Proċedura : 2014/0014(COD)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0362/2015

Testi mressqa :

B8-0362/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 27/05/2015 - 10.1
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0216

PROPOSTA GĦAL DEĊIŻJONI DWAR IL-FTUĦ U L-MANDAT TA' NEGOZJATI INTERISTITUZZJONALI
PDF 756kWORD 434k
21.4.2015
PE555.136v01-00
 
B8-0000/2015

imressqa skont l-Artikolu 73(2) u l-Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (COM(2014)0032 – C8‑0025/2014 – 2014/0014(COD) – 2015/2659(RSP))


Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali (*)
(*) Tim tan-negozjati: il-President, ir-Rapporteur u x-Shadow Rapporteurs

Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ftuħ u l-mandat ta' negozjati interistituzzjonali dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 u r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 fir-rigward tal-iskema għall-għajnuna għall-provvista ta' frott u ħaxix, banana u ħalib fl-istabbilimenti edukattivi (COM(2014)0032 – C8‑0025/2014 – 2014/0014(COD) – 2015/2659(RSP))  
B8‑0000/2015

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-proposta tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–  wara li kkunsidra l-Artikolu 73(2) u l-Artikolu 74 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Jiddeċiedi li jiftaħ negozjati interistituzzjonali fuq il-bażi tal-mandat li ġej:

MANDAT

 

 

 

 

Emenda    1

Proposta għal regolament

Premessa 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(2) L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskemi attwali, flimkien mal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet esterni u l-analiżi sussegwenti tal-għażliet politiċi differenti, jindikaw il-konklużjoni li r-raġunament li wassal għall-istabbiliment taż-żewġ skemi għall-iskejjel għadu rilevanti. Għalhekk, fil-kuntest attwali ta’ konsum dejjem jonqos ta’ frott u ħaxix inkluż il-banana u l-prodotti tal-ħalib, li iggrava, fost affarijiet oħra, mix-xejra moderna għal konsum ta’ ikel ipproċessat ħafna li, barra minn hekk, ta’ spiss ikollu livell għoli ta’ zokkor, melħ u xaħam miżjud, l-għajnuna tal-Unjoni li tiffinanzja l-provvista lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi ta’ prodotti agrikoli magħżula għandha tibqa’ teżisti.

(2) L-esperjenza miksuba bl-applikazzjoni tal-iskemi attwali, flimkien mal-konklużjonijiet tal-evalwazzjonijiet esterni u l-analiżi sussegwenti tal-għażliet politiċi differenti u d-diffikultajiet soċjali li jħabbtu wiċċhom magħhom l-Istati Membri, jindikaw il-konklużjoni li t-tkomplija u t-tisħiħ taż-żewġ skemi għall-iskejjel huma ta' importanza assoluta. Fil-kuntest attwali ta’ konsum dejjem jonqos ta’ frott u ħaxix frisk, inklużi l-banana u l-prodotti tal-ħalib, speċjalment fost it-tfal, u fil-kuntest taż-żieda fil-każijiet ta' obeżità fit-tfal bħala konsegwenza tal-konsum ta’ ikel ipproċessat ħafna li, barra minn hekk, ta’ spiss ikollu livell għoli ta’ zokkor, melħ, xaħam miżjud u/jew addittivi, l-għajnuna tal-Unjoni li tiffinanzja l-provvista lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi ta’ prodotti agrikoli magħżula għandha tagħmel aktar biex tippromwovi drawwiet alimentari tajbin għas-saħħa u l-konsum ta' prodotti lokali.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 6 tal-Kumitat AGRI. Dan il-kompromess jenfasizza l-importanza tal-iskemi għall-iskejjel, kif ukoll ir-raġunijiet għaliex għandhom jitkomplew u jissaħħu. Barra minn hekk, wara d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tivvaluta mill-ġdid il-proposta, huwa importanti li l-Parlament jadotta pożizzjoni soda favur it-tkomplija tal-iskemi.

