Proċedura : 2019/0183(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0020/2019

Testi mressqa :

A9-0020/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2019 - 8.4
CRE 24/10/2019 - 8.4

Testi adottati :

P9_TA(2019)0045

<Date>{21/10/2019}21.10.2019</Date>
<NoDocSe>A9-0020/2019</NoDocSe>
PDF 216kWORD 79k

<TitreType>RAPPORT</TitreType>     <RefProcLect>***I</RefProcLect>

<Titre>dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim</Titre>

<DocRef>(COM(2019)0399 – C9-0111/2019 – 2019/0183(COD))</DocRef>


<Commission>{REGI}Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali</Commission>

Rapporteur: <Depute>Younous Omarjee</Depute>

EMENDI
ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 ITTRA tal-Kumitat għall-Baġits
 PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 sabiex tingħata assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim

(COM(2019)0399 – C9-0111/2019 – 2019/0183(COD))

(Proċedura leġiżlattiva ordinarja: l-ewwel qari)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0399),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u t-tielet paragrafu tal-Artikolu 175 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C9-0111/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

 wara li kkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew,

 wara li kkonsulta lill-Kumitat tar-Reġjuni,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 59 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Baġits,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali (A9-0020/2019),

1. Jadotta l-pożizzjoni fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

2. Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk tibdel il-proposta tagħha, temendaha b'mod sustanzjali jew ikollha l-ħsieb li temendaha b'mod sustanzjali;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.

<RepeatBlock-Amend><Amend>Emenda  <NumAm>1</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 4</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Biex jiġi mmitigat l-impatt ekonomiku tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim u biex tintwera s-solidarjetà mal-Istati Membri l-aktar milquta f'ċirkostanzi tant ta' eċċezzjoni, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jiġi emendat biex jappoġġa n-nefqa pubblika relatata.

(4) Biex jiġi mmitigat l-impatt ekonomiku u soċjali tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim u biex tintwera s-solidarjetà mal-Istati Membri l-aktar milquta f'ċirkostanzi tant ta' eċċezzjoni, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2012/2002 jiġi emendat biex jappoġġa n-nefqa pubblika relatata.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>2</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 5</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Minħabba li dan huwa użu eċċezzjonali tal-Fond, l-assistenza tiegħu biex jimmitiga piż finanzjarju serju, impost fuq l-Istati Membri bħala konsegwenza diretta tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim, jenħtieġ li tkun immirata u limitata fiż-żmien biex jitħares ir-raġunament oriġinali tal-Fond, kif ukoll il-kapaċità tiegħu li jirrispondi għal diżastri naturali.

(5) Minħabba li dan huwa użu eċċezzjonali tal-Fond, l-assistenza tiegħu biex jimmitiga piż finanzjarju serju, impost jew li se jiġi impost fuq l-Istati Membri bi tħejjija għall-ħruġ, jew bħala konsegwenza diretta tal-ħruġ, tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim, jenħtieġ li tkun immirata u limitata fiż-żmien biex jitħares ir-raġunament oriġinali tal-Fond, kif ukoll il-kapaċità tiegħu li jirrispondi għal diżastri naturali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>3</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 8</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Biex tinżamm id-disponibbiltà tal-Fond għal diżastri naturali, li kienu l-iskop oriġinali tiegħu, jenħtieġ li jiġi stabbilit limitu massimu baġitarju għall-appoġġ relatat mal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim.

(8) Fid-dawl tal-fatt li jeħtieġ jiġi pprovdut baġit raġonevoli biex tinżamm id-disponibbiltà tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għal diżastri naturali, jeħtieġ li l-Istati Membri u r-reġjuni jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom mezzi addizzjonali oħra biex jgħinuhom jillimitaw l-impatt tal-ħruġ potenzjali tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim, pereżempju permezz tal-FEG jew strumenti finanzjarji ad hoc oħra.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>4</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Premessa 9</Article>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) L-assistenza mill-Fond għall-mitigazzjoni tal-piż finanzjarju serju impost fuq l-Istati Membri bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim jenħtieġ li tkun soġġetta għall-istess regoli għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-kontroll u l-awditjar, bħal kull intervent ieħor tal-Fond. Barra minn hekk, minħabba l-ambitu wiesa' ta' nefqa pubblika potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ, huwa importanti li jiġi żgurat li dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jiġu rrispettati.

