RAPPORT dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea")

18.11.2019 - (COM(2019)0359 – C9-0118/2019 – 2019/0162(CNS)) - *

Kumitat għall-Iżvilupp
Rapporteur: Tomas Tobé
(Proċedura simplifikata – l-Artikolu 52(1) tar-Regoli ta' Proċedura)

Proċedura : 2019/0162(CNS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
A9-0033/2019
Testi mressqa :
A9-0033/2019
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

ABBOZZ TA' RIŻOLUZZJONI LEĠIŻLATTIVA TAL-PARLAMENT EWROPEW

dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta' Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea ("Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea")

(COM(2019)0359 – C9-0118/2019 – 2019/0162(CNS))

(Proċedura leġiżlattiva speċjali – konsultazzjoni)

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Kunsill (COM(2019)0359),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 203 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema artikolu l-Kunsill ikkonsulta lill-Parlament (C9-0118/2019),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 82 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Iżvilupp (A9-0033/2019),

1. Japprova l-proposta tal-Kummissjoni;

2. Jistieden lill-Kunsill jinfurmah jekk ikollu l-ħsieb li jitbiegħed mit-test approvat mill-Parlament;

3. Jitlob lill-Kunsill jerġa' jikkonsultah jekk ikollu l-ħsieb li jemenda t-test approvat mill-Parlament b'mod sustanzjali;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


NOTA SPJEGATTIVA

Id-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea tistabbilixxi l-qafas legali għar-relazzjonijiet bejn il-Pajjiżi u Territorji Extra-Ewropej (PTEE), l-Istati Membri li magħhom huma marbuta, u l-Unjoni Ewropea.

 

L-għan tal-proposta huwa li jiġi emendat l-Anness VI ta' din id-Deċiżjoni. Dan l-Anness jiddefinixxi l-kunċett ta' "prodotti oriġinarji" u l-metodi ta' kooperazzjoni amministrattiva bejn l-UE u l-PTEE. Fih dispożizzjonijiet li għandhom l-għan li jimplimentaw sistema ta' ċertifikazzjoni ta' oriġini sa mill-1 ta' Jannar 2017, is-Sistema tal-Esportaturi Rreġistrati (REX), iżda li għaliha l-PTEE jibbenefikaw minn eżenzjoni sal-31 ta' Diċembru 2019.

 

Fl-10 ta' Marzu 2015, permezz tar-Regolament ta' Implimentazzjoni Nru 2015/428, il-Kummissjoni emendat ir-regoli ta' oriġini li jirrigwardaw is-sistema REX tas-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi (SĠP) stabbilita permezz tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93.

 

Fl-24 ta' Novembru 2015, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2015/24475, fejn ġew trasferiti r-regoli ġenerali kollha għall-implimentazzjoni tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni, fosthom id-dispożizzjonijiet li jindirizzaw is-sistema REX tal-SĠP.

 

Minħabba f'hekk, id-dispożizzjonijiet fl-Anness VI tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea dwar il-"proċeduri għall-iskema tal-esportatur irreġistrat" huma differenti minn dawk fir-regoli ta' oriġini tal-SĠP. 

L-Anness VI tad-Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea għandu għalhekk jiġi emendat sabiex tkun aċċertata l-kompatibbiltà mad-dispożizzjonijiet dwar is-sistema REX stipulati fir-Regolament (UE) 2015/2447 u jiġu żgurati l-użu u l-implimentazzjoni tiegħu mill-PTEE sa mill-1 ta' Jannar 2020.

B'kunsiderazzjoni tal-fatt li din il-miżura hija ġustifikabbli, il-President jipproponi li din il-proposta tiġi adottata mingħajr emendi, skont l-Artikolu 52 tar-Regoli ta' Proċedura.


PROĊEDURA TAL-KUMITAT RESPONSABBLI

Titolu

Deċiżjoni tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/755/UE tal-25 ta’ Novembru 2013 dwar l-assoċjazzjoni tal-pajjiżi u t-territorji extra-Ewropej mal-Unjoni Ewropea (”Deċiżjoni dwar l-Assoċjazzjoni Extra-Ewropea”)

Referenzi

COM(2019)0359 – C9-0118/2019 – 2019/0162(CNS)

Data meta ġie kkonsultat il-PE

11.9.2019

 

 

 

Kumitat responsabbli

 Data tat-tħabbir fis-seduta plenarja

DEVE

19.9.2019

 

 

 

Rapporteurs

 Data tal-ħatra

Tomas Tobé

8.10.2019

 

 

 

Proċedura simplifikata - data tad-deċiżjoni

8.10.2019

Eżami fil-kumitat

8.10.2019

6.11.2019

 

 

Data tal-adozzjoni

6.11.2019

 

 

 

Data tat-tressiq

18.11.2019

 

 

Aġġornata l-aħħar: 21 ta' Novembru 2019
Avviż legali - Politika tal-privatezza