitwazzjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jissospendu l-pagamenti ta' kull xahar imsemmijin fl-Artikolu 19(3) jew il-pagamenti interim imsemmijin fl-Artikolu 30. Il-kriterji dwar kemm huma suffiċjenti l-pjanijiet ta' azzjoni jinkludu: [iridu jiġu ddettaljati mill-Kummissjoni].

Ġustifikazzjoni

Fl-att bażiku għandhom jiġu inklużi kriterji dwar kemm huma suffiċjenti l-pjanijiet ta' azzjoni.

Emenda    46

Proposta għal Regolament

Artikolu 39 – paragrafu 2 – subparagrafu 3

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'regoli dwar ir-rata ta' sospensjoni tal-pagamenti u t-tul ta' żmien tat-tali sospensjoni u l-kundizzjoni għar-rimborż jew għat-tnaqqis ta' dawk l-ammonti f'dak li għandu x'jaqsam mal-monitoraġġ pluriennali tal-prestazzjoni.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Fl-att bażiku għandhom jiġu inklużi l-kriterji għar-rata u t-tul ta' żmien tas-sospensjoni tal-pagamenti. Għaldaqstant dan is-subparagrafu għandu jitħassar.

Emenda    47

Proposta għal Regolament

Artikolu 40 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Is-sospensjoni għandha ssir fuq in-nefqa rilevanti li l-Istat Membru jkun għamel fl-oqsma fejn ikun hemm in-nuqqasijiet, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, u għandha tkun għal perjodu li jrid jiġi stabbilit fl-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu u li ma għandux ikun ta' iktar minn tnax-il xahar. Jekk jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jtawlu dak il-perjodu għal perjodi oħrajn li b'kollox ma jkunux ta' iktar minn tnax-il xahar. L-ammonti sospiżi għandhom jitqiesu meta jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 53.

Is-sospensjoni għandha ssir, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, fuq in-nefqa rilevanti li l-Istat Membru jkun għamel fl-oqsma fejn ikun hemm in-nuqqasijiet serji, u mhux fuq il-pakkett finanzjarju sħiħ, għal perjodu li ma jaqbiżx tnax-il xahar. Jekk jibqgħu jintlaħqu l-kundizzjonijiet għas-sospensjoni, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni li jtawlu dak il-perjodu għal perjodi oħrajn li b'kollox ma jkunux ta' iktar minn tnax-il xahar. L-ammonti sospiżi għandhom jitqiesu meta jiġu adottati l-atti ta' implimentazzjoni msemmijin fl-Artikolu 53.

Emenda    48

Proposta għal Regolament

Artikolu 42 – paragrafu 2 – subparagrafu 2 – punt a

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a)  jagħmlu pagamenti bil-quddiem, fil-każ tal-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, li jkunu jkopru sa 50 % ta' dawk l-interventi qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru;

(a)  jagħmlu pagamenti bil-quddiem, fil-każ tal-interventi fil-forma ta' pagamenti diretti, li jkunu jkopru sa 75 % ta' dawk l-interventi qabel l-1 ta' Diċembru iżda mhux qabel is-16 ta' Ottubru;

Ġustifikazzjoni

Minħabba l-fatt li ż-żewġ interventi tal-Pilastru jaqgħu taħt l-istess pjan tal-PAK, l-iskedi taż-żmien u l-perċentwali armonizzati għall-avvanzi bejn l-interventi tal-pagamenti diretti u l-iżvilupp rurali jservu l-għan tas-simplifikazzjoni.

Emenda    49

Proposta għal Regolament

Artikolu 42 – paragrafu 5 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

F'każ ta' emerġenza, il-Kummissjoni tista' tadotta atti ta' implimentazzjoni biex issolvi problemi speċifiċi b'rabta mal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 2, iżda biss sal-punt u għall-perjodu li huma strettament meħtieġa.

F'każ ta' emerġenza, il-Kummissjoni tista' tadotta kemm jista' jkun malajr atti ta' implimentazzjoni biex issolvi problemi speċifiċi b'rabta mal-applikazzjoni ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni jistgħu jidderogaw mill-paragrafu 2, iżda biss sal-punt u għall-perjodu li huma strettament meħtieġa.

Ġustifikazzjoni

Il-possibbiltà li jintuża att ta' implimentazzjoni malajr kemm jista' jkun f'sitwazzjonijiet ta' kriżi hija importanti ħafna. Il-proċess li jikkonċerna l-att ta' implimentazzjoni bilkemm jitqies rapidu biżżejjed għall-benefiċjarji li qed ibatu bil-finanzi. Ma għandu jkun hemm l-ebda dewmien jew inċertezza għall-Istati Membri u l-benefiċjarji sabiex jgħinu lill-bdiewa u jiffaċilitaw is-sitwazzjoni tal-bdiewa.

Emenda    50

Proposta għal Regolament

Artikolu 44 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

5.  Kull sentejn, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu bi qbil mal-Artikolu 7.

Emenda    51

Proposta għal Regolament

Artikolu 45 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rabta mal-kundizzjonijiet li bihom iridu jiġu kkumpensati ċerta tip ta' nefqa u ċertu tip ta' dħul fil-kuntest tal-Fondi.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 biex tissupplimenta dan ir-Regolament b'rabta mal-kundizzjonijiet tad-dettalji tad-dikjarazzjonijiet tan-nefqa li bihom iridu jiġu kkumpensati ċerta tip ta' nefqa u ċertu tip ta' dħul fil-kuntest tal-Fondi.

