Proċedura : 2019/2036(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0001/2019

Testi mressqa :

A9-0001/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/09/2019 - 9.5

Testi adottati :

P9_TA(2019)0015

<Date>{06/09/2019}6.9.2019</Date>
<NoDocSe>A9-0001/2019</NoDocSe>
PDF 186kWORD 60k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2019/000 TA 2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)</Titre>

<DocRef>(COM(2019)0290 – C9-0026/2019 – 2019/2036(BUD))</DocRef>


<Commission>{BUDG}Kumitat għall-Baġits</Commission>

Rapporteur: <Depute>Bogdan Rzońca</Depute>

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
 NOTA SPJEGATTIVA
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2019/000 TA 2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

(COM(2019)0290 – C9-0026/2019 – 2019/2036(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0290 – C9 0026/2019),

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[1] (ir-Regolament dwar il-FEG),

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[2] u b'mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[3] (FII tat-2 ta' Diċembru 2013), u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Mejju 2018 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (EGF/2017/000 TA 2017 – Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)[4],

 wara li kkunsidra l-ewwel qari tiegħu dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) (nota f'qiegħ il-paġna: jekk ikun disponibbli jiddaħħal in-Nru tal-ĠU jew COM(2018)0380),

 wara li kkunsidra l-proċedura ta' trilogu prevista fil-punt 13 tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0001/2019),

 

A. billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qegħdin ibatu l-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji jew tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali u biex tgħin l-integrazzjoni mill-ġdid neċessarja u fil-pront tagħhom fis-suq tax-xogħol;

B. billi l-għajnuna tal-Unjoni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja għandha tkun dinamika u titqiegħed għad-dispożizzjoni kemm jista' jkun malajr u bl-aktar mod effiċjenti possibbli, bi qbil mad-Dikjarazzjoni Konġunta tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni, adottata waqt il-laqgħa ta' konċiljazzjoni tas-17 ta' Lulju 2008, u bil-kunsiderazzjoni dovuta tal-FII tat-2 ta' Diċembru 2013 fir-rigward tal-adozzjoni ta' deċiżjonijiet biex jiġi mmobilizzat il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG);

C. billi l-adozzjoni tar-Regolament dwar il-FEG tirrifletti l-ftehim li ntlaħaq bejn il-Parlament u l-Kunsill biex jiġi introdott mill-ġdid il-kriterju tal-mobilizzazzjoni b'rabta mal-kriżi, biex il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni tiżdied għal 60 % tal-ispejjeż totali stmati tal-miżuri proposti, biex l-effiċjenza għat-trattament tal-applikazzjonijiet tal-FEG fil-Kummissjoni u mill-Parlament u mill-Kunsill tiżdied billi jitqassar iż-żmien għall-valutazzjoni u għall-approvazzjoni, biex l-azzjonijiet u l-benefiċjarji eliġibbli jiġu estiżi bl-introduzzjoni tal-persuni li jaħdmu għal rashom u ż-żgħażagħ, u biex jiġu ffinanzjati inċentivi għat-twaqqif ta' impriżi proprji;

D. billi l-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG huwa EUR 150 miljun (fi prezzijiet tal-2011) u billi l-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG jiddikjara li sa 0,5 % ta' dak l-ammont (jiġifieri EUR 175 748 000 fi prezzijiet tal-2019) jista' jsir disponibbli għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni sabiex jiġu ffinanzjati l-preparazzjoni, il-monitoraġġ, il-ġbir ta' data u l-ħolqien ta' bażi ta' għarfien, l-appoġġ amministrattiv u tekniku, l-attivitajiet ta' informazzjoni u komunikazzjoni, kif ukoll l-attivitajiet ta' awditjar, kontroll u evalwazzjoni meħtieġa biex jiġi implimentat ir-Regolament dwar il-FEG;

E. billi l-ammont propost ta' EUR 610 000 jikkorrispondi għal madwar 0,35 % tal-baġit annwali massimu disponibbli għall-FEG fl-2019;

1. Jaqbel mal-miżuri proposti mill-Kummissjoni li jridu jiġu ffinanzjati bħala għajnuna teknika skont l-Artikolu 11(1) u (4) kif ukoll skont l-Artikolu 12(2), (3) u (4) tar-Regolament dwar il-FEG;

2. Jirrikonoxxi l-importanza tal-monitoraġġ u l-ġbir ta' data; ifakkar fl-importanza ta' sensiela ta' statistika robusta miġbura fil-forma xierqa li tkun komprensibbli u aċċessibbli faċilment;

