Proċedura : 2019/0807(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0009/2019

Testi mressqa :

A9-0009/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 10/10/2019 - 8.2

Testi adottati :

P9_TA(2019)0023

<Date>{24/09/2019}24.9.2019</Date>
<NoDocSe>A9-0009/2019</NoDocSe>
PDF 178kWORD 53k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>*</RefProcLect>

<Titre>dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni, min-naħa tal-Eurojust, tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u s-Serbja</Titre>

<DocRef>(10334/2019 – C9-0041/2019 – 2019/0807(CNS))</DocRef>


<Commission>{LIBE}Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern</Commission>

Rapporteur: <Depute>Juan Fernando López Aguilar</Depute>

(Proċedura simplifikata – Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill li tapprova l-konklużjoni, min-naħa tal-Eurojust, tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u s-Serbja

(10334/2019 – C9-0041/2019 – 2019/0807(CNS))

(Konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz tal-Kunsill (10334/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 39(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, kif emendat mit-Trattat ta' Amsterdam, u l-Artikolu 9 tal-Protokoll Nru 36 dwar id-dispożizzjonijiet transitorji, skont liema artikoli ġie kkonsultat mill-Kunsill (C9-0041/2019),

 wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi l-Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja[1], u b'mod partikolari l-Artikolu 26a(2) tagħha,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0009/2019),

1. Japprova l-abbozz tal-Kunsill;

2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi/tgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

NOTA SPJEGATTIVA

 

Il-Ftehim ta' Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u s-Serbja jsegwi l-mudell ta' ftehimiet simili konklużi mill-Eurojust fil-passat (pereżempju, il-Eurojust u l-FYROM, il-Eurojust u l-Istati Uniti, il-Eurojust u n-Norveġja, il-Eurojust u l-Iżvizzera, il-Eurojust u l-Albanija, u l-iktar reċentement, il-Eurojust u l-Georgia). L-għan ta' tali ftehimiet hu li tittrawwem il-kooperazzjoni fir-rigward tal-ġlieda kontra l-kriminalità serja, speċjalment il-kriminalità organizzata u t-terroriżmu. Huma jipprevedu, inter alia, uffiċjali ta' kollegament, punti ta' kuntatt u skambju ta' informazzjoni. Ftehimiet ta' kooperazzjoni bħal dawn huma bbażati fuq l-Artikolu 26a(2) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI tat-28 ta' Frar 2002 li tistabbilixxi Eurojust bil-għan li tiġi msaħħa l-ġlieda kontra l-kriminalità serja.

 

Il-Ftehim imsemmi huwa konformi mal-Istrateġija dwar il-Balkani tal-Punent tal-Kummissjoni Ewropea tal-2018.[2] F'dak ir-rigward il-Kummissjoni ssottolinjat il-ġlieda kontra l-kriminalità serja u t-terroriżmu billi ddikjarat li "l-kriminalità organizzata għadha kwistjoni serja ħafna fil-Balkani tal-Punent u t-Turkija. Kemm minn ġot-Turkija kif ukoll minn ġol-Balkani tal-Punent jgħaddu rotot importanti tal-kuntrabandu. Hemm netwerks kriminali b'saħħithom b'rabtiet internazzjonali mifruxa li għadhom qed joperaw minn ġo dawn il-pajjiżi u permezz tagħhom. Il-Balkani tal-Punent ħadu passi importanti f'dawn l-aħħar snin biex jimmodernizzaw il-qafas legali u istituzzjonali rigward il-ġlieda kontra t-terroriżmu. Il-kooperazzjoni operazzjonali mal-Istati Membri tal-UE u mal-aġenziji tal-UE kompliet tiġi intensifikata u tittejjeb. Il-pajjiżi kollha tal-Balkani tal-Punent jipparteċipaw b'mod attiv fl-Inizjattiva għall-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu fil-Balkani tal-Punent (WBCTi). Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-pajjiżi għad għandhom bżonn iżidu l-isforzi biex jindirizzaw il-kwistjoni tal-ġellieda barranin li jerġgħu lura u biex jipprevjenu l-estremiżmu u r-radikalizzazzjoni, inkluż fil-ħabsijiet." F'dan ir-rigward pajjiżi kandidati oħra fir-reġjun (il-Montenegro, il-Maċedonja ta' Fuq u l-Albanija) diġà kkonkludew ftehimiet simili. Fir-rapport tagħha tal-2019, il-Kummissjoni semmiet ukoll li "is-Serbja għandha żżid l-isforzi tagħha biex tindirizza n-nuqqasijiet, u b'mod partikolari tistabbilixxi rekord konvinċenti ta' investigazzjoni, prosekuzzjoni, u kundanni fil-każijiet ta' kriminalità organizzata". Barra minn hekk, is-Serbja hija "l-aktar pajjiż mitlub fir-reġjun, u b'mod ġenerali, it-tieni l-aktar pajjiż terz mitlub fix-xogħol fuq il-każijiet tal-Eurojust. Is-Serbja kienet involuta f'34 każ fl-2018"[3].