Ġustifikazzjoni

L-għoti tas-setgħa propost huwa wisq mifrux. Għandu jkun limitat, pereżempju, għall-kundizzjonijiet tad-dikjarazzjoni tan-nefqa, inkella l-għoti tas-setgħa jkun jippermetti li jiġi evitat l-infiq kollu tal-miżuri ta' għajnuna fi Pjan Strateġiku tal-PAK approvat.

Emenda    52

Proposta għal Regolament

Artikolu 47 – paragrafu 1 – subparagrafu 1 – parti introduttorja

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li l-Istati Membri jagħmlu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew skont l-Artikolu 287 tat-Trattat, jew għal kull verifika li tiġi organizzata skont l-Artikolu 322 tat-Trattat jew abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96, il-Kummissjoni tista' torganizza verifiki fl-Istati Membri sabiex tivverifika, b'mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:

Mingħajr preġudizzju għall-verifiki li l-Istati Membri jagħmlu skont il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi nazzjonali jew skont l-Artikolu 287 tat-Trattat, jew għal kull verifika li tiġi organizzata skont l-Artikolu 322 tat-Trattat jew abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (Euratom, KE) Nru 2185/96, il-Kummissjoni tista' torganizza verifiki fl-Istati Membri bl-eċċezzjoni tal-kundizzjonalità bil-għan li tivverifika, b'mod partikolari, l-affarijiet li ġejjin:

Ġustifikazzjoni

Il-proċeduri u r-regoli ta' kontroll huma fis-seħħ fir-rigward tal-kundizzjonalità inkluża l-estensjoni tal-kontrolli li għadhom għall-benefiċjarju finali, li jmur kontra l-ispirtu tas-simplifikazzjoni. Għandu jkun indikat b'mod ċar f'dan l-Artikolu li ma jikkonċernax il-kundizzjonalità.

Emenda    53

Proposta għal Regolament

Artikolu 50 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament bl-obbligi speċifiċi li l-Istati Membri jridu jħarsu skont dan il-Kapitolu u b'regoli, b'mod partikolari, dwar il-kriterji biex jiġu stabbiliti l-irregolaritajiet skont it-tifsira tar-Regolament (KE, Euratom) Nru 2988/95 u l-każijiet l-oħrajn ta' nuqqas ta' konformità mal-kundizzjonijiet li l-Istati Membri jistabbilixxu fil-Pjan Strateġiku tal-PAK li jridu jiġu rrappurtati u d-data li trid tintbagħat dwarhom.

1.  Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament li jikkonċerna d-data li trid tintbagħat għal-skopijiet li jikkonċernaw l-OLAF.

Ġustifikazzjoni

F'dan l-Artikolu għandu jkun hemm delega ta' setgħat aktar dettaljata minflok il-kliem użat bħalissa jiġifieri "obbligi speċifiċi". Minflok "atti delegati b'obbligi speċifiċi", id-delega tas-setgħat għandha tiġi ddikjarata b'mod aktar ċar. Jekk tkun kwistjoni ta' informazzjoni meħtieġa mill-OLAF, dan huwa possibbli. Id-definizzjoni ta' irregolaritajiet għandha wkoll tkun f'idejn l-Istati Membri sabiex tkun iggarantita s-sussidjarjetà.

Emenda    54

Proposta għal Regolament

Artikolu 52 – paragrafu 5 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5 a.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK huwa bbażat fuq il-prestazzjoni, li jista' jiġġenera korrezzjonijiet finanzjarji, il-PE u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet.

Emenda    55

Proposta għal Regolament

Artikolu 53 – paragrafu 7 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

7 a.  Il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-implimentazzjoni ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Peress li l-mudell il-ġdid tal-implimentazzjoni tal-PAK huwa bbażat fuq il-prestazzjoni, li jista' jiġġenera korrezzjonijiet finanzjarji, il-PE u l-Kunsill għandhom jiġu infurmati b'mod regolari dwar l-implimentazzjoni ta' ċerti dispożizzjonijiet.

Emenda    56

Proposta għal Regolament

Artikolu 54 – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom inaqqsu kwalunkwe somma mħallsa indebitament bħala riżultat ta' irregolarità pendenti minn benefiċjarju, skont it-termini stabbiliti f'dan l-Artikolu, minn kwalunkwe pagament futur mill-aġenzija tal-pagamenti lill-benefiċjarju.

Emenda    57

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Meta jiġu nnutati irregolaritajiet u każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità tal-benefiċjarji mal-kundizzjonijiet tal-interventi għall-iżvilupp rurali msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji billi jikkanċellaw, b'mod parzjali jew għalkollox, il-finanzjament tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura tan-nuqqasijiet ta' konformità li jkunu nstabu u l-gravità tagħhom, kif ukoll il-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.

Meta jinstabu irregolaritajiet u każijiet oħrajn ta' nuqqas ta' konformità tal-benefiċjarji mal-kundizzjonijiet tal-interventi għall-iżvilupp rurali msemmijin fil-Pjan Strateġiku tal-PAK jew il-Programmi ta' Intervent Reġjonali, l-Istati Membri għandhom jagħmlu l-aġġustamenti finanzjarji billi jikkanċellaw, b'mod parzjali jew għalkollox, il-finanzjament tal-Unjoni kkonċernat. L-Istati Membri għandhom iqisu n-natura tan-nuqqasijiet ta' konformità li jkunu nstabu u l-gravità tagħhom, kif ukoll il-livell tat-telf finanzjarju għall-FAEŻR.