(9) L-assistenza mill-Fond għall-mitigazzjoni tal-piż finanzjarju serju impost jew li jaf jiġi impost fuq l-Istati Membri bi tħejjija għall-ħruġ, jew bħala konsegwenza tal-ħruġ, tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim jenħtieġ li tkun soġġetta għall-istess regoli għall-implimentazzjoni, il-monitoraġġ, ir-rapportar, il-kontroll u l-awditjar, bħal kull intervent ieħor tal-Fond. Barra minn hekk, minħabba l-ambitu wiesa' ta' nefqa pubblika potenzjalment eliġibbli għall-appoġġ, huwa importanti li jiġi żgurat li dispożizzjonijiet oħrajn tad-dritt tal-Unjoni, b'mod partikolari r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, jiġu rrispettati.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>5</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 2012/2002</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 3a – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-approprjazzjonijiet disponibbli għal dan il-għan għandhom ikunu limitati għal nofs l-ammont disponibbli massimu għall-intervent tal-Fond għas-snin 2019 u 2020.

(2) L-approprjazzjonijiet disponibbli għal dan il-għan għandhom ikunu limitati għal 30 % tal-ammont disponibbli massimu għall-intervent tal-Fond għas-snin 2019 u 2020.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>6</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 2012/2002</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 3a – paragrafu 3</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Tali assistenza għandha tkopri parti min-nefqa pubblika addizzjonali kkawżata direttament mill-ħruġ mingħajr ftehim u mġarrba esklussivament bejn id-data tal-ħruġ mingħajr ftehim u bejn il-31 ta' Diċembru 2020 ("piż finanzjarju").

(3) Tali assistenza għandha tkopri parti min-nefqa pubblika addizzjonali mġarrba esklussivament bejn l-1 ta' Jannar 2019 u l-31 ta' Diċembru 2020 bi tħejjija għall-ħruġ mingħajr ftehim jew bħala konsegwenza tal-istess ħruġ ("piż finanzjarju").

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>7</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 2012/2002</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 3a – paragrafu 4</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Stat Membru għandu jkun eliġibbli li japplika għall-assistenza skont dan l-Artikolu jekk il-piż finanzjarju li jkun ġarrab ikun stmat li huwa jew 'l fuq minn EUR 1 500 000 000 bil-prezzijiet tal-2011, jew aktar minn 0.3. % tal-ING tiegħu.

(4) Stat Membru għandu jkun eliġibbli li japplika għall-assistenza skont dan l-Artikolu jekk il-piż finanzjarju li jkun ġarrab ikun stmat li huwa jew 'il fuq minn EUR 750 000 000 bil-prezzijiet tal-2011, jew aktar minn 0,15 % tal-ING tiegħu.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>8</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 2012/2002</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 3b - paragrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-assistenza mogħtija skont l-Artikolu 3a għandha tkopri biss il-piż finanzjarju mġarrab minn Stat Membru meta mqabbel mas-sitwazzjoni li fiha jkun ġie konkluż ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Tali assistenza tista' tintuża, pereżempju, biex tagħti appoġġ lil negozji affettwati mill-ħruġ mingħajr ftehim, inkluż appoġġ għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat għal dawk in-negozji u interventi relatati; miżuri biex jiġu ppreservati l-impjiegi eżistenti; u biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-kontrolli fil-fruntieri, doganali, sanitarji u fitosanitarji, inkluż persunal u infrastruttura addizzjonali.

(1) L-assistenza mogħtija skont l-Artikolu 3a għandha tkopri biss il-piż finanzjarju mġarrab minn Stat Membru meta mqabbel mas-sitwazzjoni li fiha jkun ġie konkluż ftehim bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Tali assistenza tista' tintuża, pereżempju, biex tagħti appoġġ lil negozji u ħaddiema affettwati mill-ħruġ mingħajr ftehim, inkluż appoġġ għal miżuri ta' għajnuna mill-Istat għal dawk in-negozji u interventi relatati; miżuri biex jiġu ppreservati l-impjiegi eżistenti; u biex jiġi żgurat il-funzjonament tal-kontrolli fil-fruntieri, doganali, sanitarji u fitosanitarji, inkluż persunal u infrastruttura addizzjonali.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>9</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 2012/2002</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 3b – paragrafu 6a (ġdid)</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(6a) In-nefqa eliġibbli għall-finanzjament taħt il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni m'għandhiex tkun iffinanzjata fil-qafas ta' dan ir-Regolament.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>10</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 2012/2002</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 4a – paragrafu 1</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(1) L-awtoritajiet responsabbli nazzjonali ta' Stat Membru jistgħu jippreżentaw applikazzjoni unika lill-Kummissjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond f'konformità mal-Artikolu 3a sa mhux aktar tard mit-30 ta' April 2020.  L-applikazzjoni għandha tinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-piż finanzjarju impost fuq dak l-Istat Membru. Għandha tiddeskrivi l-miżuri pubbliċi li ttieħdu b'rispons għall-ħruġ mingħajr ftehim u tispeċifika l-kost nett tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2020, u r-raġunijiet għala ma setgħux jiġu evitati permezz ta' miżuri ta' tħejjija. Jenħtieġ li tinkludi wkoll il-ġustifikazzjoni li tikkonċerna l-effett dirett tal-ħruġ mingħajr ftehim.

