Proċedura : 2018/0418(NLE)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : A9-0025/2019

Testi mressqa :

A9-0025/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2019 - 4.5

Testi adottati :

P9_TA(2019)0088

<Date>{13/11/2019}13.11.2019</Date>
<NoDocSe>A9-0025/2019</NoDocSe>
PDF 178kWORD 55k

<TitreType>RAKKOMANDAZZJONI</TitreType>     <RefProcLect>***</RefProcLect>

<Titre>dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi</Titre>

<DocRef>(15783/2018 – C9‑0025/2019 – 2018/0418(NLE))</DocRef>


<Commission>{LIBE}Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern</Commission>

Rapporteur: <Depute>Jadwiga Wiśniewska</Depute>

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW
 NOTA SPJEGATTIVA
 PROĊEDURA – KUMITAT RESPONSABBLI
 VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET  FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi

(15783/2018 – C9‑0025/2019 – 2018/0418(NLE))

(Approvazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' deċiżjoni tal-Kunsill (15783/2018),

 wara li kkunsidra l-abbozz ta' Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għall-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli għall-eżami ta' talba għall-ażil magħmula fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera fir-rigward ta' aċċess fil-Eurodac għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi (15781/2018),

 wara li kkunsidra t-talba għal approvazzjoni preżentata mill-Kunsill skont l-Artikolu 87(2), punt (a), l-Artikolu 88(2) l-ewwel subparagrafu, punt (a) u l-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (C9-0025/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 105(1) u (4) u l-Artikolu 114(7) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kumitat għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern (A9-0025/2019),

1. Jagħti l-approvazzjoni tiegħu għall-konklużjoni tal-protokoll;

2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri u tal-Konfederazzjoni Żvizzera u tal-Prinċipat tal-Liechtenstein.

NOTA SPJEGATTIVA

Ir-Regolament Eurodac "riformulat" (ir-Regolament (UE) Nru 603/2013) ta lok lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi li jikkonsultaw il-Eurodac għal finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni u investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra. L-għan hu li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi jkunu jistgħu jitolbu t-tqabbil ta' data tal-marki tas-swaba' mad-data maħżuna fil-bażi tad-data ċentrali tal-Eurodac meta jkunu jridu jistabbilixxu l-identità eżatta ta' persuna jew jiksbu aktar informazzjoni għall-finijiet ta' prevenzjoni, detezzjoni u investigazzjoni ta' reati terroristiċi u reati kriminali serji oħra.

 

Mill-2004, il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar il-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fl-Iżvizzera jkopri wkoll l-applikazzjoni tal-partijiet tal-Eurodac li għandhom x'jaqsmu mal-Konvenzjoni ta' Dublin. Mill-2008 dan beda jgħodd ukoll għal-Liechtenstein, permezz ta' Protokoll konkluż bejn il-Komunità Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein dwar l-adeżjoni tal-Liechtenstein mal-Ftehim imsemmi hawn fuq. Madankollu, l-aċċess għall-infurzar tal-liġi, li kien element ġdid tar-Regolament Eurodac "riformulat" meta dan jitqabbel mar-reġim oriġinali tal-Eurodac (ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2725/2000), s'issa ma ġiex regolat mill-Ftehim imsemmi.

 

In-negozjati dwar ftehim bejn l-Unjoni Ewropea min-naħa l-waħda u l-Iżvizzera u l-Liechtenstein min-naħa l-oħra, dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni tal-Iżvizzera u l-Liechtenstein fil-proċedura għat-tqabbil u t-trażmissjoni ta' data għall-finijiet tal-infurzar tal-liġi previsti fil-Kapitolu VI tar-Regolament tal-Eurodac "riformulat" ġew finalizzati, u ġie inizjalat Ftehim fil-forma ta' Protokoll għall-Ftehim tas-26 ta' Ottubru 2004, li jestendi l-applikazzjoni tal-Ftehim tas-26 ta' Ottubru 2004 għall-infurzar tal-liġi.

 

L-estensjoni tad-dispożizzjonijiet tal-infurzar tal-liġi tar-Regolament (UE) Nru 603/2013 għall-Iżvizzera u l-Liechtenstein tippermetti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Iżvizzera u tal-Liechtenstein jitolbu tqabbil tad-data tal-marki tas-swaba' mad-data mdaħħla minn Stati parteċipanti oħra u miżmuma fil-bażi tad-data tal-Eurodac meta jfittxu li jistabbilixxu l-identità ta' persuna jew li jiksbu aktar informazzjoni dwar persuna li tkun issuspettata li wettqet delitt serju jew att ta' terroriżmu, jew dwar vittma. Min-naħa l-oħra, din tippermetti li l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-Istati parteċipanti l-oħra kollha, kemm jekk huma Stati Membri oħra tal-UE kif ukoll jekk huma Pajjiżi Assoċjati, jitolbu li d-data tal-marki tas-swaba' jitqabblu mad-data mdaħħla mill-Iżvizzera u l-Liechtenstein u maħżuna fil-bażi tad-data tal-Eurodac, għall-istess finijiet.