Emenda    58

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għal interventi oħrajn għall-iżvilupp rurali fil-Pjan Strateġiku tal-PAK. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-Fondi tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew li jkunu ġew irkuprati biss għal ħidma tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u dejjem jekk dawn il-fondi ma jiġux riallokati għal ħidmiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.

L-ammonti tal-finanzjament tal-Unjoni fil-kuntest tal-FAEŻR li jkunu ġew ikkanċellati u l-ammonti li jkunu ġew irkuprati, kif ukoll l-imgħax fuqhom, għandhom jiġu riallokati għal interventi oħrajn għall-iżvilupp rurali fil-Pjan Strateġiku tal-PAK jew il-Programm ta' Intervent Reġjonali korrispondenti. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jerġgħu jużaw il-Fondi tal-Unjoni li jkunu ġew ikkanċellati jew li jkunu ġew irkuprati biss għal ħidma tal-iżvilupp rurali fil-kuntest tal-Pjan Strateġiku nazzjonali tal-PAK u dejjem jekk dawn il-fondi ma jiġux riallokati għal ħidmiet tal-iżvilupp rurali li jkun sarilhom aġġustament finanzjarju.

Emenda    59

Proposta għal Regolament

Artikolu 55 – paragrafu 1 – subparagrafu 2 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

L-Istati Membri għandhom inaqqsu kwalunkwe somma mħallsa indebitament bħala riżultat ta' irregolarità pendenti minn benefiċjarju, skont it-termini stabbiliti f'dan l-Artikolu, minn kwalunkwe pagament futur mill-aġenzija tal-pagamenti lill-benefiċjarju.

Emenda    60

Proposta għal Regolament

Artikolu 58 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-livell ta' verifiki meħtieġ biex ikun hemm ġestjoni effettiva tar-riskji.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm il-livell ta' verifiki, li jkun proporzjonali f'sens finanzjarju u amministrattiv għall-ġestjoni effettiva tar-riskji, fil-forma li huma jqisu bħala l-aktar xierqa.

Emenda    61

Proposta għal Regolament

Artikolu 60 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri effettivi u proporzjonati biex jevitaw li jkun hemm ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni u biex jiżguraw, b'mod partikolari, li l-ebda vantaġġ previst fil-leġiżlazzjoni settorjali għall-agrikoltura ma jingħata lil persuna fiżika jew ġuridika li dwarha jkun ġie stabbilit li l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu t-tali vantaġġi jkunu nħolqu b'mod artifiċjali, għall-kuntrarju tal-għanijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni.

Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet speċifiċi, l-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri effettivi u proporzjonati biex jevitaw li jkun hemm ċirkomvenzjoni tad-dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni u biex jiżguraw, b'mod partikolari, li l-ebda vantaġġ previst fil-leġiżlazzjoni settorjali għall-agrikoltura ma jingħata lil persuna fiżika jew ġuridika li dwarha jkun ġie stabbilit li l-kundizzjonijiet meħtieġa biex jinkisbu t-tali vantaġġi jkunu nħolqu b'mod artifiċjali, għall-kuntrarju tal-għanijiet ta' dik il-leġiżlazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jagħtu aktar leġiżlazzjoni nazzjonali u li tkun aktar dettaljata dwar il-kundizzjonijiet artifiċjali.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu wera li huwa ineffiċjenti fil-prattika biex jissodisfa l-oneru tal-prova meħtieġ biex juri ċirkomvenzjoni u jieħu azzjoni xierqa. Jekk l-artikolu ma jittejjibx, l-Istati Membri għandu jkollhom il-possibbiltà li jkomplu jagħtu aktar leġiżlazzjoni nazzjonali, u li tkun aktar dettaljata.

Emenda    62

Proposta għal Regolament

Artikolu 63 – paragrafu 4 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  "sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali" tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33 jew is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/200434;

(c)  "sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali" tfisser is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart stabbilita fir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill33 jew is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini stabbilita fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/200434 jew is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-ħnieżer stipulata mid-Direttiva 2008/71/KE tal-Kunsill u databases għall-annimali oħrajn li qegħdin jintużaw;

_________________

_________________

33 Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

33 Ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU L 204, 11.8.2000, p. 1).

34 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

34 Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 21/2004 tas-17 ta' Diċembru 2003 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta' annimali ovini u kaprini u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1782/2003 u d-Direttiva 91/102/KEE u 64/432/KEE (ĠU L 5, 9.1.2004, p. 8).

Ġustifikazzjoni

"Sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali" teskludi l-annimali tal-ispeċi tal-majjal. Barra minn hekk, għandhom jintużaw ukoll bażijiet tad-data għall-annimali oħrajn stabbiliti mill-Istati Membri anki jekk dawn ma jkunux ibbażati fuq annimali individwali biex jiġi evitat li l-istess informazzjoni tiġi kkomunikata darbtejn.