(1) L-awtoritajiet responsabbli nazzjonali ta' Stat Membru jistgħu jippreżentaw applikazzjoni unika lill-Kummissjoni għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond f'konformità mal-Artikolu 3a sa mhux aktar tard mit-30 ta' Ġunju 2020. L-applikazzjoni għandha tinkludi, bħala minimu, l-informazzjoni rilevanti kollha dwar il-piż finanzjarju impost fuq dak l-Istat Membru. Għandha tiddeskrivi l-miżuri pubbliċi li ttieħdu bi tħejjija u/jew b'rispons għall-ħruġ mingħajr ftehim u tispeċifika l-kost nett tagħhom sal-31 ta' Diċembru 2020. Jenħtieġ li tinkludi wkoll il-ġustifikazzjoni li tikkonċerna l-effett dirett tal-ħruġ mingħajr ftehim.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>11</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 2012/2002</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 4a – paragrafu 2</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) Il-Kummissjoni għandha tħejji gwida dwar kif il-Fond jista' jiġi aċċessat u implimentat effettivament. Il-gwida għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar it-tħejjija tal-applikazzjoni, u l-informazzjoni li jkollha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, inkluż dwar l-evidenza li għandha tingħata rigward il-piż finanzjarju impost. Il-gwida għandha tkun pubblika fuq is-siti web tad-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tiżgura li tixxerred b'mod usa' lill-Istati Membri.

(2) Sa mhux aktar tard mill-31 ta' Diċembru 2019, il-Kummissjoni għandha tħejji gwida dwar kif il-Fond jista' jiġi aċċessat u implimentat effettivament. Il-gwida għandha tipprovdi informazzjoni dettaljata dwar it-tħejjija tal-applikazzjoni, u l-informazzjoni li jkollha tiġi ppreżentata lill-Kummissjoni, inkluż dwar l-evidenza li għandha tingħata rigward il-piż finanzjarju impost. Il-gwida għandha tkun pubblika fuq is-siti web tad-Direttorati Ġenerali rilevanti tal-Kummissjoni, u l-Kummissjoni għandha tiżgura li tixxerred b'mod usa' lill-Istati Membri.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>12</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 2012/2002</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 4a – paragrafu 3</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) Wara t-30 ta' April 2020, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandha tivvaluta għall-applikazzjonijiet kollha jekk il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond humiex issodisfati f'kull każ, u għandha tiddetermina l-ammonti ta' kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja possibbli mill-Fond fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli.

(3) Wara t-30 ta' Ġunju 2020, il-Kummissjoni, fuq il-bażi tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2, għandha tivvaluta għall-applikazzjonijiet kollha jekk il-kundizzjonijiet għall-mobilizzazzjoni tal-Fond humiex issodisfati f'kull każ, u għandha tiddetermina l-ammonti ta' kwalunkwe kontribuzzjoni finanzjarja possibbli mill-Fond fil-limiti tar-riżorsi finanzjarji disponibbli.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>13</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 2012/2002</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 4a – paragrafu 4</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) L-assistenza mill-Fond għandha tingħata lill-Istati Membri li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà, filwaqt li jitqiesu l-livelli limitu speċifikati fl-Artikolu 3a(4), b'rata ta' mhux aktar minn 5 % tal-piż finanzjarju impost, u fil-limiti tal-baġit disponibbli. Fil-każ li l-baġit disponibbli jirriżulta li ma jkunx biżżejjed, ir-rata tal-għajnuna għandha titnaqqas proporzjonalment.

