imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar it-tnaqqis tal-impatt ambjentali li jirriżulta mill-proċessi ta' tibjid tat-twiebet
Lorenzo Fontana
Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tnaqqis tal-impatt ambjentali li jirriżulta mill-proċessi ta' tibjid tat-twiebet
B8-0272/2015
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikoli 11, 191, 192 u 193 tat-TFUE,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi hemm impatt fuq it-tniġġis tal-ilma tal-pjan ikkawżat mit-tixrid taż-żebgħa applikata fuq it-twiebet midfuna;
B. billi r-rimi tat-twiebet għandu impatt fuq it-tniġġis tal-arja minħabba l-proċessi ta' kremazzjoni tat-twiebet;
C. billi r-rimi tat-twiebet iwaqqa' l-ispejjeż fuq il-finanzi pubbliċi;
1. jinnota li, skont l-aħħar figuri tal-Eurostat, fl-2014, l-imwiet fl-Istati Membri kienu ta’ 7 800 000;
2. iqis li l-metodi ta' tibjid attwali m'għandhomx jintużaw u li jeħtieġ li jitneħħa l-ammont ta’ żebgħa applikata għal kull tebut, b’użu ta’ teknoloġiji mill-iktar avvanzati;
3. jistieden lill-Kummissjoni, f’konformità tal-prerogattivi mogħtija lilha mit-Trattati, biex tivvaluta l-miżuri adegwati bil-għan li jiġi promoss l-użu ta’ teknoloġiji ġodda kapaċi li jneħħu ż-żebgħa applikata fuq it-twiebet, sabiex jiġi evitat it-tixrid ta’ diossina f’każ ta’ kremazzjoni tat-twiebet stess;
4. iħeġġeġ ukoll lill-Kummissjoni biex tippromwovi l-użu ta' tipi ta' siġar ta' riġenerazzjoni faċli.