Emenda    63

Proposta għal Regolament

Artikolu 63 – paragrafu 4 – punt f

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(f)  "sistema mingħajr talbiet" tfisser sistema għall-applikazzjonijiet għall-interventi bbażati fuq l-erja jew għall-interventi bbażati fuq l-annimali li fiha d-data neċessarja li l-amministrazzjoni għandha bżonn tal-inqas fuq l-erjas jew fuq l-annimali individwali li għalihom qed tintalab l-għajnuna tinsab fid-databases kompjuterizzati uffiċjali li l-Istat Membru jamministra.

(f)  "sistema mingħajr talbiet" tfisser sistema għall-applikazzjonijiet mimlija minn qabel jew xi tip ieħor ta' tali sistema għall-interventi bbażati fuq l-erja jew għall-interventi bbażati fuq l-annimali li fiha d-data neċessarja li l-amministrazzjoni għandha bżonn tal-inqas fuq l-erjas jew fuq l-annimali individwali li għalihom qed tintalab l-għajnuna tinsab fid-databases kompjuterizzati uffiċjali li l-Istat Membru jamministra. Sistema mingħajr talbiet tippermetti lill-amministrazzjoni tagħmel il-pagamenti lill-bdiewa fir-rigward tal-interventi u l-miżuri kollha li l-bidwi huwa eliġibbli għalihom abbażi tad-dettalji fid-databases kompjuterizzati uffiċjali, u fejn meħtieġ, issupplimentati b'informazzjoni addizzjonali mill-bidwi.

Ġustifikazzjoni

Is-sussidjarjetà għandha tiġi enfasizzata sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jużaw is-sistemi tal-IT tagħhom u l-informazzjoni kollha fil-mod li jidhrilhom li jkun l-aktar adattat u biex jiffaċilitaw lill-bdiewa bl-aktar mod prattiku.

Emenda    64

Proposta għal Regolament

Artikolu 65 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Id-data u d-dokumentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu li jkollhom x'jaqsmu mas-sena kalendarja jew mas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni attwali u mal-għaxar snin kalendarji jew snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel għandhom ikunu aċċessibbli permezz tad-databases diġitali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.

Id-data u d-dokumentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu li jkollhom x'jaqsmu mas-sena kalendarja jew mas-sena ta' kummerċjalizzazzjoni kurrenti u mal-għaxar snin kalendarji jew snin ta' kummerċjalizzazzjoni ta' qabel għandhom ikunu aċċessibbli permezz tad-databases diġitali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru. L-informazzjoni rilevanti mid-database tista' tingħata wkoll f'forma ta' sommarji.

Ġustifikazzjoni

Hemm tħassib relatat mal-ispejjeż għaż-żamma kollha tad-data meħtieġa. L-aċċessibbiltà pprovduta għal perjodu ta' żmien ta' għaxar snin, tista' tqum ħafna flus biex tiġi implimentata. Informazzjoni simili u rilevanti tista' tingħata f'forma ħafna orħos ta' sommarji.

Emenda    65

Proposta għal Regolament

Artikolu 66 – paragrafu 2 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  ikun fiha informazzjoni li tkun rilevanti għar-rappurtar dwar l-indikaturi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

imħassar

Ġustifikazzjoni

Punt d) jiddikjara li s-sistema ta' identifikazzjoni għall-bċejjeċ tar-raba' (LIS) għandu jkun fiha informazzjoni li tkun rilevanti għar-rappurtar dwar l-indikaturi msemmijin fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. Dan ifisser li fl-LPIS irid ikun hemm saffi għal kull sena li jridu jinżammu għal 10 snin u li b'hekk jiġu għaljin ħafna. L-LPIS għandu jkun fiha biss informazzjoni ta' sfond relatata ma' erja lesta biex tiġi trasferita lejn databases oħrajn.

Emenda    66

Proposta għal Regolament

Artikolu 68 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta' monitoraġġ tal-erja.

1.  L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu u jħaddmu sistema ta' monitoraġġ tal-erja. Għal raġunijiet iġġustifikati kif dovut, il-Kummissjoni tista' toffri perjodu tranżitorju rigward is-sistema ta' monitoraġġ tal-erja għall-Istati Membri li ma jkunux użaw sistema ta' telerilevament matul dawn l-aħħar snin.

Ġustifikazzjoni

Għandu jkun hemm perjodu tranżitorju fir-rigward tas-sistema ġdida ta' monitoraġġ tal-erja obbligatorja għall-Istati Membri li ma użawx sistema ta' telerilevament qabel, sabiex tingħatalhom l-opportunità li jiffinalizzaw is-sistema u jagħmluha taħdem fil-prattika.

Emenda    67

Proposta għal Regolament

Artikolu 84 – paragrafu 3 – punt d

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(d)  għandhom jistabbilixxu l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki msemmijin fil-punt (a) li għandhom jitwettqu ta' kull sena abbażi ta' analiżi tar-riskju u li għandu jkun fih komponent aleatorju u għandhom jiżguraw li dan il-kampjun ta' kontroll ikun ikopri tal-inqas 1 % mill-benefiċjarji li jirċievu l-għajnuna prevista fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK].