(4) L-assistenza mill-Fond għandha tingħata lill-Istati Membri li jissodisfaw il-kriterji ta' eliġibbiltà, filwaqt li jitqiesu l-livelli limitu speċifikati fl-Artikolu 3a(4), b'rata ta' mhux aktar minn 10 % tal-piż finanzjarju impost, u fil-limiti tal-baġit disponibbli. Fil-każ li l-baġit disponibbli jirriżulta li ma jkunx biżżejjed, ir-rata tal-għajnuna għandha titnaqqas proporzjonalment.

</Amend>

<Amend>Emenda  <NumAm>14</NumAm>

<DocAmend>Proposta għal regolament</DocAmend>

<Article>Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 6</Article>

<DocAmend2>Regolament (KE) Nru 2012/2002</DocAmend2>

<Article2>Artikolu 4a – paragrafu 6</Article2>

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6) Id-deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-Fond għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill malajr kemm jista' jkun wara li l-Kummissjoni tkun ippreżentat il-proposta. Il-Kummissjoni, fuq naħa waħda, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq in-naħa l-oħra, għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu kemm jista' jkun il-ħin li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond.

6) Id-deċiżjoni biex jiġi mmobilizzat il-Fond għandha tittieħed b'mod konġunt mill-Parlament Ewropew u mill-Kunsill malajr kemm jista' jkun wara li l-Kummissjoni tkun ippreżentat il-proposta. Il-Kummissjoni, fuq naħa waħda, u l-Parlament Ewropew u l-Kunsill, fuq in-naħa l-oħra, għandhom jagħmlu ħilithom biex inaqqsu kemm jista' jkun il-ħin li jittieħed biex jiġi mobilizzat il-Fond u għandhom jimpenjaw ruħhom li jipproponu, fl-iktar ħin qasir possibbli, strument imfassal apposta biex jindirizza tali emerġenza.

</Amend>

</RepeatBlock-Amend>

 


 

NOTA SPJEGATTIVA

 

Ir-Renju Unit, fil-mument li qed jinkiteb dan, huwa ppjanat li joħroġ mill-Unjoni Ewropea fl-31 ta' Ottubru 2019, minkejja li l-kundizzjonijiet preċiżi ta' dan il-ħruġgħadhom mhumiex ċari.

 

Fin-nuqqas ta' ftehim dwar il-ħruġ, ir-Renju Unit mhux se jibqa' parti mis-suq uniku jew l-unjoni doganali, jew assoċjat magħhom. Il-Brexit għalhekk ser iwassal għal diffikultajiet ekonomiċi konsiderevoli, mhux biss fir-Renju Unit, iżda wkoll f'dawk il-partijiet tal-Istati Membri li jkunu għadhom fl-Unjoni li jiddependu ħafna fuq rabtiet ekonomiċi mar-Renju Unit.

 

Il-Kummissjoni għalhekk ipproponiet li temenda r-regolament dwar il-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea.

 

L-ewwel nett, il-proposta żżid il-Brexit maċ-ċirkostanzi li jiġġustifikaw l-iżborż tal-Fond (bħalissa l-Fond ikopri biss diżastri naturali). Il-Kummissjoni tipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jitolbu li jużaw din il-fergħa l-ġdida tal-FSUE għas-snin finanzjarji 2019 u 2020 mill-1 ta' Novembru 2019. Il-pagamenti ta' kumpens minħabba l-Brexit se jkunu possibbli sal-aħħar tal-2020, u sa massimu ta' 50 % biss tal-baġit tal-Fond, bil-bqija li jibqgħu riżervati għad-diżastri naturali.

 

It-tieni, il-proposta għandha l-għan li żżid il-pagamenti bil-quddiem mill-Fond minn 10 % għal 25 %. Din il-bidla hija indipendenti mill-Brexit, u l-Kummissjoni tipproponi dan peress li tqis li l-pagamenti bil-quddiem kurrenti huma baxxi wisq, u jdewmu l-isforzi fuq il-post wara d-diżastri naturali.

 

Il-Kumitat għall-Baġits ta opinjoni pożittiva dwar dawn il-bidliet, u l-maġġoranza tal-membri tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali jaqblu li għandhom jittieħdu passi li jippermettu assistenza finanzjarja għal Stati Membri affettwati.


