Proċedura : 2019/2022(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0004/2019

Testi mressqa :

A9-0004/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/09/2019 - 9.2
CRE 18/09/2019 - 9.2

Testi adottati :

P9_TA(2019)0012

<Date>{09/09/2019}9.9.2019</Date>
<NoDocSe>A9-0004/2019</NoDocSe>
PDF 178kWORD 54k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2019 – Tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+</Titre>

<DocRef>(11731/2019 – C9-0112/2019 – 2019/2022(BUD))</DocRef>


<Commission>{BUDG}Kumitat għall-Baġits</Commission>

Rapporteur: <Depute> John Howarth</Depute>

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja tal-2019 – Tisħiħ tal-programmi ewlenin li jtejbu l-kompetittività tal-UE: Orizzont 2020 u Erasmus+

(11731/2019 – C9-0112/2019 – 2019/2022(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 18(3) u 44 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2018[2],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[3],

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[4],

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[5],

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' Mejju 2019 (COM(2019)0320),

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019, adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Settembru 2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11731/2019 – C9-0112/2016),

 wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0004/2019),

A. billi fuq l-insistenza tal-Parlament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew, fil-kuntest tal-proċedura baġitarja 2019, li jibbaġitjaw EUR 100 miljun f'baġit emendatorju fl-2019 sabiex jissaħħu l-Orizzont 2020 u l-Erasmus; il-Parlament u l-Kunsill stiednu lill-Kummissjoni tippreżenta dan il-baġit emendatorju, li mhu se jinkludi ebda element ieħor, hekk kif l-aġġustament tekniku tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali għall-2020 inkluż il-kalkolu tal-Marġini Globali għall-Impenji jitlesta fir-rebbiegħa tal-2019;

B. billi l-Kummissjoni għalhekk ipproponiet li temenda l-baġit 2019 biex tirrifletti dan il-ftehim;

C. billi l-Kummissjoni pproponiet li talloka EUR 80 miljun addizzjonali biex issaħħaħ l-Orizzont 2020 u EUR 20 miljun addizzjonali għall-baġit tal-Erasmus+; billi ma ġiet speċifikata l-ebda indikazzjoni dwar is-sehem ta' kull strument fit-tisħiħ globali fil-ftehim dwar il-baġit 2019;

D. billi fi ħdan it-tisħiħ tal-Orizzont 2020, il-Kummissjoni pproponiet li talloka EUR 34,6 miljun addizzjonali għall-partita baġitarja Orizzont 2020 08 02 03 04 Il-kisba ta' sistema ta' trasport Ewropea li hija effiċjenti fir-riżorsi, tajba għall-ambjent, sikura u assjemi, bil-għan li jissaħħu l-azzjonijiet tal-2019 kontra t-tibdil fil-klima, b'mod partikolari rigward il-batteriji, il-Vetturi Ekoloġiċi u l-Ekoloġizzazzjoni tal-Avjazzjoni, u wkoll EUR 45,4 miljun addizzjonali għall-partita baġitarja Orizzont 2020 08 02 01 02 It-tisħiħ tar-riċerka fit-teknoloġiji futuri u emerġenti biex jiżdied l-ammont għat-temi "Ġenerazzjoni tal-enerġija rivoluzzjonarja b'emissjonijiet żero għal dekarbonizzazzjoni sħiħa" u "Teknoloġiji li jirrigwardaw l-enerġija u t-tibdil fil-klima";

E. billi l-Kummissjoni pproponiet li l-Erasmus+ jissaħħaħ minħabba l-attivitajiet fundamentali ta' mobilità tal-programm, b'mod partikolari fl-oqsma tal-edukazzjoni għolja u tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, kif ukoll għaċ-ċentri ta' eċċellenza vokazzjonali; billi hija pproponiet ukoll li parti minn dan it-tisħiħ imur lejn l-Universitajiet Ewropej, azzjoni reċenti u fundamentali żviluppata fil-qafas taż-Żona Ewropea tal-Edukazzjoni sal-2025 biex jitrawmu l-eċċellenza, l-innovazzjoni u l-inklużjoni fl-edukazzjoni għolja madwar l-Ewropa;

1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019 kif ippreżentat mill-Kummissjoni, li huwa ddedikat biex jipprovdi EUR 100 miljun addizzjonali f'approprjazzjonijiet ta' impenn għall-Orizzont 2020 u għall-Erasmus+, biex jiġi rifless il-ftehim milħuq bejn il-Parlament u l-Kunsill fil-qafas tan-negozjati tal-baġit 2019; jinnota li f'dan l-istadju ma ġie propost l-ebda tisħiħ fl-approprjazzjonijiet ta' pagament;

2. Jinnota li, minħabba l-profili tal-programmi, filwaqt li jista' jkun li ma jkunx hemm bżonn li jissaħħu l-approprjazzjonijiet ta' pagament għal Orizzont 2020 sa tmiem is-sena 2019, l-approprjazzjonijiet ta' impenn imsaħħa għal Erasmus+ probabbilment se jkollhom bżonn jiġu akkumpanjati minn żieda fl-approprjazzjonijiet ta' pagament sa minn din is-sena; jitlob lill-Kummissjoni tinforma lill-awtorità baġitarja dwar kif biħsiebha tkopri din iż-żieda fil-ħtiġijiet ta' pagament;

3. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2/2019;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 2/2019 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

ANNESS: ITTRA TAL-KUMITAT GĦALL-KULTURA U L-EDUKAZZJONI

 


<Titre>Ittra minn Sabine Verheyen, President tal-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni, lis-Sur Johan Van Overtveldt, President tal-Kumitat għall-Baġits</Titre>

 

 

 