(d)  għandhom jistabbilixxu l-kampjun ta' kontroll għall-verifiki msemmijin fil-punt (a) li għandhom jitwettqu ta' kull sena abbażi ta' analiżi tar-riskju u li għandu jkun fih komponent aleatorju u għandhom jiżguraw li dan il-kampjun ta' kontroll ikun ikopri tal-inqas 1 % mill-benefiċjarji li jirċievu l-għajnuna prevista fit-Taqsima 2 tal-Kapitolu 1 tat-Titolu III tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar il-Pjan Strateġiku tal-PAK]. B'deroga mill-punt preċedenti, jekk ir-rata ta' nuqqasijiet ta' konformità misjuba fil-kampjun aleatorju vverifikat fuq il-post ma taqbiżx it-2 % fis-sentejn preċedenti tat-talba, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li jnaqqsu r-rata minima ta' kontroll ta' 0,5 % għal-livell ta' kull att jew standard jew grupp ta' atti jew standards.

Ġustifikazzjoni

Jekk ikun instab ammont żgħir ta' nuqqasijiet ta' konformità fis-snin preċedenti, għandu jkun possibbli li titnaqqas ir-rata minima ta' kontroll ta' 1 % fis-sistema ta' kundizzjonalità.

Emenda    68

Proposta għal Regolament

Artikolu 85 – paragrafu 2 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri.

(c)  għandhom jipprevedu li ma tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva fil-każijiet li ġejjin:

 

i)  meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri;

 

ii)  meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba żball tal-awtorità kompetenti jew ta' awtorità oħra u l-persuna milquta mill-penali amministrattiva ma setgħetx tinduna b'dan l-iżball b'mod raġonevoli;

 

iii)  meta l-persuna kkonċernata tkun tista' turi, b'mod li jissodisfa lill-awtorità kompetenti, li hija mhijiex ħatja għan-nuqqas ta' konformità mal-obbligi msemmijin fil-paragrafu 1 jew meta l-awtorità kompetenti tkun issodisfata b'xi mod ieħor li l-persuna kkonċernata mhijiex ħatja.

Ġustifikazzjoni

L-Artikolu 85(2)(c) jiddikjara li, meta n-nuqqas ta' konformità jkun ġej minħabba każ ta' forza maġġuri, ma għandha tiġi imposta l-ebda penali amministrattiva. L-Artikolu 57(3) jelenka wkoll każijiet oħrajn fejn il-penali ma jiġux imposti, eż. meta n-nuqqas ta' konformità jkun dovut għal żball ta' awtorità. Dawn il-punti kollha l-oħra fl-Artikolu 57(3) għandhom ikunu applikabbli wkoll għas-sistema ta' kundizzjonalità.

Emenda    69

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 1 – subparagrafu 1a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

F'dawk l-Istati Membri fejn jiġu applikati l-appoġġ akkoppjat volontarju u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali relatati mal-annimali, penali amministrattiva bbażata fuq in-nuqqas ta' konformità ta' rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni relatati mal-annimali għandha tapplika biss għall-appoġġ akkoppjat volontarju relatat mal-annimali u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali relatat mal-annimali tal-benefiċjarju. Bl-istess mod, penali amministrattiva bbażata fuq in-nuqqas ta' konformità ta' rekwiżiti statutorji ta' ġestjoni relatati mal-erja u/jew standards agrikoli u ambjentali tajbin għandha tapplika biss għall-pagamenti diretti relatati mal-erja u għall-appoġġ għall-iżvilupp rurali relatat mal-erja tal-benefiċjarju.

Ġustifikazzjoni

Bħalissa l-penali relatati mal-kundizzjonalità mhumiex ekwi u proporzjonati, speċjalment għall-bdiewa f'setturi ta' produzzjoni differenti (trobbija tal-annimali/produzzjoni tal-uċuħ tar-raba'). Pereżempju, l-azjendi agrikoli li jkollhom biss ftit annimali iżda mijiet ta' ettari għandhom nuqqas ta' konformità fir-rigward tar-rekwiżiti tal-kundizzjonalità relatati mal-annimali, u meta l-penali tiġi applikata għall-pagamenti diretti kollha bbażati fuq l-erja u għall-pagamenti tal-iżvilupp rurali, il-penali jidher li hija kbira wisq meta mqabbla mal-għadd tal-annimali. Dan japplika wkoll bil-maqlub, b'azjendi agrikoli bi ftit ettari biss iżda b'ħafna annimali. Din is-sitwazzjoni inġusta għandha tinbidel fis-sistema tal-kundizzjonalità. Għalhekk, is-subparagrafu l-ġdid għandu jiddaħħal wara l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 86(1) għal dawk l-Istati Membri fejn jiġu applikati l-appoġġ akkoppjat volontarju relatat mal-annimali u l-appoġġ għall-iżvilupp rurali relatat mal-annimali.

Emenda    70

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Biex jiġu kkalkulati dak it-tnaqqis u dawk l-esklużjonijiet, għandhom jitqiesu l-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien, l-okkorrenza mill-ġdid u l-intenzjonalità tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab. Il-penali li jiġu imposti għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati u jkunu jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Biex jiġu kkalkulati dak it-tnaqqis u dawk l-esklużjonijiet, għandhom jitqiesu l-gravità, l-estent, it-tul ta' żmien jew l-okkorrenza mill-ġdid tan-nuqqas ta' konformità li jkun instab. Il-penali li jiġu imposti għandhom ikunu dissważivi u proporzjonati u jkunu jikkonformaw mal-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 u 3 ta' dan l-Artikolu.