 

Il-Kunsill se jiddeċiedi b'maġġoranza kwalifikata wara l-iffirmar tal-ftehim, f'isem l-Unjoni, u unikament wara li jkun kiseb l-approvazzjoni tal-Parlament Ewropew f'konformità mal-Artikolu 218(6), it-tieni subparagrafu, punt (a)(v) u l-Artikolu 218(8) tat-TFUE.

 

Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija hawn fuq, ir-rapporteur tirrakkomanda li l-membri tal-Kumitat tal-Parlament għal-Libertajiet Ċivili, il-Ġustizzja u l-Intern tal-Parlament jappoġġaw dan ir-rapport u li l-Parlament Ewropew jagħti l-approvazzjoni tiegħu.

PROĊEDURA – KUMITAT RESPONSABBLI

Title

Konklużjoni ta’ Protokoll bejn l-Unjoni Ewropea, il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Prinċipat tal-Liechtenstein għal mal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera li jikkonċerna l-kriterji u l-mekkaniżmi biex jiġi stabbilit l-Istat responsabbli biex jeżamina talba għall-ażil ippreżentata fi Stat Membru jew fil-Konfederazzjoni Żvizzera rigward l-aċċess għall-Eurodac għall-finijiet ta’ infurzar tal-liġi

Referenzi

15783/2018 – C9-0025/2019 – 2018/0418(NLE)

Data tal-konsultazzjoni / talba għal approvazzjoni

1.7.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

LIBE

15.7.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Jadwiga Wiśniewska

24.9.2019

 

 

 

Eżami fil-kumitat

21.10.2019

12.11.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

12.11.2019

 

 

 

Riżultat tal-votazzjoni finali

+:

–:

0:

50

6

0

Membri preżenti għall-votazzjoni finali

Katarina Barley, Pernando Barrena Arza, Pietro Bartolo, Saskia Bricmont, Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Damien Carême, Tudor Ciuhodaru, Clare Daly, Anna Júlia Donáth, Lena Düpont, Nicolaus Fest, Sylvie Guillaume, Andrzej Halicki, Balázs Hidvéghi, Antony Hook, Evin Incir, Assita Kanko, Fabienne Keller, Peter Kofod, Moritz Körner, Alice Kuhnke, Jeroen Lenaers, Juan Fernando López Aguilar, Magid Magid, Nuno Melo, Roberta Metsola, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Maite Pagazaurtundúa, Kostas Papadakis, Paulo Rangel, Diana Riba i Giner, Ralf Seekatz, Michal Šimečka, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Tineke Strik, Ramona Strugariu, Annalisa Tardino, Tomas Tobé, Dragoş Tudorache, Tom Vandendriessche, Bettina Vollath, Elena Yoncheva

Sostituti preżenti għall-votazzjoni finali

Abir Al-Sahlani, Malin Björk, Delara Burkhardt, Daniel Hannan, Erik Marquardt, Jan-Christoph Oetjen, Anne-Sophie Pelletier, Robert Roos, Petar Vitanov

Sostituti (skont l-Artikolu 209(7)) preżenti għall-votazzjoni finali

Mircea-Gheorghe Hava, Lukas Mandl

Data tat-tressiq

13.11.2019

 


 

VOTAZZJONI FINALI B'SEJĦA TAL-ISMIJIET  FIL-KUMITAT RESPONSABBLI

50

+

ECR

Joachim Stanisław Brudziński, Jorge Buxadé Villalba, Assita Kanko, Robert Roos

ID

Nicolaus Fest, Peter Kofod, Annalisa Tardino, Tom Vandendriessche

PPE

Lena Düpont, Andrzej Halicki, Mircea-Gheorghe Hava, Balázs Hidvéghi, Jeroen Lenaers, Lukas Mandl, Nuno Melo, Roberta Metsola, Paulo Rangel, Ralf Seekatz, Tomas Tobé

RENEW

Abir Al-Sahlani, Anna Júlia Donáth, Antony Hook, Fabienne Keller, Moritz Körner, Jan-Christoph Oetjen, Maite Pagazaurtundúa, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache

S&D

Katarina Barley, Pietro Bartolo, Delara Burkhardt, Tudor Ciuhodaru, Sylvie Guillaume, Evin Incir, Juan Fernando López Aguilar, Claude Moraes, Javier Moreno Sánchez, Birgit Sippel, Sylwia Spurek, Petar Vitanov, Bettina Vollath, Elena Yoncheva

VERTS/ALE

Saskia Bricmont, Damien Carême, Alice Kuhnke, Magid Magid, Erik Marquardt, Diana Riba i Giner, Tineke Strik

 

6

-

ECR

Daniel Hannan

GUE/NGL

Pernando Barrena Arza, Malin Björk, Clare Daly, Anne-Sophie Pelletier

NI

Kostas Papadakis

 

0

0

 

 

 

 

 

Tifsira tas-simboli użati:

+ : favur

- : kontra

0 : astensjoni

 

 

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza