Proċedura : 2014/2954(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0346/2014

Testi mressqa :

B8-0346/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2014)0085

RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI
PDF 368kWORD 190k
5.12.2014
PE539.069v01-00
 
B8-0346/2014

imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura


li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 li jemenda l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika C(2014)08355 – 2014/2954(DEA)


Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali
Rapporteur: Bernd Lange

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Novembru 2014 li jemenda l-Anness 1 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika C(2014)08355 – 2014/2954(DEA)  
B8‑0346/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2014)08355) tal-14 ta' Novembru 2014,

–       wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tas-26 ta' Novembru 2014, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–       wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati, tal-5 ta' Diċembru 2014,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 li japplika l-arranġamenti għall-prodotti li joriġinaw f’ċerti stati li huma parti mill-Grupp ta’ Stati Afrikani, Karibej u Paċifiċi (AKP) previsti fi ftehim li jistabbilixxu, jew li jwasslu biex jiġu stabbiliti, Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika(1), u b’mod partikolari l-Artikolu 2(2) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 527/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta' Mejju 2013 li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1528/2007 fir-rigward tal-esklużjoni ta' għadd ta' pajjiżi mil-lista ta' reġjuni jew stati li kkonkludew in-negozjati(2),

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi skont ir-Regolament (UE) Nru 527/2013, mill-1 ta' Ottubru 2014 il-Kenja ma baqgħetx koperta mill-arranġament tal-aċċess għas-suq permess skont ir-Regolament (KE) Nru 1528/2007;

B.     billi fis-16 ta' Ottubru 2014 il-Kenja, l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha kkonkludew negozjati dwar Ftehim ta' Sħubija Ekonomika;

C.     billi fl-14 ta' Novembru 2014 il-Kummissjoni adottat att delegat biex terġa' ddaħħal il-Kenja fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1528/2007;

D.     billi l-Kummissjoni enfasizzat li deċiżjoni li ma jsirux oġġezzjonijiet tista' tillimita d-devjazzjoni potenzjali tat-traffiku kummerċjali u n-nuqqas ta' esportazzjonijiet fl-UE filwaqt li tnaqqas id-dannu lis-setturi tat-tuna, tal-ortikultura u tal-fjuri li jinqatgħu;

1.      Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-regolament delegat;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 348, 31.12.2007, p. 1.

(2)

ĠU L 165, 18.6.2013, p. 59.

Avviż legali