3. Ifakkar fl-importanza ta' sit web apposta dwar il-FEG li jkun aċċessibbli għaċ-ċittadini kollha tal-Unjoni;

4. Jilqa' l-ħidma kontinwa fuq il-proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet tal-FEG u l-ġestjoni li jużaw il-funzjonalitajiet tas-sistema ta' skambju elettroniku tad-data (SFC2014), li tippermetti s-simplifikazzjoni u l-ipproċessar aktar mgħaġġel tal-applikazzjonijiet kif ukoll rappurtar aħjar;

5. Jieħu nota li l-Kummissjoni biħsiebha tinvesti EUR 190 000 mill-baġit disponibbli taħt l-appoġġ amministrattiv u tekniku fl-organizzazzjoni ta' żewġ laqgħat tal-Grupp ta' Esperti tal-Persuni ta' Kuntatt tal-FEG (membru wieħed minn kull Stat Membru) u żewġ seminars bil-parteċipazzjoni tal-korpi ta' implimentazzjoni tal-FEG u s-sħab soċjali;

6. Jappella lill-Kummissjoni tkompli tistieden b'mod sistematiku lill-Parlament għal dawn il-laqgħat u s-seminars skont id-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Ftehim Qafas dwar ir-relazzjonijiet bejn il-Parlament u l-Kummissjoni;

7. Jissottolinja l-ħtieġa li jkomplu jissaħħu l-kuntatti bejn dawk kollha involuti fl-applikazzjonijiet tal-FEG, inklużi, b'mod partikolari, is-sħab soċjali u l-partijiet ikkonċernati fil-livell reġjonali u f'dak lokali, sabiex jinħoloq l-akbar għadd ta' sinerġiji possibbli; jisħaq fuq il-fatt li l-interazzjoni bejn il-Persuna ta' Kuntatt Nazzjonali u s-sħab responsabbli mill-ġestjoni tal-każijiet fil-livell reġjonali jew lokali għandha tissaħħaħ u li kemm l-arranġamenti ta' komunikazzjoni u ta' appoġġ kif ukoll il-flussi ta' informazzjoni (ir-responsabbiltajiet, il-kompiti u d-diviżjonijiet interni) għandhom ikunu espliċiti u maqbula bejn is-sħab kollha kkonċernati;

8.  Jilqa' l-bidu f'waqtu tal-evalwazzjoni ex post li għaliha l-Kummissjoni biħsiebha tinvesti EUR 300 000 mill-baġit disponibbli;

9. Ifakkar lill-Istati Membri applikanti dwar ir-rwol ewlieni tagħhom li jippubbliċizzaw b'mod wiesa' l-azzjonijiet iffinanzjati mill-FEG lill-pubbliku ġenerali, il-midja, is-sħab soċjali, l-awtoritajiet lokali u reġjonali u l-benefiċjarji fil-mira, kif stabbilit fl-Artikolu 12 tar-Regolament dwar il-FEG;

10. Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni;

11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

12. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

 


 

ANNESS: DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (applikazzjoni EGF/2019/000 TA 2019 - Għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni)

 

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (2014-2020) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1927/2006[5], u b'mod partikolari l-Artikolu 11(2) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[6], u b'mod partikolari l-punt 13 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1) L-għan tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni (il-FEG) hu li jsostni lill-ħaddiema li jkunu ngħataw is-sensja u lill-persuni li jaħdmu għal rashom li l-attivitajiet tagħhom ikunu waqfu minħabba bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji kkawżati mill-globalizzazzjoni, minħabba kontinwazzjoni tal-kriżi finanzjarja u ekonomika globali, jew minħabba kriżi finanzjarja u ekonomika globali ġdida, u jgħinhom jerġgħu jintegraw fis-suq tax-xogħol.

(2) Il-FEG ma jridx jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (fi prezzijiet tal-2011), kif stipulat fl-Artikolu 12 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013[7].

(3) Ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 jipprevedi li kull sena jista' jintuża massimu ta' 0,5 % tal-ammont massimu annwali tal-FEG għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

(4) Għaldaqstant, il-FEG għandu jiġi mmobilizzat sabiex jipprovdi s-somma ta' EUR 610 000 għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni,

 

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għandu jiġi mmobilizzat biex jipprovdi s-somma ta' EUR 610 000 f'approprjazzjonijiet ta' impenn u ta' pagament.

