MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 119kWORD 48k
26.1.2015
PE547.509v01-00
 
B8-0086/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sikurezza tal-imballaġġ tal-ikel


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sikurezza tal-imballaġġ tal-ikel  
B8-0086/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi f’xi supermarkets tal-Friuli-Venezia Giulia, il-Veneto, il-Lombardija, l-Emilja-Romanja, ir-Repubblika ta' San Marino, il-Marche, l-Abruzzo, il-Pulja u l-Basilikata ġew irtirati diversi kunsinni ta' melħ għaliex minn analiżi mwettqa mill-aġenzija reġjonali għall-protezzjoni ambjentali tar-Reġjun tal-Lazio, ġie żvelat li l-kartun tal-ippakkjar kellu livell eċċessiv ta' ċomb;

B.     billi jinnota li għadhom mhumiex magħrufin l-effetti fit-tul fuq is-saħħa tal-bniedem ta' dawn is-sustanzi kimiċi użati għall-imballaġġ tal-ikel; billi x-xjentisti ta' uħud miċ-ċentri ewlenin tar-riċerka ambjentali qajmu l-problema bi studju ppubblikat fil-Journal of Epidemiology and Community Health;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tieħu miżuri speċifiċi sabiex l-imballaġġ tal-ikel dejjem aktar sikur għall-konsumaturi Ewropej.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza