MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 116kWORD 51k
21.11.2014
PE538.995v01-00
 
B8-0272/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar iż-żieda tal-frodi alimentari online fl-Ewropa


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar iż-żieda tal-frodi alimentari online fl-Ewropa  
B8‑0272/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi, skont l-informazzjoni ppreżentata mill-Comando Carabinieri Politiche agricole e alimentari-Nucleo antifrodi (Nac) (Kmand tal-Carabinieri għall-Politiki tal-Agrikoltura u tal-Ikel – Nukleu kontra l-Frodi) tul il-konferenza li saret f'Ruma fit-18 ta' Novembru 2014 dwar it-tema "Il-kummerċ elettroniku u l-frodi alimentari", il-piraterija online ta' prodotti agrikoli fl-Ewropa qed tikber u tiswa EUR 425 biljun;

B.     billi l-istatistika tikkonferma li dan il-fenomenu ħa xejra annwali ta' żieda;

C.     billi l-piraterija online ta' prodotti agrikoli għandha fatturat illegali li jilħaq il-biljuni ta' euro, tolqot lill-Istati Membri kollha u tikkawża danni konsiderevoli għall-impriżi li jsofru użurpazzjoni ta' marki kummerċjali jew denominazzjonijiet protetti;

1.      Jitlob li l-Kummissjoni tirrevedi l-istrateġija tagħha rigward it-trażżin u l-prevenzjoni tal-fenomenu tal-piraterija online ta' prodotti agrikoli;

2.      Jitlob li l-Kummissjoni tvara tabella permanenti ta' monitoraġġ u tqabbil bejn l-Istati Membri kollha, bil-għan li jiġi implimentat u mħaddem kodiċi ta' mġiba komuni rigward dawn ir-reati.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza