MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 122kWORD 49k
10.11.2014
PE537.133v01-00
 
B8-0229/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar id-dokument tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fuq l-edukazzjoni sesswali


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-dokument tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa fuq l-edukazzjoni sesswali  
B8-0229/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi ċ-Ċentru Federali tal-Edukazzjoni għas-Saħħa (BZgA) u l-International Planned Parenthood Federation ta' Köln flimkien mal-Uffiċċju Reġjonali għall-Ewropa tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) ppubblikaw dokument bit-titlu "Standard għall-edukazzjoni sesswali fl-Ewropa", li din it-tema jindirizzaha b'mod diskutibbli, minħabba li jittraskura l-problematiċità etika tipika tal-isfera sesswali u joffendi s-sensittività ta' bosta assoċjazzjonijiet tal-ġenituri;

B.     billi d-dokument, filwaqt li jinjora għalkollox ir-rwol tar-rieda tal-ġenituri, sa mill-ewwel tfulija jinkoraġġixxi mġiba diskutibbli bħall-esplorazzjoni ta' relazzjonijiet bejn individwi tal-istess sess, u barra minn hekk jippromwovi l-ideoloġija tal-ġeneru abbażi ta' għażla li ma sserraħ fuq l-ebda pedament mediku/xjentifiku, imma minflok taqdi biss esiġenzi evidenti ta' propaganda kulturali;

1.      Jitlob li l-Kummissjoni tiġbor informazzjoni mingħand il-WHO bil-għan li tikkjarifika b'liema mod ġie definit il-kontenut xjentifiku tad-dokument, u titlob li dan tal-aħħar jiġi rtirat;

2.      Jitlob li l-Kummissjoni tieħu azzjonijiet intiżi biex jiżguraw li l-edukazzjoni sesswali tat-tfal fl-Ewropa tibqa' tema newtrali fir-rigward tal-interessi ta' xi lobbies li l-ġisem u l-fiżikalità jqisuhom f'dawl esklussivament materjalista;

Avviż legali