Proċedura : 2019/2021(BUD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0005/2019

Testi mressqa :

A9-0005/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/09/2019 - 9.1

Testi adottati :

P9_TA(2019)0011

<Date>{05/09/2019}9.9.2019</Date>
<NoDocSe>A9-0005/2019</NoDocSe>
PDF 158kWORD 52k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>

<Titre>dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2018</Titre>

<DocRef>(11730/2019 – C9‑0115/2019 – 2019/2021(BUD))</DocRef>


<Commission>{BUDG}Kumitat għall-Baġits</Commission>

Rapporteur: <Depute>John Howarth</Depute>

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
 INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI  FIL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET  FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019: li jdaħħal is-surplus tas-sena finanzjarja 2018

(11730/2019 – C9‑0115/2019 – 2019/2021(BUD))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 314 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 106a tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

 wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE, u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012[1], u b'mod partikolari l-Artikoli 18(3) u 44 tiegħu,

 wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2018[2],

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020[3],

 wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba[4],

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea[5],

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019, adottat mill-Kummissjoni fil-15 ta' April 2019 (COM(2019)0300),

 wara li kkunsidra l-pożizzjoni dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019, adottata mill-Kunsill fit-3 ta' Settembru 2019 u li ntbagħtet lill-Parlament Ewropew dakinhar stess (11730/2019 – C9‑0115/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikoli 94 u 96 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0005/2019),

A. billi l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019 għandu l-għan li jdaħħal fil-baġit 2019 is-surplus tas-sena finanzjarja 2018, u li jammonta għal EUR 1 802 miljun;

B. billi l-komponenti ewlenin ta' dak is-surplus huma eżitu pożittiv fuq id-dħul ta' EUR 1 274,6 miljun, u sottoinfiq fin-nefqa ta' EUR 527,8 miljun;

C. billi mil-lat tad-dħul, l-akbar differenza tirriżulta minn imgħax ta' inadempjenza u multi (EUR 1 312,6 miljun), bl-eżitu tal-baġit kompost minn multi tal-kompetizzjoni u mgħax ta' inadempjenza, pagamenti ta' penali oħra u mgħax marbuta ma' multi u pagamenti ta' penali;

D. billi mil-lat tan-nefqa, is-sottoimplimentazzjoni fil-pagamenti mill-Kummissjoni tilħaq EUR 322,2 miljun għall-2018 (li minnhom EUR 120 miljun mir-Riżerva ta' Għajnuna f'Emerġenza) u EUR 68 miljun għar-riporti tal-2017, u sottoimplimentazzjoni mill-istituzzjonijiet l-oħra ta' EUR 75,9 miljun għall-2018 u EUR 61,6 miljun għar-riporti tal-2017;

1. Jieħu nota tal-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019 kif imressaq mill-Kummissjoni, li huwa maħsub biss għall-ibbaġitjar tas-surplus tal-2018, għal ammont ta' EUR 1 803 miljun, skont l-Artikolu 18 tar-Regolament Finanzjarju, u tal-pożizzjoni tal-Kunsill;

2. Jinnota li, skont il-Kummissjoni, il-multi tal-kompetizzjoni fl-2018 ammontaw għal EUR 1 149 miljun; iqis mill-ġdid li, minbarra kull surplus li jirriżulta minn sottoimplimentazzjoni, il-baġit tal-Unjoni għandu jkun jista' jerġa' juża kull dħul li jirriżulta minn multi jew marbut ma' pagamenti tard mingħajr tnaqqis korrispondenti tal-kontribuzzjonijiet tal-ING; ifakkar fil-pożizzjoni tiegħu favur iż-żieda tar-riżerva proposta tal-Unjoni fil-Qafas Finanzjarju Pluriennali li jmiss b'ammont ekwivalenti għad-dħul li jirriżulta minn multi u penali;

3. Japprova l-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta' baġit emendatorju Nru 1/2019;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jiddikjara li l-baġit emendatorju Nru 1/2019 ġie adottat b'mod definittiv u biex jiżgura li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

5. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lill-istituzzjonijiet l-oħra u lill-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

INFORMAZZJONI DWAR L-ADOZZJONI  FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

Data tal-adozzjoni

3.9.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

32

4

1

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Rasmus Andresen, Clotilde Armand, Robert Biedroń, Damian Boeselager, Anna Bonfrisco, Jonathan Bullock, Olivier Chastel, Lefteris Christoforou, David Cormand, Paolo De Castro, Herbert Dorfmann, José Manuel Fernandes, Eider Gardiazabal Rubial, Alexandra Geese, Valentino Grant, Elisabetta Gualmini, Valerie Hayer, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, John Howarth, Mislav Kolakušić, Moritz Körner, Joachim Kuhs, Zbigniew Kuźmiuk, Hélène Laporte, Pierre Larrouturou, Margarida Marques, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Henrik Overgaard Nielsen, Jake Pugh, Karlo Ressler, Bogdan Rzońca, Nils Torvalds, Johan Van Overtveldt, Rainer Wieland, Angelika Winzig

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Damian Boeselager, Herbert Dorfmann, Jake Pugh

 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET  FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

 

32

+

ECR

Zbigniew Kuźmiuk, Bogdan Rzońca, Johan Van Overtveldt

NI

Jonathan Bullock, Henrik Overgaard Nielsen, Jake Pugh,

PPE

Lefteris Christoforou, Herbert Dorfmann, José Manuel Fernandes, Niclas Herbst, Monika Hohlmeier, Siegfried Mureşan, Jan Olbrycht, Karlo Ressler, Rainer Wieland, Angelika Winzig

RENEW

Clotilde Armand, Olivier Chastel, Valerie Hayer, Moritz Körner, Nils Torvalds

S&D

Robert Biedroń, Paolo De Castro, Eider Gardiazabal Rubial, Elisabetta Gualmini, John Howarth, Pierre Larrouturou, Margarida Marques

VERTS/ALES

Rasmus Andresen, Damian Boeselager, David Cormand, Alexandra Geese

 

4

-

ID

Anna Bonfrisco, Valentino Grant, Joachim Kuhs, Hélène Laporte

 

1

0

NI

Mislav Kolakusic

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

 

[1] ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1.

[2] ĠU L 67, 7.3.2019.

[3] ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

[4] ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

[5] ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Settembru 2019Avviż legali