Is-Sur Johan VAN OVERTVELDT

President tal-Kumitat għall-Baġits

WIB 02M029

 

 

IPOL-COM-CULT D (2019) 26164

 

 

 

Għażiż President,

 

Fil-15 ta' Mejju 2019, il-Kummissjoni Ewropea ppubblikat l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 2 għall-Baġit Ġenerali tal-Unjoni tal-2019. L-ABE 2/2019 jesprimi l-ftehim milħuq matul il-konċiljazzjoni biex jagħti disponibbiltà ta' EUR 100 miljun addizzjonali għall-programmi Orizzont 2020 u Erasmus+ fl-2019. Għalhekk, permezz ta' din l-ittra, il-Kumitat għall-Kultura u l-Edukazzjoni jixtieq jgħaddi lill-Kumitat BUDG il-valutazzjoni tiegħu tal-ABE 2/2019.

Fir-rigward tal-proposta tal-Kummissjoni biex taqsam l-allokazzjonijiet addizzjonali bejn Orizzont 2020 u Erasmus+ fuq bażi ta' 80-20, il-Kumitat CULT iqis li dan jirrifletti l-proporzjon approssimattiv tal-allokazzjonijiet baġitarji għaż-żewġ programmi, peress li l-pakkett finanzjarju ta' Orizzont 2020 huwa bejn wieħed u ieħor ħames darbiet akbar minn dak tal-Erasmus+. Barra minn hekk, id-diskussjonijiet tagħna mal-Kummissjoni għamluha ċara li, minħabba n-natura tal-finanzjament taħt l-Erasmus+, fi stadju daqstant tard fis-sena, ikun diffiċli immens li l-programm jassorbi livelli ta' finanzjament ogħla mill-EUR 20 miljun addizzjonali proposti fl-ABE 2/2019. Għalhekk, il-Kumitat CULT jista' jappoġġja l-proposta ta' diviżjoni tal-finanzjament.

L-ABE 2/2019, fil-memorandum ta' spjegazzjoni, jistipula wkoll fuq liema azzjonijiet il-Kummissjoni biħsiebha tonfoq riżorsi addizzjonali. Il-Kumitat CULT jilqa' mingħajr riżerva l-użu ta' finanzjament biex tingħata spinta lill-attivitajiet ta' mobilità ewlenin fil-qasam tal-edukazzjoni għolja u fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali. Madankollu, nixtiequ nesprimu t-tħassib tagħna li l-Kummissjoni biħsiebha tuża xi flus addizzjonali biex tagħti spinta lill-finanzjament għal inizjattivi pilota fuq Universitajiet Ewropej u fuq Ċentri Ewropej ta' Eċċellenza Vokazzjonali.

Għal raġunijiet ta' ċarezza, dan it-tħassib la huwa kumment dwar il-merti taż-żewġ inizjattivi u lanqas dwar il-validità tal-pilotaġġ ta' ideat ġodda. Minflok, huwa importanti li jiġi enfasizzat li ż-żewġ inizjattivi huma proposti għall-ġenerazzjoni li jmiss tal-programm Erasmus+ mill-2021-2027, iżda ma jidhrux fil-programm eżistenti. Madankollu l-Universitajiet Ewropej diġà qed jiġu ffinanzjati bis-somma ta' EUR 30 miljun mill-programm ta' ħidma tal-2019, qabel iż-żieda permezz tal-ABE. Id-deċiżjoni li jiġu ffinanzjati - meħuda permezz tal-programm ta' ħidma - tirrappreżenta għażla ta' politika sekondarja ċara li tissupplimenta l-att bażiku.

 

Kif taf, tali għażliet ta' politika supplimentari għandhom jiġu adottati biss permezz ta' atti delegati b'setgħat ta' sorveljanza għaż-żewġ leġiżlaturi, u mhux permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, peress li dawn mhumiex relatati biss mal-implimentazzjoni. Il-Kumitat CULT biħsiebu jirrimedja din is-sitwazzjoni fil-ġenerazzjoni li jmiss ta' programmi billi jiżgura li l-prijoritajiet politiċi jiġu deċiżi mil-leġiżlaturi, kif previst mit-Trattat.

Nemmnu li l-kunsiderazzjonijiet ta' hawn fuq huma ċari u aħna nibqgħu għad-dispożizzjoni tiegħek għal kwalunkwe mistoqsija li jista' jkollok jew għal kwalunkwe informazzjoni ulterjuri mixtieqa.

 

Dejjem tiegħek,

 

 

 

 

Sabine VERHEYEN

 

 

 

 

 

 

 

 

 

 

Cc:  Baġit 2019, Rapporteur (għad irid jiġi kkonfermat);

 

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

31

7

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Robert Biedroń, Anna Bonfrisco, Jonathan Bullock, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Alexandra Geese, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Valerie Hayer, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, John Howarth, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Henrik Overgaard Nielsen, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds, Nils Ušakovs, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damian Boeselager, Herbert Dorfmann, Jake Pugh

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

31

+

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

PPE

Lefteris Christoforou, Herbert Dorfmann, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

RENEW

Clotilde Armand, Olivier Chastel, Valerie Hayer, Moritz Körner, Nicolae Ştefănuță, Nils Torvalds

S&D

Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, John Howarth, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Nils Ušakovs

VERTS/ALES

Rasmus Andresen, Damian Boeselager, David Cormand, Alexandra Geese

 

7

-

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs, Hélène Laporte

NI

Jonathan Bullock, Henrik Overgaard Nielsen, Jake Pugh

 

1

0

NI

Mislav Kolakušić

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

[1] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[2] ĠU L 67, 7.3.2019.

[3] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

[4] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

[5] ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Settembru 2019Avviż legali