Artikolu 2

Din id-deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

 

Magħmul fi Brussell,

 

Għall-Parlament Ewropew   Għall-Kunsill

Il-President   Il-President

 

NOTA SPJEGATTIVA

I.  Sfond

Il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni nħoloq biex jipprovdi għajnuna addizzjonali lill-ħaddiema li jkunu qed ibatu mill-konsegwenzi ta' bidliet strutturali kbar fix-xejriet tal-kummerċ dinji.

Skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[[15]] u tal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1309/2013[[16]], il-Fond ma jistax jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 150 miljun (fi prezzijiet tal-2011). L-ammonti xierqa jiddaħħlu bħala dispożizzjoni fil-baġit ġenerali tal-Unjoni.

Rigward il-proċedura, skont il-punt 13 tal-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[[17]], sabiex jiġi attivat il-Fond, f'każ ta' valutazzjoni pożittiva ta' applikazzjoni, il-Kummissjoni għandha tippreżenta, lill-awtorità baġitarja, proposta għal mobilizzazzjoni tal-Fond u, fl-istess waqt, talba korrispondenti għal trasferiment. Fil-każ ta' nuqqas ta' qbil, għandu jinbeda trilogu.

II.  Il-proposta tal-Kummissjoni

Fit-2 ta' Lulju 2019, il-Kummissjoni adottat proposta ġdida għal deċiżjoni dwar il-mobilizzazzjoni tal-FEG.

Din tikkonċerna l-mobilizzazzjoni ta' EUR 610 000 mill-Fond, li jkopru l-għajnuna teknika għall-Kummissjoni. L-objettiv tal-għajnuna teknika huwa l-finanzjament tal-monitoraġġ u l-ġbir ta' data, kif ukoll l-informazzjoni, li tinħoloq interfaċċa abbażi tal-għarfien u li jingħataw pariri lill-Istati Membri dwar l-użu, is-segwitu u l-evalwazzjoni tal-FEG. Skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament dwar il-FEG, massimu ta' 0,5 % tal-ammont annwali massimu tal-FEG (jiġifieri EUR 175 748 000 fi prezzijiet tal-2019) jista' jkun disponibbli kull sena għal għajnuna teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni.

 

Skont il-proposta tal-Kummissjoni, l-ammont mitlub ta' EUR 610 000 jirrappreżenta madwar 0,35 % u huwa maħsub biex ikopri l-attivitajiet li ġejjin:

1. Monitoraġġ u ġbir ta' data: Il-Kummissjoni se tiġbor data dwar l-applikazzjonijiet li jkunu waslulha, dawk li jkunu ġew iffinanzjati u dawk magħluqa, u dwar il-miżuri proposti u implimentati. Din id-data se tkun disponibbli fuq is-sit web tal-Kummissjoni Ewropea u se tkun ikkompilata f'forma xierqa għar-Rapport Biennali tal-2021. Abbażi tal-esperjenza tul dawn l-aħħar snin, l-ispejjeż għal din l-attività huma stmati li jammontaw għal EUR 20 000.

2. Informazzjoni: Il-Kummissjoni waqqfet u qed tieħu ħsieb paġna web dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni[8], kif meħtieġ skont l-Artikolu 12(2) tar-Regolament dwar il-FEG. Il-paġna web se tiġi aġġornata u żviluppata ulterjorment b'mod regolari, u l-elementi l-ġodda se jiġu tradotti fil-lingwi uffiċjali kollha tal-UE. Se tiżdied is-sensibilizzazzjoni ġenerali dwar il-FEG u se tiġi promossa l-viżibbiltà tiegħu. Il-FEG se jiġi kopert f'diversi pubblikazzjonijiet u attivitajiet awdjoviżivi tal-Kummissjoni kif previst fl-Artikolu 11(4) tar-Regolament dwar il-FEG. Huwa stmat li dawn l-attivitajiet kollha se jiswew EUR 20 000.

