Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0361/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0361/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar is-suspetti ta' minimizzazzjoni aggressiva tat-taxxa min-naħa ta' McD Europe Franchising Sàrl

21.4.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Jean-François Jalkh, Bernard Monot, Louis Aliot, Nicolas Bay, Jean-Luc Schaffhauser, Steeve Briois, Mylène Troszczynski

B8-0361/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-suspetti ta' minimizzazzjoni aggressiva tat-taxxa min-naħa ta' McD Europe Franchising Sàrl

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE),

–       wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999 tat-22 ta' Marzu 1999[1] u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 784/2004 tal-21 ta' April 2004[2],

–       wara li kkunsidra r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta' Diċembru 2012 dwar il-pjanifikazzjoni fiskali aggressiva[3] u l-Komunikazzjoni tagħha tat-18 ta' Marzu 2015 dwar it-trasparenza fiskali kontra l-evażjoni u l-evitar tat-taxxa[4],

–       wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tat-12 ta' Frar 2015 dwar it-twaqqif ta' kumitat speċjali dwar id-deċiżjonijiet fil-qasam tat-taxxa u miżuri oħra ta' natura jew effett simili, is-setgħat, is-saħħa numerika u l-mandat tiegħu[5],

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Kummissjoni qed tinvestiga dwar il-prattiki fiskali tal-Lussemburgu fil-konfront ta' Fiat Finance and Trade[6] u ta' Amazon[7];

B.     billi, skont studju, hemm suspetti qawwija ta' minimizzazzjoni aggressiva tat-taxxa min-naħa ta' McD Europe Franchising Sàrl;

C.     billi dawn il-prattiki jikkostitwixxu ksur tar-regoli stabbiliti mit-Trattati u l-leġiżlazzjoni sekondarja;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni biex bla dewmien tiftaħ investigazzjoni rigward dawn il-prattiki;

2.      Jitlob ukoll lill-Kumitat Speċjali dwar Deċiżjonijiet fil-Qasam tat-Taxxa janalizza dawn il-prattiki;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.