 

 

ITTRA tal-Kumitat għall-Baġits

Is-Sur Younous Omarjee,

President

Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali

BRUSSELL

Suġġett: <Titre>Opinjoni dwar l-assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim</Titre> <DocRef>(COM(2019)0399 – C9-0111/2019 – 2019/0183(COD))</DocRef>

Għażiż Sur President,

Il-proposta tal-Kummissjoni biex jiġi emendat ir-Regolament tal-Fond ta' Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (FSUE) ġiet riferuta għal opinjoni lill-Kumitat għall-Baġits. Nifhem li l-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali biħsiebu jadotta rapport taħt il-proċedura semplifikata fit-2 ta' Ottubru 2019.

Il-proposta għandha l-għan li testendi l-ambitu tal-FSUE sabiex turi solidarjetà Ewropea mal-Istati Membri milquta l-aktar serjament billi tipprovdi assistenza mill-Fond biex tgħinhom iġorru l-piż finanzjarju impost fuqhom b'konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim. F'konformità mal-prinċipju tas-sussidjarjetà, tiddefinixxi kriterji ta' eliġibbiltà ċari biex il-FSUE jiġi mmobilizzat. Għaldaqstant, l-assistenza li taqa' taħt dan l-istrument se tkun limitata għal spejjeż b'riperkussjonijiet serji fuq il-kundizzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji fi Stat Membru partikolari.

Nixtieq nenfasizza li l-proposta preżenti tikkonferma biċ-ċar il-konvinzjoni li l-Parlament ilu jħaddan li l-qafas baġitarju kurrenti ma jipprovdix il-livell ta' flessibbiltà li neħtieġu.

Il-Kumitat għall-Baġits jilqa' mingħajr riżerva l-użu tal-finanzjament tal-FSUE bħala assistenza lill-Istati Membri biex jinġarr il-piż finanzjarju li jirriżulta direttament minn Brexit ta' ebda ftehim, jekk u kull fejn jaqbeż il-kapaċità baġitarja tal-Istat Membru li jiffaċċja din il-kriżi waħdu. Iqis li dan jikkonforma mal-prinċipju sottostanti tal-Fond, jiġifieri dak ta' solidarjetà ġenwina tal-UE f'sitwazzjonijiet ta' diżastru. Għalhekk, jaqbel li l-Fondi tal-FSUE jistgħu jintużaw biex jiġu koperti, pereżempju, l-ispejjeż tal-istabbiliment ta' skemi ta' għajnuna speċifiċi għan-negozji milquta u l-ispejjeż għall-amministrazzjonijiet pubbliċi f'termini ta' ħolqien ta' faċilitajiet ta' infrastruttura addizzjonali u ta' reklutaġġ ta' persunal addizzjonali, b'rata massima ta' 5 % tal-piż finanzjarju impost. Il-Kumitat jinnota li qiegħed jiġi propost li l-limiti minimi ta' eliġibbiltà għall-applikazzjonijiet relatati mal-Brexit jitnaqqsu bin-nofs, għal 0,3 % tal-ING jew għal EUR 1,5 biljun, bil-prezzijiet tal-2011, meta mqabbla ma' dawk applikati f'każ ta' diżastru naturali. Jilqa' favorevolment il-proposta tal-Kummissjoni li żżid il-livell ta' pagamenti bil-quddiem li jistgħu jiġu żborżati, fuq talba ta' Stat Membru, minn 10 % u massimu ta' EUR 30 miljun, għal 25 % u massimu ta' EUR 100 miljun, kemm għal każijiet relatati mal-Brexit kif ukoll għal dawk li mhumiex. Fl-aħħar nett jinnota wkoll li l-pakkett totali mwarrab fil-baġit annwali għal dan il-għan għandu jiżdied minn EUR 50 miljun għal EUR 100 miljun fis-sena, sabiex tiġi garantita d-disponibbiltà f'waqtha tar-riżorsi baġitarji. L-aħħar żewġ proposti, għandhom, wieħed jittama, jikkontribwixxu biex is-sistema ta' pagamenti bil-quddiem tal-FSUE ssir aktar sodisfaċenti u tintuża b'aktar frekwenza.