3. Sistema ta' skambju elettroniku ta' data: Il-Kummissjoni qed tkompli l-ħidma tagħha fuq l-iżvilupp ta' proċeduri standardizzati għall-applikazzjonijiet u l-ġestjoni ta' każijiet tal-FEG, permezz tal-funzjonalitajiet tal-SFC2014 (Sistema għall-Ġestjoni tal-Fondi fl-Unjoni Ewropea). Dan jippermetti s-simplifikazzjoni tal-applikazzjonijiet skont ir-Regolament dwar il-FEG, ipproċessar aktar mgħaġġel, u rappurtar aktar faċli. Interfaċċa bejn l-SFC u s-sistema tal-kontabbiltà u tal-informazzjoni finanzjarja tal-Kummissjoni, ABAC, tiffaċilita l-operazzjonijiet finanzjarji tal-FEG. Il-kontribuzzjoni ta' EUR 80 000 hija għall-manutenzjoni regolari u l-iżvilupp ulterjuri tal-applikazzjonijiet tal-SFC u għall-integrazzjoni ta' għodod ta' rappurtar ġodda.

4. Appoġġ amministrattiv u tekniku (laqgħat tal-Grupp ta' Esperti): Il-Grupp ta' Esperti tal-Persuni ta' Kuntatt tal-FEG, b'membru wieħed minn kull Stat Membru, se jkun qed jorganizza żewġ laqgħat (fit-tieni nofs tal-2019 / fl-ewwel nofs tal-2020). Huwa stmat li l-ispejjeż totali ta' dawn iż-żewġ laqgħat se jammontaw għal EUR 70 000.

5. Appoġġ amministrattiv u tekniku (Seminars ta' netwerking): Barra minn hekk, sabiex jiġi promoss in-netwerking fost l-Istati Membri, il-Kummissjoni se torganizza żewġ seminars bil-parteċipazzjoni tal-organi eżekuttivi tal-FEG u s-sħab soċjali. Sa fejn ikun possibbli, dawn se jkunu skedati li jsiru bejn wieħed u ieħor fl-istess dati taż-żewġ laqgħat tal-Grupp ta' Esperti u se jiffukaw fuq kwistjonijiet li jinbtu mill-implimentazzjoni prattika tar-Regolament dwar il-FEG. Huwa stmat li l-ispiża għal dawn l-azzjonijiet se tkun ta' EUR 120 000.

6.  Evalwazzjoni: L-akkwist pubbliku għall-evalwazzjoni ex post se jitnieda fl-2019, bil-ħsieb li l-evalwazzjoni tiġi konkluża sal-31 ta' Diċembru 2021 (kif meħtieġ skont l-Artikolu 20(1)(b) tar-Regolament dwar il-FEG). Għal dan l-iskop se jkunu meħtieġa EUR 300 000.

 

III.  Proċedura

Sabiex timmobilizza l-Fond, il-Kummissjoni għamlet talba lill-Awtorità Baġitarja għal trasferiment ta' ammont globali ta' EUR 610 000 mir-riżerva tal-FEG (04 04 01 (CP) u 40 02 43 (CE)) għal-linja baġitarja tal-FEG (04 01 04 04 (CND)).

S'issa din hija l-ewwel proposta ta' trasferiment għall-mobilizzazzjoni tal-Fond li ntbagħtet lill-Awtorità Baġitarja matul l-2019.

F'każ ta' nuqqas ta' qbil għandha tinbeda l-proċedura ta' trilogu, kif previst fl-Artikolu 15(4) tar-Regolament dwar il-FEG.

Jenħtieġ li l-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali jiġi assoċjat fil-proċess, abbażi ta' ftehim intern, sabiex joffri appoġġ kostruttiv u jagħti kontribut għall-valutazzjoni tal-applikazzjonijiet mill-Fond.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

3

5

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Jonathan Bullock, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Alexandra Geese, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Valerie Hayer, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, John Howarth, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Henrik Overgaard Nielsen, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damian Boeselager, Herbert Dorfmann, Jake Pugh

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

PPE

Lefteris Christoforou, Herbert Dorfmann, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

RENEW

Clotilde Armand, Olivier Chastel, Valerie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

S&D

Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, John Howarth, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Nils Ušakovs

VERTS/ALES

Rasmus Andresen, Damian Boeselager, David Cormand, Alexandra Geese

 

3

-

NI

Jonathan Bullock, Henrik Overgaard Nielsen, Jake Pugh

 

5

0

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs, Hélène Laporte

NI

Mislav Kolakušić

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1]  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

[2]  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

[3]  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

[4]  Testi adottati, P8_TA(2018)0116.

[5]  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 855.

[6]  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

[7]  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884).

[[15]]  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

[[16]]  ĠU L 347, 30.12.2013, p. 855.

[[17]]  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Settembru 2019Avviż legali