Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0176/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0176/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar id-Direttiva 2010/63/UE u kontra l-estensjoni tat-tnissil ta' primati f'Niederhausbergen

18.2.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dominique Bilde, Sophie Montel, Marine Le Pen

B8-0176/2015

Proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-Direttiva 2010/63/UE u kontra l-estensjoni tat-tnissil ta' primati f'Niederhausbergen

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2010/63/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2010 dwar il-protezzjoni tal-annimali li jintużaw għal skopijiet xjentifiċi[1], li titlob li t-testijiet fuq l-annimali jitnaqqsu, jiġu sostitwiti u rfinuti,

–       wara li kkunsidra l-istrateġija tal-Unjoni Ewropea għall-ħarsien u l-benessri tal-annimali matul il-perjodu 2012-2015,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-prefett ta' Strasburgu awtorizza l-estensjoni tat-tnissil ta' primati f'Niederhausbergen sabiex jgħaddu minn 800 għal 1 600 primat;

B .    billi t-testijiet fuq ix-xadini meħuda bħala mudell tal-patoloġiji tal-bniedem illum huma kkuntestati minn għadd dejjem akbar ta' xjentisti;

C.     billi l-effetti sekondarji tat-testijiet fuq l-annimali jistgħu jipperikolaw il-ħajja taċ-ċittadini u matul l-2013, ikkawżaw fi Franza biss, biex 40 000 persuna ddaħħlu l-isptar u 13 000 persuna mietu;

D.     billi din il-primaterija għandha tilqa' primati li jaqgħu taħt l-anness 1/CITES u A(CE) tal-ispeċijiet mhedda minn estinzjoni;

1.      Jiltob lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ ir-riċerka ta' alternattivi għat-testijiet fuq l-annimali;

2.      Jitlob lill-Kummissjoni biex tqiegħed fis-seħħ il-miżuri kollha possibbli sabiex tinforza d-Direttiva u tipprojbixxi l-estensjoni ta' dan l-allevament;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.