Ġustifikazzjoni

Il-valutazzjoni tal-intenzjoni wriet li hija estremament diffiċli u tista' twassal għal interpretazzjonijiet ambigwi fejn il-bdiewa ma jiġux trattati b'mod ugwali. Għandu jitqies ukoll li d-definizzjoni ta' "intenzjonalità" ma tapplikax għall-iskemi ta' għajnuna (ara l-Artikolu 57(3), l-ewwel subparagrafu fejn l-intenzjonalità mhijiex imsemmija).

Emenda    71

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2 – subparagrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Fil-każ ta' nuqqas ta' konformità li jseħħ minħabba negliġenza, bħala regola ġenerali, it-tnaqqis għandu jkun ta' 3 % tal-ammont totali tal-pagamenti msemmijin fil-paragrafu 1 ta' dan l-Artikolu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Il-paragrafu jistabbilixxi regola ġenerali pjuttost stretta (3 %) għall-penali. Jew il-paragrafu għandu jitħassar jew il-penali għandhom jiġu ddikjarati bħala 1 %, 3 % u 5 %.

Emenda    72

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 2 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta' twissija bikrija li tkun tapplika għall-każijiet individwali ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba u li, minħabba li ma jkunux gravi, li jkollhom estent limitat u li jseħħu għal tul ta' żmien limitat, ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis jew għal esklużjoni. Meta, waqt verifika sussegwenti li ssir fi żmien tliet snin kalendarji konsekuttivi, jiġi stabbilit li ma tranġatx is-sitwazzjoni b'rabta man-nuqqas ta' konformità, għandu jiġi applikat b'mod retroattiv it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu sistema ta' twissija bikrija li tkun tapplika għall-każijiet individwali ta' nuqqas ta' konformità li jseħħu għall-ewwel darba u li, minħabba li ma jkunux gravi, li jkollhom estent limitat u li jseħħu għal tul ta' żmien limitat, ma għandhomx iwasslu għal tnaqqis jew għal esklużjoni. Meta, waqt verifika sussegwenti li ssir fi żmien tliet snin kalendarji konsekuttivi, jiġi stabbilit li ma tranġatx is-sitwazzjoni b'rabta man-nuqqas ta' konformità, it-tnaqqis skont l-ewwel subparagrafu għandu jiġi applikat għas-sena meta jkun instab li s-sitwazzjoni b'rabta man-nuqqas ta' konformità ma kinitx tranġat.

Ġustifikazzjoni

Fir-rigward tas-sistema ta' twissija bikrija, il-penali amministrattivi ma għandhomx jiġu applikati b'mod retroattiv, minħabba li l-penali retroattivi huma kkumplikati kemm għall-bdiewa kif ukoll għall-amministrazzjoni. Għalhekk, għandu jkun biżżejjed li tiġi applikata penali għal dik is-sena biss li fiha jkun instab li ma ġietx tranġata s-sitwazzjoni b'rabta man-nuqqas ta' konformità.

Emenda    73

Proposta għal Regolament

Artikolu 86 – paragrafu 5

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5.  Sabiex ikun żgurat li jkun hemm kundizzjonijiet ekwi bejn l-Istati Membri differenti u li s-sistema ta' penali tkun effettiva u tkun isservi ta' deterrent, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 100 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'iktar regoli dwar l-applikazzjoni u l-kalkolu tal-penali.

imħassar

Ġustifikazzjoni

L-Istati Membri għandhom ikunu jafu r-regoli kollha dwar il-penali amministrattivi mill-mument li jiġi adottat ir-Regolament Orizzontali. Aktar regolamentazzjoni permezz ta' atti delegati ma tappoġġax is-sussidjarjetà u tikkomplika l-proċess tat-tfassil tal-Pjan tal-PAK.

Emenda    74

Proposta għal Regolament

Artikolu 88 – paragrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2.  L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni b'mod regolari dwar l-applikazzjoni tas-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu IV. Il-Kummissjoni għandha torganizza skambji tal-fehmiet dwar dan is-suġġett mal-Istati Membri.

2.  Il-Kummissjoni għandha torganizza skambji tal-fehmiet mal-Istati Membri dwar is-sistema integrata msemmija fil-Kapitolu II tat-Titolu IV.

Ġustifikazzjoni

Fl-Artikolu, mhuwiex ċar x'tip ta' informazzjoni qed tistenna l-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-IACS u meta. Dan għandu jkun aktar preċiż.

Emenda    75

Proposta għal Regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1 – punt a – punt ii

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(vii)  l-informazzjoni dwar il-miżuri li jittieħdu skont l-Artikolu 57;

imħassar

Ġustifikazzjoni

Mhuwiex ċar x'tip ta' informazzjoni qed tistenna l-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tal-protezzjoni tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni, u dan għandu jkun aktar preċiż.

Emenda    76

Proposta għal Regolament

Artikolu 90 – paragrafu 1 – punt c

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c)  in-notifiki li l-Istati Membri jridu jibagħtu lill-Kummissjoni dwar l-informazzjoni, id-dokumenti, l-istatistika u r-rapporti, kif ukoll l-iskadenzi għal dawn in-notifiki u l-metodi kif dawn għandhom jintbagħtu.

imħassar

Ġustifikazzjoni

Għall-ippjanar tas-sistemi tad-data huwa importanti ħafna li jkun magħruf minn qabel x'tip ta' informazzjoni, dokumenti eċċ. għandhom jiġu kkomunikati u x'inhuma l-iskadenzi u l-metodi għal dawn in-notifiki.

