Proċedura : 2014/2805(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0348/2014

Testi mressqa :

B8-0348/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 18/12/2014 - 8.4

Testi adottati :


MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 137kWORD 70k
10.12.2014
PE545.609v01-00
 
B8-0348/2014

imressqa skont l-Artikolu 105(4) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati C(2014)05833 – 2014/2805(DEA)


Franck Proust, Alain Cadec, Gabriel Mato, Françoise Grossetête, Antonio Tajani, Yannick Jadot, Aldo Patriciello, David McAllister, José Blanco López, Fernando Ruas, József Nagy, Barbara Matera, Jarosław Wałęsa, Michel Dantin, Sofia Ribeiro, Maurice Ponga, Lara Comi, Anne Sander, Jérôme Lavrilleux, Bogdan Brunon Wenta, Seán Kelly, Marc Joulaud, Angélique Delahaye, Rachida Dati, Marco Affronte, Joëlle Bergeron, Rolandas Paksas, Annie Schreijer-Pierik, Ricardo Serrão Santos, Izaskun Bilbao Barandica, Heinz K. Becker, Clara Eugenia Aguilera García, Remo Sernagiotto, Renata Briano, António Marinho e Pinto, Emmanuel Maurel, Arnaud Danjean, Cristian Dan Preda, Alain Lamassoure, Michèle Alliot-Marie, Salvatore Cicu, Salvatore Domenico Pogliese, Elena Gentile, Ulrike Rodust, Karima Delli, Ska Keller, José Bové, Isabelle Thomas, Eric Andrieu, Jean-Paul Denanot, Virginie Rozière, Guillaume Balas, Sylvie Guillaume, Pervenche Berès, Edouard Martin, Christine Revault D’Allonnes Bonnefoy, José Manuel Fernandes, Paulo Rangel, Carlos Coelho, Nadine Morano, Georges Bach, Reimer Böge, Lambert van Nistelrooij, Monika Hohlmeier, Ivo Belet, Miroslav Mikolášik, Philippe Juvin, Bart Staes, Renaud Muselier, Igor Šoltes, Miroslav Poche, Zigmantas Balčytis, Tokia Saïfi, Nuno Melo, Giovanni La Via, Constance Le Grip, Brice Hortefeux, Francesc Gambús, Norica Nicolai, Richard Corbett, Dominique Riquet, Alessandra Moretti, Daniele Viotti, Ole Christensen, Linnéa Engström

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tad-19 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati (C(2014)05833 – 2014/2805(DEA))  
B8‑0348/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(b) u l-Anness III u l-Artikolu 10(4) tiegħu li jagħti s-setgħa lill-Kummissjoni tadotta atti delegati biex tistabbilixxi jew temenda l-Anness III sabiex il-pajjiż li jagħmel it-talba jingħata l-arranġament speċjali ta’ inċentivi għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba billi dak il-pajjiż jiżdied mal-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji tal-GSP+,

–       wara li kkunsidra r-regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2014)05833) tad-19 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Anness III tar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati fir-rigward tal-Filippini,

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1936/2001 u (KE) Nru 601/2004 u jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 1093/94 u (KE) Nru 1447/1999(2),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar il-ġlieda kontra s-sajd illegali(3),

–       wara li kkunsidra d-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Ġunju 2014 dwar in-notifika lil pajjiż terz (il-Filippini) li l-Kummissjoni tqis li dan jista’ jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat(4),

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Filippini, b’mod partikolari dik tal-14 ta' Ġunju 2012(5),

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat ta' Esperti dwar l-Applikazzjoni tal-Konvenzjonijiet u r-Rakkomandazzjonijiet (CEACR) tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) (Rapport  III 2014, Parti 1A, dwar il-Filippini),

–       wara li kkunsidra r-rapport tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-traffikar tal-bnedmin, speċjalment tan-nisa u t-tfal, Joy Ngozi Ezeilo, ippreżentat lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fid-19 ta' April 2013,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 105(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi s-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi tikkonsisti f'arranġament ġenerali, u żewġ arranġamenti speċjali, inkluż l-arranġament ta' inċentiv speċjali għal żvilupp sostenibbli u governanza tajba (GSP+), fejn ma jiġu imposti ebda dazji fuq l-importazzjonijiet mill-benefiċjarji għal 66 % tal-linji tariffarji kollha tal-UE;

B.     billi fit-28 ta' Frar 2014 il-Kummissjoni rċeviet talba ta' GSP+ min-naħa tar-Repubblika tal-Filippini ('il-Filippini');

