Proċedura : 2014/2893(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0358/2014

Testi mressqa :

B8-0358/2014

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 17/12/2014 - 10.20

Testi adottati :


ABBOZZ TA' MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 130kWORD 60k
10.12.2014
PE545.607v01-00
 
B8-0000/2014

imressqa skont l-Artikolu 105(3), tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (C(2014)07230 – 2014/0000(DEA))


 

 

Sven Giegold f'isem il-grupp Verts/ALE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-10 ta' Ottubru 2014 li jissupplimenta d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II) (C(2014)07230 – 2014/0000(DEA))  
B8‑0000/2014

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2014)07230),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       – wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta' Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol)(1),

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2009/138/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-bidu u l-eżerċizzju tan-negozju tal-assigurazzjoni u tar-riassigurazzjoni (Solvibbiltà II)(2),

–       wara li kkunsidra l-parir tekniku dwar atti delegati relatati mad-Direttiva 2009/138/KE mressqa mis-CEIOPS/EIOPA dwar: il-kalibrar tas-Solvibbiltà 2 (CEIOPS-SEC-40-10); il-klassifikazzjoni u l-eliġibbiltà ta' fondi proprji (CP46); it-tfassil u l-kalibrar tas-submodulu tar-riskju tal-ekwità (CP69); it-trattament ta' premiums futuri (CP30); u l-kalkolu tal-marġni tar-riskju (CP42);

–       wara li kkunsidra l-fatt li l-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ma ressaqx mozzjoni għal riżoluzzjoni biex joġġezzjona għar-regolament delegat bi qbil mal-Artikolu 105(3);

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 105(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Artikolu 290 tat-TFUE jistipula li l-atti delegati għandhom l-għan li jissupplimentaw jew jemendaw ċerti elementi mhux essenzjali jew sabiex jistabbilixxu kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tad-dispożizzjonijiet definit fl-atti leġiżlattivi;

B.     billi l-Artikolu 101 tad-Direttiva 2009/138/KE jirrikjedi "li jitqiesu r-riskji kwantifikabbli kollha li hija esposta għalihom impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni" u li l-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà "għandu jikkorrispondi għall-Valur mar-Riskju tal-fondi proprji bażiċi ta’ impriża tal-assigurazzjoni jew tar-riassigurazzjoni suġġett għal livell ta’ kunfidenza ta’ 99,5 % fuq perjodu ta’ sena";

C.     billi d-direttiva tawtorizza lill-Kummissjoni li tadotta atti delegati f'għadd ta' oqsma speċifikati, u billi l-Kummissjoni debitament talbet lis-CEIOPS/EIOPA biex tipprovdi konsulenza teknika fir-rigward ta' dawk l-oqsma;

D.     billi s-CEIOPS/EIOPA għaddiet lill-Kummissjoni parir finali dwar: il-kalibrar tas-Solvibbiltà 2 (CEIOPS-SEC-40-10); il-klassifikazzjoni u l-eliġibbiltà ta' fondi proprji (CP46); it-tfassil u l-kalibrar tas- submodulu tar-riskju tal-ekwità (CP69); it-trattament ta' premiums futuri (CP30); u l-kalkolu tal-marġni tar-riskju (CP42);

E.     billi fl-10 ta' Ottubru 2014 il-Kummissjoni adottat regolament delegat li jkopri ħafna mill-awtorizzazzjonijiet skont id-Direttiva li, f'diversi każijiet importanti, jiddevjaw sew mill-parir tekniku li ingħata, u b'hekk wasslu għal kalibrar ferm iktar baxx tal-fatturi tar-riskju użati fil-formula standard biex ikun ikkalkulat il-Kapital Rekwiżit għas-Solvibbiltà (SCR) milli kien rakkomandat mis-CEIOPS/EIOPA;

F.     billi l-Kummissjoni għadha ma pprovdietx formalment ebda evidenza li dan il-kalibrar hu bbażat fuq il-prinċipju mniżżel fl-Artikolu 101 imma minflok informalment ikkwotat raġunijiet politiċi għad-devjazzjoni mill-parir inizjali tas-CEIOPS/EIOPA dwar uħud mill-miżuri;

G.     billi, skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament EIOPA, il-Parlament u l-Kunsill jistgħu joġġezzjonaw għal att delegat fi żmien tliet xhur mid-data tal-adozzjoni tiegħu mill-Kummissjoni;

H.     billi jekk il-Parlament jew inkella l-Kunsill joġġezzjona għal standard tekniku regolatorju matul il-perjodu ta' skrutinju dak l-istandard ma jidħolx fis-seħħ;

I.      billi l-Artikolu 105(4) tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament jistipula li jekk għaxart ijiem tax-xogħol qabel il-bidu tas-sessjoni parzjali li matulha l-jum tal-Erbgħa jaħbat qabel u l-eqreb għall-jum tal-iskadenza msemmija fil-paragrafu 5, il-kumitat responsabbli ma jkunx ressaq il-mozzjoni għal riżoluzzjoni, grupp politiku jew mhux inqas minn erbgħin membru jistgħu jressqu mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kwistjoni biex tiddaħħal fl-aġenda tas-sessjoni parzjali hawn fuq imsemmija;

J.      billi sal-5 ta' Diċembru 2014 il-Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji ma ressaqx tali riżoluzzjoni, li jfisser li japplika l-Artikolu 105(4) fir-rigward ta' riżoluzzjoni mressqa għas-sessjoni plenarja ta' Diċembru 2014;

1.      Joġġezzjona għar-regolament delegat tal-Kummissjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u jinnotifikaha li r-regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ.

(1)

ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48.

(2)

ĠU L 335, 17.12.2009, p. 1.

Avviż legali - Politika tal-privatezza