Emenda    77

Proposta għal Regolament

Artikolu 96

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Artikolu 96

imħassar

Pubblikazzjoni tal-informazzjoni dwar il-benefiċjarji

 

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li ta' kull sena jippubblikaw, ex post, il-benefiċjarji tal-Fondi skont [l-Artikolu 44(3) sa (5) tar-Regolament (UE) …/… – ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] u skont il-paragrafi 2, 3 u 4 ta' dan l-Artikolu.

 

2.  [L-Artikolu 44(3) sa (5) tar-Regolament (UE) …/… – ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] għandu japplika għall-benefiċjarji tal-FAEG u tal-FAEŻR meta dan ikun rilevanti; madankollu, l-ammonti li jikkorrispondu mal-kontribuzzjoni nazzjonali u mar-rata ta' kofinanzjament, kif previst fl-Artikolu 44(3)(h) u (i) ta' dak ir-Regolament, ma għandhomx japplikaw għall-FAEG.

 

3.  Għall-finijiet ta' dan l-Artikolu:

 

  "ħidma" tfisser miżura jew intervent;

 

  "post" tfisser il-muniċipalità fejn ikun joqgħod il-benefiċjarju jew fejn ikun irreġistrat u, meta dan ikun disponibbli, il-kodiċi postali li jidentifika l-muniċipalità jew il-parti minnu li tidentifikaha.

 

4.  L-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 44(3) sa (5) ta' dak ir-Regolament għandha tkun disponibbli fuq sit web wieħed għal kull Stat Membru. Din għandha tibqa' disponibbli għal sentejn minn meta tiġi ppubblikata għall-ewwel darba.

 

L-Istati Membri ma għandhomx jippubblikaw l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 44(3)(a) u (b) tar-Regolament (UE) …/… [ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni] jekk l-ammont tal-għajnuna li benefiċjarju jirċievi f'sena jkun ta' EUR 1 250 jew inqas.

 

Emenda    78

Proposta għal Regolament

Artikolu 96 a (ġdid)

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Artikolu 96 a

 

Pubblikazzjoni tal-benefiċjarji

 

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-pubblikazzjoni ex post annwali tal-benefiċjarji tal-Fondi. Il-pubblikazzjoni għandu jkun fiha:

 

(a)   l-isem tal-benefiċjarju, kif ġej:

 

(i)  l-isem u l-kunjom meta l-benefiċjarju jkun persuna fiżika;

 

(ii)  l-isem legali sħiħ, kif ġie rreġistrat, meta l-benefiċjarju jkun persuna ġuridika li jkollha personalità ġuridika awtonoma skont il-leġiżlazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat;

 

(iii)  l-isem sħiħ tal-assoċjazzjoni, kif ġiet irreġistrata jew inkella rikonoxxuta uffiċjalment, meta l-benefiċjarju jkun assoċjazzjoni mingħajr personalità ġuridika proprja;

 

(b)  il-muniċipalità tar-residenza tal-benefiċjarju jew fejn ikun irreġistrat il-benefiċjarju u, fejn ikun disponibbli, il-kodiċi postali jew il-parti fih li tidentifika l-muniċipalità;

 

(c)  l-ammonti ta' pagament li jikkorrispondu għal kull miżura ffinanzjata mill-Fondi riċevuti minn kull benefiċjarju fis-sena finanzjarja kkonċernata;

 

(d)  in-natura u d-deskrizzjoni tal-miżuri ffinanzjati minn wieħed mill-Fondi, u li skonthom ikun ingħata l-pagament imsemmi fil-punt (c).

 

L-informazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu għandha tkun disponibbli fuq sit tal-internet wieħed għal kull Stat Membru. Din għandha tibqa' disponibbli għal sentejn mid-data tal-pubblikazzjoni inizjali.

 

2.  Fir-rigward tal-pagamenti li jikkorrispondu għall-miżuri ffinanzjati mill-FAEŻR kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu tal-paragrafu 1, l-ammonti li għandhom jiġu ppubblikati għandhom jikkorrispondu għall-finanzjament pubbliku totali, inklużi kemm il-kontribuzzjoni tal-Unjoni kif ukoll dik nazzjonali.

 

3.  Jekk l-ammont tal-għajnuna li benefiċjarju jirċievi f'sena waħda jkun ugwali għal EUR 1250 jew inqas, l-Istati Membri ma għandhomx jippubblikaw l-isem tal-benefiċjarju, kif previst fil-punt (a) tal-ewwel subparagrafu.

Ġustifikazzjoni

Minħabba piż amministrattiv sinifikanti li jirriżulta mis-sistema proposta, ikun aħjar li tinżamm is-sistema preżenti għall-pubblikazzjoni tal-benefiċjarji tal-FAEG u tal-FAEŻR (pubblikazzjoni annwali, l-obbligu tal-aġenziji tal-pagamenti li jippubblikaw id-data, il-lista preżenti tad-data, is-sit web uniku għall-FAEŻR u l-FAEG), abbażi ta' HZR biss.

Emenda    79

Proposta għal Regolament

Artikolu 103 – paragrafu 1

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 101 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'derogi mir-regoli previsti fih u b'żidiet magħhom meta jkun hemm bżonn.

Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti delegati skont l-Artikolu 101 li jissupplimentaw dan ir-Regolament b'derogi mir-regoli previsti fih u b'żidiet magħhom meta jkun hemm bżonn. Dawn l-atti għandhom jiġu abbozzati immedjatament kif ikun meħtieġ.