Wieħed mit-tħassib ewlieni tal-Kumitat huwa li kull intervent mill-FSUE b'rabta mal-Brexit m'għandux ikun għad-detriment tal-applikazzjonijiet relatati ma' diżastru naturali kbir, li jirrappreżenta l-għan ewlieni tal-Fond. Jidher li minħabba f'hekk teżisti salvagwardja fil-proposta li tillimita l-ammonti disponibbli għall-applikazzjonijiet relatati mal-Brexit, għal massimu ta' 50 % tal-pakketti tal-FSUE għall-2019 u għall-2020, jiġifieri total massimu ta' EUR 591,65 miljun bi prezzijiet kurrenti fuq perjodu ta' sentejn. Barra minn hekk, ir-rata massima ta' rimborż ta' 5 % tista' tiġi riveduta 'l isfel jekk il-baġit disponibbli ma jkunx biżżejjed. Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom jiżguraw distribuzzjoni bilanċjata tal-finanzjament u jevitaw xenarju ta' min jiġi l-ewwel jinqeda l-ewwel.

Filwaqt li l-Kumitat għall-Baġits jinsab sodisfatt bid-dispożizzjonijiet legali kif proposti mill-Kummissjoni, huwa jixtieq li jinżamm informat mill-qrib mill-Kummissjoni dwar l-applikazzjonijiet kollha riċevuti u dwar id-disponibbiltà ta' finanzjament taħt l-FSUE matul l-2019 u l-2020.

Fl-aħħar nett, il-koordinaturi tal-Kumitat ivvalutaw din il-proposta u talbuni niktiblek biex ngħarrfek li l-Kumitat huwa favur l-emenda tar-Regolament dwar il-Fond Ewropew ta' Solidarjetà kif propost mill-Kummissjoni.

Dejjem tiegħek,

 

 

 

 

 

 

Johan Van Overtveldt


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Assistenza finanzjarja lill-Istati Membri biex tkopri l-piż finanzjarju serju impost fuqhom wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni mingħajr ftehim

Referenzi

COM(2019)0399 – C9-0111/2019 – 2019/0183(COD)

Data meta ġiet ippreżentata lill-PE

5.9.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

REGI

16.9.2019

 

 

 

Kumitati mitluba jagħtu opinjoni

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

BUDG

16.9.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Younous Omarjee

3.10.2019

 

 

 

Data tal-adozzjoni

21.10.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

33

0

4

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Pascal Arimont, Adrian-Dragoş Benea, Isabel Benjumea Benjumea, Tom Berendsen, Erik Bergkvist, Franc Bogovič, Andrea Cozzolino, Corina Crețu, Rosa D’Amato, Tamás Deutsch, Christian Doleschal, Francesca Donato, Cristian Ghinea, Peter Jahr, Manolis Kefalogiannis, Ondřej Knotek, Constanze Krehl, Elżbieta Kruk, Cristina Maestre Martín De Almagro, Pedro Marques, Andżelika Anna Możdżanowska, Niklas Nienaß, Andrey Novakov, Younous Omarjee, Alessandro Panza, Tsvetelina Penkova, Caroline Roose, Susana Solís Pérez, Valdemar Tomaševski, Monika Vana, Julie Ward

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

François Alfonsi, Vlad-Marius Botoş, Daniel Buda, Barbara Ann Gibson, Jan Olbrycht, Mauri Pekkarinen

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Bill Newton Dunn

Data tat-tressiq

21.10.2019

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

33

+

ECR

Elżbieta Kruk, Andżelika Anna Możdżanowska, Valdemar Tomaševski

EPP

Pascal Arimont, Isabel Benjumea Benjumea, Tom Berendsen, Franc Bogovič, Daniel Buda, Tamás Deutsch, Christian Doleschal, Peter Jahr, Manolis Kefalogiannis, Andrey Novakov, Jan Olbrycht

GUE

Younous Omarjee

RENEW

Vlad-Marius Botoş, Cristian Ghinea, Ondřej Knotek, Bill Newton Dunn, Mauri Pekkarinen, Susana Solís Pérez

S&D

Adrian-Dragoş Benea, Erik Bergkvist, Corina Crețu, Constanze Krehl, Cristina Maestre Martín De Almagro, Pedro Marques, Tsvetelina Penkova, Julie Ward

VERTS/ALE

François Alfonsi, Niklas Nienaß, Caroline Roose, Monika Vana

 

 

0

-

 

 

 

4

0

ID

Francesca Donato, Alessandro Panza

NI

Rosa D'Amato

S&D

Andrea Cozzolino

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 22 ta' Ottubru 2019Avviż legali