 

 

Emenda    2

Proposta għal regolament

Premessa 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(3) L-analiżi ta’ għażliet politiċi differenti tindika li approċċ unifikat taħt qafas finanzjarju u legali komuni huwa aktar xieraq u effettiv fl-ilħuq tal-objettivi speċifiċi li l-Politika Agrikola Komuni qiegħda timmira li tikseb permezz tal-iskemi għall-iskejjel. Dan jippermetti lill-Istati Membri sabiex iżidu kemm jistgħu l-impatt tad-distribuzzjoni b’baġit kostanti u jżidu l-effiċjenza tal-ġestjoni. Madankollu, sabiex jitqiesu d-differenzi bejn il-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-prodotti tal-ħalib u l-ktajjen tal-provvista tagħhom, ċerti elementi għandhom jibqgħu separati, bħall-pakketti baġitarji rispettivi. Fid-dawl tal-esperjenza bl-iskemi attwali, il-parteċipazzjoni fl-iskema għandha tibqa’ fuq bażi volontarja għall-Istati Membri. Filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ konsum differenti madwar l-Istati Membri, għandha tingħata l-possibbiltà lill-Istati Membri parteċipanti biex jagħżlu jekk iridux iqassmu l-prodotti kollha jew wieħed minnhom eliġibbli għall-provvista lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi.

(3) L-analiżi ta’ għażliet politiċi differenti tindika li approċċ unifikat taħt qafas finanzjarju u legali komuni huwa aktar xieraq u effettiv fl-ilħuq tal-objettivi speċifiċi li l-Politika Agrikola Komuni qiegħda timmira li tikseb permezz tal-iskemi għall-iskejjel. Dan jippermetti lill-Istati Membri sabiex iżidu kemm jistgħu l-impatt tad-distribuzzjoni b’baġit kostanti u jżidu l-effiċjenza tal-ġestjoni. Madankollu, sabiex jitqiesu d-differenzi bejn il-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-prodotti tal-ħalib u l-ktajjen tal-provvista tagħhom, ċerti elementi għandhom jibqgħu separati, bħall-pakketti baġitarji rispettivi. Fid-dawl tal-esperjenza bl-iskemi attwali, il-parteċipazzjoni fl-iskema għandha tibqa’ fuq bażi volontarja għall-Istati Membri. Filwaqt li jitqiesu s-sitwazzjonijiet ta’ konsum differenti madwar l-Istati Membri, għandha tingħata l-possibbiltà lill-Istati Membri parteċipanti biex jagħżlu, bi qbil mar-reġjuni interessati, jekk iridux iqassmu l-prodotti kollha jew wieħed minnhom eliġibbli għall-provvista lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi. L-Istati Membri jistgħu wkoll jikkunsidraw li jintroduċu miżuri mmirati sabiex jindirizzaw il-konsum tal-ħalib fost l-adolexxenti, li kulma jmur qiegħed jonqos.

Or. it

 

 

Emenda    3

Proposta għal regolament

Premessa 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(4) Ġiet identifikata xejra ta’ konsum dejjem jonqos b’mod partikolari ta’ frott u ħaxix frisk, inklużi l-banana u l-ħalib tax-xorb. Għalhekk, xieraq li d-distribuzzjoni skont l-iskemi għall-iskejjel tiġi ffokata fuq dawn il-prodotti. Min-naħa tagħha, din tgħin biex jonqos il-piż organizzattiv għall-iskejjel, iżżid l-impatt tad-distribuzzjoni b’baġit limitat u tkun konformi mal-prattika attwali, peress li dawn il-prodotti huma distribwiti l-iktar spiss.

(4) Ġiet identifikata xejra ta’ konsum dejjem jonqos b’mod partikolari ta’ frott u ħaxix frisk, inklużi l-banana u l-ħalib tax-xorb. Għalhekk, xieraq li d-distribuzzjoni skont l-iskemi għall-iskejjel tiġi ffokata primarjament fuq dawn il-prodotti bħala prijorità. Min-naħa tagħha, din tgħin biex jonqos il-piż organizzattiv għall-iskejjel u żżid l-impatt tad-distribuzzjoni b’baġit limitat u tkun konformi mal-prattika attwali, peress li dawn il-prodotti huma distribwiti l-iktar spiss. Madankollu, sabiex isegwu r-rakkomandazzjonijiet nutrizzjonali fir-rigward tal-assorbiment tal-kalċju, u fid-dawl taż-żieda fil-problemi assoċjati mal-intolleranza tal-lattosju fil-ħalib, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jiddistribwixxu prodotti oħrajn tal-ħalib, bħall-jogurt u l-ġobon, li għandhom effetti pożittivi mhux ikkontestati fuq is-saħħa tat-tfal. Barra minn hekk, għandhom isiru sforzi biex tiġi żgurata d-distribuzzjoni ta' prodotti lokali u reġjonali.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 1 - parti 3 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    4

