MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 124kWORD 51k
5.2.2015
PE549.927v01-00
 
B8-0134/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar prattiki soċjali żleali fit-trasport bl-ajru fl-Ewropa


Marie-Christine Arnautu

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar prattiki soċjali żleali fit-trasport bl-ajru fl-Ewropa  
B8-0134/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 96/71/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Diċembru 1996 dwar l-impjieg ta' ħaddiema fil-qafas tal-prestazzjoni tas-servizzi(1),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 1899/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2006 li jemenda r-Regolment tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 dwar l-armonizzazzjoni tar-rekwiżiti tekniċi u tal-proċeduri amministrattivi fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili(2),

–       wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Frar 2008 dwar regoli komuni fil-kamp tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija Ewropea tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni, u li jħassar id-Direttiva tal-Kunsill 91/670/KEE, ir-Regolament (KE) Nru 1592/2002 u d-Direttiva 2004/36/KE(3),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 83/2014 tad-29 ta' Jannar 2014 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 li jistabbilixxi rekwiżiti tekniċi u proċeduri amministrattivi relatati mal-operazzjonijiet bl-ajru skont ir-Regolament (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill(4),

–       wara li kkunsidra l-linji gwida tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-għajnuna mill-Istat għall-ajruporti u l-linji tal-ajru tal-20 ta' Frar 2014,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi s-settur tal-avjazzjoni huwa settur dinamiku iżda dipendenti ħafna fuq iċ-ċikli ekonomiċi, fuq il-kuntest ġeopolitiku u fuq l-ispejjeż tal-fjuwil;

B.     billi l-iżvilupp ta' kumpaniji tal-ajru low-cost fl-Ewropa iseħħ kullimkien b'inosservanza tar-regoli tal-liġi tax-xogħol u tal-protezzjoni soċjali;

C.     billi bosta minn dawn il-kumpaniji ġew ikkundannati fi Franza għal ksur ta' dawk ir-regoli;

D.     billi xi wħud minn dawn il-kumpaniji għandhom sussidjarji f'rifuġji fiskali bħal Jersey jew il-Gżejjer Kajman;

E.     billi l-leġiżlazzjoni soċjali Ewropea mhix biżżejjed biex tipprevjeni l-prattiki soċjali żleali;

1.      Jitlob li l-bażi ta' residenza tal-persunal tkun ir-regola għall-implimentazzjoni tal-liġi tax-xogħol;

2.      Jitlob li jinħoloq qafas għall-persuni li jaħdmu għal rashom sabiex jiġi evitat il-frodi;

3.      Jitlob lill-Kummissjoni tieħu l-miżuri xierqa sabiex jiġu evitati fl-Ewropa, min-naħa tal-kumpanniji low-cost, il-prattiki soċjali żleali kollha għad-detriment tal-protezzjoni soċjali tal-impjegati u tas-sigurtà tal-passiġġieri;

4.      Jitlob li jsiru studji sabiex tkun evitata kompetizzjoni żleali min-naħa ta' dawn il-kumpaniji;

5.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

(1)

ĠU L 18, 21.1.1997, p. 1.

(2)

ĠU L 377, 27.12.2006, p. 1.

(3)

ĠU L 79, 19.3.2008, p. 1.

(4)

ĠU L 28, 31.1.2014, p. 17.

Avviż legali