MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 127kWORD 50k
29.1.2015
PE547.520v01-00
 
B8-0096/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-rikonoxximent mit-Turkija tal-ġenoċidju li twettaq fl-1915 fil-konfront tal-Armeni li kienu jgħixu fil-pajjiż


Gerolf Annemans, Marine Le Pen, Louis Aliot, Marie-Christine Arnautu, Nicolas Bay, Dominique Bilde, Marie-Christine Boutonnet, Steeve Briois, Mirreille D'Ornano, Edouard Ferrand, Sylvie Goddyn, Jean-François Jalkh, Gilles Lebreton, Philippe Loiseau, Dominique Martin, Joëlle Mélin, Bernard Monot, Sophie Montel, Florian Philippot, Jean-Luc Schaffhauser, Mylène Troszczynski

Matteo Salvini, Mara Bizzoto, Mario Borghezio, Gianluca Buonanno, Lorenzo Fontana, Marcel de Graaff, Hans Jansen, Olaf Stuger,

Harald Vilimsky, Vicky Maeijer

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rikonoxximent mit-Turkija tal-ġenoċidju li twettaq fl-1915 fil-konfront tal-Armeni li kienu jgħixu fil-pajjiż  
B8-0096/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–.      wara li kkunsidra l-kwantità ta' studji u l-provi storiċi dwar is-sitwazzjoni tal-popolazzjoni Armena fit-Turkija fil-bidu tas-Seklu Għoxrin,

–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għall-prevenzjoni u l-piena għad-delitt tal-ġenoċidju, li tiddefinixxi l-kunċett ta' ġenoċidju,

–.      wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tat-18 ta' Ġunju 1987 dwar soluzzjoni politika tal-kwistjoni Armena,

–.      wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet ulterjuri tal-Parlament, li fihom talab, f'miżura akbar jew iżgħar, li jiġi rikonoxxut il-ġenoċidju Armen tal-1915,

A.     billi dawn ir-riżoluzzjonijiet għadhom ma wasslux lill-Gvern Tork sabiex jirrikonoxxi l-ġenoċidju;

B.     billi seklu wara l-avvenimenti, wasal il-mumnet li jingħata bidu għar-rikonċiljazzjoni;

1.      Jitlob lill-Gvern Tork jirrikonoxxi uffiċjalment il-ġenoċidju li twettaq fl-1915 mill-aħħar gvern tal-Imperu Ottoman fil-konfront tal-Armeni li kienu jgħixu fit-Turkija;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Gvern Tork, lill-Gvern Armen, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-President tal-Parlament tar-Repubblika tat-Turkija u lill-President tal-Parlament tar-Repubblika tal-Armenja.

 

Avviż legali