Proċedura : 2014/2197(INS)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0249/2014

Testi mressqa :

B8-0249/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/11/2014 - 8.1
CRE 27/11/2014 - 8.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :


MOZZJONI TA' ĊENSURA KONTRA L-KUMMISSJONI EWROPEA
PDF 126kWORD 61k
18.11.2014
PE538.972v01-00
 
B8-0249/2014

imressqa skont l-Artikolu 119 tar-Regoli ta' Proċedura


- (2014/0000(RSP))


Marco Zanni, Marco Valli, Steven Woolfe, Patrick O’Flynn, Peter Lundgren, Kristina Winberg, Diane James, Isabella Adinolfi, Marco Affronte, Laura Agea, Daniela Aiuto, Tiziana Beghin, David Borrelli, Fabio Massimo Castaldo, Ignazio Corrao, Rosa D’Amato, Eleonora Evi, Laura Ferrara, Giulia Moi, Piernicola Pedicini, Dario Tamburrano, Marco Zullo, Nigel Farage, Roger Helmer, John Stuart Agnew, Tim Aker, Jonathan Arnott, Janice Atkinson, Amjad Bashir, Gerard Batten, Louise Bours, James Carver, David Coburn, Jane Collins, William (The Earl of) Dartmouth, Bill Etheridge, Raymond Finch, Nathan Gill, Mike Hookem, Paul Nuttall, Margot Parker, Julia Reid, Jill Seymour, Joëlle Bergeron, Louis Aliot, Gerolf Annemans, Marie-Christine Arnautu, Nicolas Bay, Dominique Bilde, Mara Bizzotto, Mario Borghezio, Marie-Christine Boutonnet, Steeve Briois, Gianluca Buonanno, Aymeric Chauprade, Mireille D’Ornano, Lorenzo Fontana, Sylvie Goddyn, Marcel de Graaff, Jean-François Jalkh, Hans Jansen, Gilles Lebreton, Marine Le Pen, Philippe Loiseau, Vicky Maeijer, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Bernard Monot, Sophie Montel, Franz Obermayr, Florian Philippot, Matteo Salvini, Jean-Luc Schaffhauser, Olaf Stuger, Mylène Troszczynski, Harald Vilimsky

Mozzjoni ta' ċensura kontra l-Kummissjoni Ewropea mill-Parlament Ewropew (2014/0000(RSP))  
B8‑0249/2014

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra d-Direttiva tal-Kunsill 2014/86/UE tat-8 ta' Lulju 2014 li temenda d-Direttiva 2011/96/UE dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni applikabbli fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta' Stati Membri differenti,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tad-19 ta' April 2012 dwar l-appell għal modi konkreti biex jiġu miġġielda l-frodi fiskali u l-evażjoni fiskali(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-21 ta' Mejju 2013 dwar il-Ġlieda kontra l-Frodi tat-Taxxa, l-Evażjoni tat-Taxxa u r-Rifuġji Fiskali(2),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2013 dwar l-appell għal impenn vinkolanti u li jitkejjel kontra l-evażjoni tat-taxxa u l-evitar tat-taxxa fl-UE(3),

–  wara li kkunsidra l-ftehim tal-Ministri tal-Finanzi tal-G20 tal-21 ta' Settembru 2013 dwar miżuri ġodda biex jiġi miġġieled l-evitar tat-taxxa korporattiva,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 107 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 17(8) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, l-Artikolu 234 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u l-Artikolu 106a tat-Trattat Euratom,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 119 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi d-differenza bejn l-evitar u l-evażjoni hija ċara, jiġifieri l-evitar huwa legali u l-evażjoni mhijiex, iżda l-Kummissjoni u l-istituzzjonijiet tal-UE baqgħu jinjoraw dan il-fatt u ttrattawhom it-tnejn bħallikieku kienu identiċi;

B.  billi skemi aggressivi ta' evitar tat-taxxa korporattiva fi Stati Membri tal-UE, partikolarment l-iskema applikata fil-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ikkaġunaw it-telf ta' biljuni ta' euro fi dħul potenzjali mit-taxxa għal Stati Membri oħra tal-UE;

C.  billi, minn Ġunju 2014, il-Kummissjoni bdiet tinvestiga għajnuna mill-istat li allegatament hija illegali fil-forma ta' ftehimiet illeċiti dwar it-taxxa bejn il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u Fiat Group u Amazon;

D.  billi dawn l-iskemi aggressivi u l-ftehimiet dwar l-evitar tat-taxxa ġew approvati mill-uffiċċju tat-taxxa tal-Lussemburgu matul perjodu li fih il-President il-ġdid tal-Kummissjoni, Jean-Claude Juncker, kien jokkupa l-kariga ta' Prim Ministru tal-Gran Dukat;

E.  billi l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, taħt it-tmexxija tas-Sur Juncker, ma kkooperax fl-investigazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-ftehimiet illegali dwar it-taxxa;

F.  billi l-Kummissjoni l-ġdida, fi stqarrijiet maħruġa mill-President Juncker u minn Kummissarji oħra waqt is-seduti ta' smigħ quddiem il-Parlament Ewropew, wiegħed impenn qawwi fil-ġlieda kontra ftehimiet illeċiti dwar l-evitar tat-taxxa fl-Unjoni Ewropea;

G.  billi, filwaqt li ftehimiet dwar l-evitar tat-taxxa bejn korporazzjonijiet u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu huma apparentement legali, dawn jistgħu jqajmu mistoqsijiet morali u etiċi mill-miljuni ta' ċittadini li qed iħabbtu wiċċhom mal-agħar kriżi ekonomika taż-żminijiet tal-lum;

H.  billi skemi aggressivi ta' evitar tat-taxxa korporattiva huma kontradittorji għall-valur li jiġi żgurat sehem ġust tal-kontribuzzjonijiet mis-setturi kollha tas-soċjetà, inkluż in-negozju;

I.  billi s-sovranità tat-taxxa nazzjonali hija għodda essenzjali għall-kompetizzjoni u t-tkabbir ekonomiku, iżda l-ftehimiet dwar it-taxxa tal-Lussemburgu huma kontradittorji għall-valur li tiġi żgurata kompetizzjoni ġusta bejn l-Istati Membri;

J.  billi persuna li hija responsabbli għall-ħolqien, l-implimentazzjoni, il-governanza u l-monitoraġġ ta' dawn il-politiki aggressivi ta' evitar tat-taxxa m'għandhiex il-kredibbiltà biex isservi liċ-ċittadini Ewropew bħala President tal-Kummissjoni Ewropea;

1.  Jiddeplora l-fatt li Stati Membri tal-UE tilfu biljuni ta' euro fi dħul potenzjali mit-taxxa b'riżultat ta' skemi aggressivi ta' evitar tat-taxxa korporattiva fil-Lussemburgu, stabbiliti matul il-perjodu li fih il-President il-ġdid tal-Kummissjoni Ewropea, Jean-Claude Juncker, kien jokkupa l-kariga ta' Prim Ministru tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu;

2.  Jemmen li l-fatt li l-President tal-Kummissjoni Jean-Claude Juncker kien jokkupa l-kariga ta' Prim Ministru matul il-perjodu kollu ta' dawn il-ftehimiet jagħmlu direttament responsabbli għall-politiki ta' evitar tat-taxxa;

3.  Jemmen li huwa intollerabbli li persuna li kienet responsabbli għal politiki aggressivi ta' evitar tat-taxxa sservi bħala President tal-Kummissjoni Ewropea;

4.  Jikkonferma li m'għandux fiduċja fis-Sur Juncker bħala President tal-Kummissjoni Ewropea u rappreżentant tal-Unjoni vis-à-vis ċ-ċittadini;

5.  Jiċċensura l-Kummissjoni;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din il-mozzjoni ta' ċensura, kif ukoll biex jinnotifika r-riżultat tal-votazzjoni fis-seduta plenarja dwar din il-mozzjoni lill-President tal-Kunsill u lill-President tal-Kummissjoni.

(1)

ĠU C 258E, 7.9.2013, p. 53.

(2)

Testi adottati, P7_TA(2013)0205.

(3)

Testi adottati, P7_TA(2013)0593.

Avviż legali