C.     billi r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 dwar il-ġlieda kontra s-sajd illegali tiddikjara b'mod ċar li s-sajd IUU jipperikola s-sostenibilità tal-istokks tal-ħut; billi r-riżoluzzjoni tgħid ukoll li l-kunċett ta' 'responsabilità tal-istat tas-suq għandu jkun żviluppat bis-sħiħ bħala mezz biex jingħalqu s-swieq għall-prodotti tas-sajd IUU';

D.     billi l-Artikolu 19.1(e) tar-Regolament GSP+ jirreferi għall-obbligi min-naħa ta' pajjiżi terzi li jimplimentaw l-objettivi tal-Organizzazzjonijiet Reġjonali tas-Sajd, li wieħed minnhom hu l-ġlieda kontra s-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU);

E.     billi l-Kummissjoni ppubblikat deċiżjoni dwar in-notifika lil pajjiż terz li l-Kummissjoni tqis li dan jista' jiġi identifikat bħala pajjiż terz li ma jikkooperax skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat, u ffokat fuq il-Filippini fir-rigward tar-riskju li dan il-pajjiż jiġi kkunsidrat bħala stat li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd illegali (IUU) skont l-Artikolu 32 tar-Regolament 1005/2008, u b'hekk tat twissija u bdiet proċedura IUU, li matulha l-awtoritajiet tal-Filippini kellhom ammont ta' żmien raġonevoli biex iwieġbu għan-notifika u jirrimedjaw is-sitwazzjoni;

F.     billi l-UE m'għandhiex is-setgħa li tawtorizza aċċess preferenzjali għas-suq Ewropew għall-prodotti tas-sajd mill-Filippini mingħajr ma tiżgura garanzija tal-oriġini legali tagħhom; billi hija essenzjali l-insistenza fuq il-ħtieġa assoluta ta' koerenza u kredibilità tal-politiki Ewropej għall-prevenzjoni tad-diskriminazzjoni u l-kompetizzjoni inġusta għas-sajjieda Ewropej u għall-protezzjoni tal-konsumaturi Ewropej;

1.      Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2014)05833) tad-19 ta' Awwissu 2014 li jemenda l-Anness III għar-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati fir-rigward tal-Filippini skont l-Artikolu 36(5) tar-Regolament (UE) Nru 978/2012;

2.      Jenfasizza l-kontradizzjoni bejn il-pożizzjoni tal-Kummissjoni ddikjarata fir-rapport tagħha dwar il-valutazzjoni tal-applikazzjoni tal-GSP+ mill-Filippini li ‘hemm elementi ta' progress sinifikanti ... għall-protezzjoni tad-drittijiet tan-nisa’ u l-fatt li r-rapport tad-19 ta' April 2013 tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-traffikar tal-bnedmin, speċjalment tan-nisa u t-tfal, wara l-missjoni tagħha fil-Filippini (A/HRC/23/48Add.3), osservat li ‘t-traffikar tal-persuni, fil-parti l-kbira nisa u tfal, li jiġu sfruttati fl-ambitu tax-xogħol kien qed jipprolifera f'diversi setturi, fosthom l-agrikultura, il-bini, is-sajd, il-manifattura u s-servizzi’;

3.      Jitlob li l-istatus GSP+ ma jingħatax qabel ma l-Kummissjoni tirrevoka n-notifika tagħha lill-Filippini bħala pajjiż terz potenzjalment identifikat bħala stat li ma jikkooperax fil-ġlieda kontra s-sajd IUU;

4.      Ifakkar li hu ma jopponix applikazzjoni ġejjiena mill-Filippini jew l-għoti konsekwenzjali ta' status GSP+ mill-UE aktar 'il quddiem;

5.      Jenfasizza l-pożizzjoni tiegħu wara r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Novembru 2011 fir-rigward tal-fatt li l-kunċett tar-responsabilità tal-istat tas-suq għandu jkun żviluppat bis-sħiħ bħala mezz biex jingħalqu s-swieq għall-prodotti tas-sajd IUU; jenfasizza li jkun kontradittorju li pajjiż jingħata aċċess GSP+ għall-prodotti tiegħu, b'mod partikolari l-prodotti tas-sajd, meta għaddejja proċedura IUU tal-Kummissjoni kontra dan il-pajjiż;

6.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kumitat għas-Sajd kif ukoll lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, u biex jinnotifika lill-Kummissjoni li r-regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ.

(1)

ĠU L 303, 31.10.2012, p. 1.

(2)

ĠU L 286, 29.10.2008, p. 1.

(3)

Testi adottati, P7_TA(2011)0516.

(4)

ĠU C 185, 17.6.2014, p. 17.

(5)

Testi adottati, P7_TA(2012)0264

Avviż legali