 

Il-Kummissjoni Ewropea ddikjarat ukoll, fit-Tieni Rapport taħt il-Mekkaniżmu ta' Sospensjoni tal-Viża tagħha, li "Fir-rigward tal-kriminalità organizzata, iċ-ċittadini Serbi jkomplu jiġu rrappurtati bħala waħda min-nazzjonalitajiet irrappurtati l-aktar ta’ spiss għal reati ta’ proprjetà organizzata fl-UE, b’mod partikolari fil-Belġju, fi Franza, fil-Ġermanja u fl-Italja.  Iċ-ċittadini Serbi komplew ukoll ikunu wieħed mill-aktar vittmi frekwenti tat-traffikar tal-bnedmin li joriġina mir-reġjun tal-Balkani tal-Punent.  Il-gruppi tal-kriminalità organizzata magħmula minn ċittadini Iranjani huma involuti fit-traffikar tal-eroina tul din ir-rotta, kif ukoll ir-rotta tal-Kawkasu tanNofsinhar.  Għad hemm ħażniet kbar ta’ armi fis-Serbja, li huwa riskju fil-qafas tat-traffikar tal-armi tan-nar."[4]

 

Għalhekk, tali ftehim jista' jrawwem kooperazzjoni akbar fil-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u huwa fl-interess tas-Serbja u tal-Istati Membri tal-UE, peress li l-kriminalità organizzata hija problema transnazzjonali. Tali ftehim jintlaqa' tajjeb ukoll fil-qasam tal-kooperazzjoni ġudizzjarja, fid-dawl ta' ftehim li diġà jeżisti bejn il-Europol u s-Serbja u ta' arranġament ta' ħidma bejn is-Cepol u s-Serbja fir-rigward tal-kooperazzjoni tal-pulizija.

 

B'konformità mad-Deċiżjoni kurrenti tal-Eurojust, tali ftehimiet ta' kooperazzjoni bejn il-Eurojust u pajjiżi terzi li fihom dispożizzjonijiet dwar l-iskambju ta' data personali jistgħu jiġu konklużi biss jekk l-entità kkonċernata hija soġġetta għall-Konvenzjoni tal-Kunsill tal-Ewropa tat-28 ta' Jannar 1981 jew wara li ssir valutazzjoni li tikkonferma l-eżistenza ta' livell adegwat ta' protezzjoni tad-data żgurata minn dik l-entità. F'dak ir-rigward, irid jiġi enfasizzat li l-Serbja fl-2005 rratifikat il-Konvenzjoni msemmija kif ukoll, fl-2008, il-Protokoll Addizzjonali tagħha. Fit-28 ta' Marzu 2019, il-Korp Konġunt ta' Sorveljanza tal-Eurojust ta opinjoni pożittiva dwar id-dispożizzjonijiet tal-Ftehim fir-rigward tal-protezzjoni tad-data. Huwa ssottolinja, inter alia, l-adozzjoni ta' leġislazzjoni Serba ġdida dwar il-protezzjoni tad-data fl-2018.[5] Barra minn hekk, ir-Regolament il-ġdid (UE) 2018/1727 dwar il-Eurojust li jissostitwixxi u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2002/187/ĠAI jipprevedi l-possibbiltà ta' ftehimiet ma' pajjiżi terzi fejn dawn il-ftehimiet possibilment ikunu l-bażi għat-trasferiment ta' data personali kemm-il darba l-prinċipji ġenerali għat-trasferimenti ta' data personali operazzjonali lil pajjiżi terzi jiġu rispettati (ara, f'dak ir-rigward, l-Artikolu 56 tar-Regolament).

 

Konsegwentement, abbażi tal-kunsiderazzjonijiet kollha ta' hawn fuq, ir-Rapporteur japprova l-abbozz ta' deċiżjoni ta' implimentazzjoni tal-Kunsill fir-rigward tal-abbozz ta' Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn il-Eurojust u s-Serbja.

 

 

PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Deċiżjoni ta’ implimentazzjoni li tapprova l-konklużjoni mill-Eurojust tal-Ftehim dwar il-Kooperazzjoni bejn l-Eurojust u s-Serbja

Referenzi

10334/2019 – C9-0041/2019 – 2019/0807(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

9.7.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

18.7.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

AFET

18.7.2019

JURI

18.7.2019

 

 

Opinjoni(jiet) mhux mogħtija

 Data tad-deċiżjoni

AFET

9.9.2019

JURI

3.9.2019

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Juan Fernando López Aguilar

4.9.2019

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

24.7.2019

Eżami fil-kumitat

4.9.2019

12.9.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

12.9.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

24.9.2019

 

 

[1] GU L 63, 6.3.2002, p. 1.

[2] Perspettiva kredibbli għat-tkabbir u involviment akbar tal-UE mal-Balkani tal-Punent, (COM(2018) 65 final).

[3] Communication on EU Enlargement Policy, Serbia 2019 Report, Commission Staff Working Document (Komunikazzjoni dwar il-Politika tat-Tkabbir tal-UE, Rapport 2019 dwar is-Serbja, Dokument ta' Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni) (SWD(2019) 219 final).

[5] Zakon o zaštiti podataka o ličnosti (Sl. glasnik RS, br. 87/2018).

Aġġornata l-aħħar: 4 ta' Ottubru 2019Avviż legali