Ġustifikazzjoni

Peress li mhux possibbli li jiġi antiċipat kollox minn qabel, jista' jkun hemm bżonn ta' ħafna tipi ta' derogi eċċ. biex jgħinu lill-benefiċjarji. U meta tiġi nnotata l-ħtieġa, dawn l-atti għandhom isiru malajr kemm jista' jkun.

Emenda    80

Proposta għal Regolament

Artikolu 104 – paragrafu 1 – subparagrafu 2

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2021.

Huwa għandu japplika mill-1 ta' Jannar 2023.

Ġustifikazzjoni

L-iskadenza tal-applikazzjoni tal-2021 se tkun diffiċli biex tintlaħaq meta wieħed iqis li r-regoli ta' implimentazzjoni jridu jiġu adottati fil-ħin, li l-fondi meħtieġa jridu jkunu disponibbli u li jrid jiġi pprovdut biżżejjed ħin għall-iżvilupp ta' sistemi ġodda tal-IT (monitoraġġ, reġistrazzjoni tal-progress fil-kisba tal-objettivi bl-użu ta' indikaturi, eċċ.).

PROĊEDURA TAL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

Titolu

Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni

Referenzi

COM(2018)0393 – C8-0247/2018 – 2018/0217(COD)

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni mogħtija minn

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

11.6.2018

Rapporteur

       Data tal-ħatra

Franc Bogovič

20.6.2018

Eżami fil-kumitat

22.11.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

17.1.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

1

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Sławomir Kłosowski, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Martina Michels, Iskra Mihaylova, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Konstantinos Papadakis, Mirosław Piotrowski, Stanislav Polčák, Liliana Rodrigues, Fernando Ruas, Monika Smolková, Ruža Tomašić, Ramón Luis Valcárcel Siso, Monika Vana, Matthijs van Miltenburg, Lambert van Nistelrooij, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Joachim Zeller

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Ivana Maletić, Bronis Ropė, Maria Gabriela Zoană, Damiano Zoffoli

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT LI JINTALAB JAGĦTI OPINJONI

33

+

ALDE

Iskra Mihaylova, Matthijs van Miltenburg

ECR

Sławomir Kłosowski, Mirosław Piotrowski, Ruža Tomašić

EFDD

Rosa D’Amato

GUE/NGL

Martina Michels, Younous Omarjee,

PPE

Pascal Arimont, Franc Bogovič, Tamás Deutsch, Krzysztof Hetman, Marc Joulaud, Ivana Maletić, Lambert van Nistelrooij, Andrey Novakov, Stanislav Polčák, Fernando Ruas, Ramón Luis Valcárcel Siso, Joachim Zeller

S&D

Aleksander Gabelic, Iratxe García Pérez, Michela Giuffrida, Constanze Krehl, Louis-Joseph Manscour, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Derek Vaughan, Kerstin Westphal, Gabriela Zoană, Damiano Zoffoli

VERTS/ALE

Bronis Ropė, Monika Vana

1

-

NI

Konstantinos Papadakis

0

0

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+  :  favur

-  :  kontra

0  :  astensjoni


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Il-finanzjament, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tal-politika agrikola komuni

Referenzi

COM(2018)0393 – C8-0247/2018 – 2018/0217(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

1.6.2018

 

 

 

Kumitat responsabbli

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AGRI

11.6.2018

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

       Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

5.7.2018

BUDG

11.6.2018

CONT

11.6.2018

ENVI

11.6.2018

 

REGI

11.6.2018

 

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

       Data tad-deċiżjoni

ENVI

21.6.2018

 

 

 

Rapporteurs

       Data tal-ħatra

Ulrike Müller

4.7.2018

 

 

 

Data tal-adozzjoni

8.4.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

28

7

2

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

John Stuart Agnew, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Daniel Buda, Nicola Caputo, Matt Carthy, Michel Dantin, Albert Deß, Herbert Dorfmann, Luke Ming Flanagan, Karine Gloanec Maurin, Martin Häusling, Anja Hazekamp, Esther Herranz García, Jan Huitema, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Philippe Loiseau, Ulrike Müller, James Nicholson, Maria Noichl, Maria Lidia Senra Rodríguez, Ricardo Serrão Santos, Czesław Adam Siekierski, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Maria Gabriela Zoană, Marco Zullo

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Maria Heubuch, Elsi Katainen, Gabriel Mato, Sofia Ribeiro, Annie Schreijer-Pierik, Molly Scott Cato, Vladimir Urutchev, Tom Vandenkendelaere, Hilde Vautmans

Sostituti (skont l-Artikolu 200(2)) preżenti għall-votazzjoni finali

Christelle Lechevalier

Data tat-tressiq

15.5.2019


VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT

28

+

ALDE

Elsi Katainen, Ulrike Müller, Hilde Vautmans

ECR

James Nicholson

GUE/NGL

Matt Carthy, Luke Ming Flanagan

PPE

Daniel Buda, Michel Dantin, Herbert Dorfmann, Esther Herranz García, Jarosław Kalinowski, Norbert Lins, Gabriel Mato, Sofia Ribeiro, Czesław Adam Siekierski, Vladimir Urutchev, Tom Vandenkendelaere

S&D

Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Nicola Caputo, Karine Gloanec Maurin, Maria Noichl, Ricardo Serrão Santos, Tibor Szanyi, Marc Tarabella