Proposta għal regolament

Premessa 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(5) Hemm bżonn miżuri edukattivi li jappoġġjaw id-distribuzzjoni, sabiex l-iskema tkun effettiva fl-ilħuq tal-objettivi fuq żmien qasir u twil tagħha li żżid il-konsum ta’ prodotti agrikoli magħżula u ssawwar dieti aktar bnini. Fid-dawl tal-importanza tagħhom, dawn il-miżuri għandhom jappoġġjaw kemm il-frott kif ukoll il-ħaxix inkluż id-distribuzzjoni tal-banana u l-ħalib. Għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni. Bħala miżuri ta’ appoġġ, dawn jirrappreżentaw għodda essenzjali biex jerġgħu jqarrbu lit-tfal lejn l-agrikoltura u l-prodotti differenti tagħha u biex jilħqu l-objettivi li qiegħda ssegwi l-iskema, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinkludu firxa usa’ ta’ prodotti agrikoli fil-miżuri tematiċi tagħhom. Madankollu, sabiex jiġu promossi drawwiet ta’ dieta bnina, l-awtoritajiet nazzjonali tas-saħħa għandhom ikunu involuti f’dan il-proċess u japprovaw il-lista ta’ dawn il-prodotti, kif ukoll iż-żewġ gruppi ta’ prodotti eliġibbli għad-distribuzzjoni, u jiddeċiedu dwar l-aspetti nutrizzjonali tagħhom.

(5) Hemm bżonn miżuri edukattivi ta' akkumpanjament li jappoġġjaw id-distribuzzjoni, sabiex l-iskema tkun effettiva fl-ilħuq tal-objettivi fuq żmien qasir u twil tagħha li żżid il-konsum ta’ prodotti agrikoli magħżula u ssawwar dieti aktar bnini. Fid-dawl tal-importanza tagħhom, dawn il-miżuri għandhom jappoġġjaw id-distribuzzjoni tal-frott kif ukoll tal-ħaxix, inkluża d-distribuzzjoni tal-banana u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib. Għandhom ikunu eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni. Bħala miżuri edukattivi ta' akkumpanjament, dawn jirrappreżentaw għodda essenzjali biex jerġgħu jqarrbu lit-tfal lejn l-agrikoltura u l-varjetà ta' prodotti agrikoli tal-Unjoni, b'mod partikolari dawk prodotti fir-reġjun tagħhom, pereżempju bl-għajnuna tal-esperti fin-nutrizzjoni u l-bdiewa, u biex jilħqu l-objettivi li qiegħda ssegwi l-iskema, l-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jinkludu firxa usa’ ta’ prodotti agrikoli fil-miżuri tematiċi tagħhom, bħall-frott u l-ħaxix ipproċessat mingħajr zokkor, melħ, xaħam jew sweeteners miżjuda, u speċjalitajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali oħrajn, bħall-għasel, żebbuġ tal-mejda, żejt taż-żebbuġa u frott imnixxef. Madankollu, sabiex jiġu promossi drawwiet ta’ dieta bnina, l-awtoritajiet nazzjonali responsabbli min-nutrizzjoni u/jew is-saħħa għandhom ikunu involuti f’dan il-proċess u għandhom japprovaw il-lista ta’ dawn il-prodotti, kif ukoll iż-żewġ gruppi ta’ prodotti eliġibbli għad-distribuzzjoni, u għandhom jiddeċiedu dwar l-aspetti nutrizzjonali tagħhom.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 2 - parti 5 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    5

Proposta għal regolament

Premessa 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(6) Sabiex tiġi żgurata ġestjoni baġitarja tajba, għandu jkun previst limitu fiss tal-għajnuna mill-Unjoni lejn id-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib, li jappoġġja l-miżuri edukattivi u l-ispejjeż relatati. Dan il-limitu għandu jirrifletti s-sitwazzjoni attwali. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba u bil-għan li tiġi ssimplifikata l-ġestjoni, il-mudelli ta’ finanzjament għandhom jiġu approssimati u bbażati fuq approċċ uniku fir-rigward tal-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Għalhekk, xieraq li jiġi limitat il-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni lejn il-prezz tal-prodotti permezz ta’ għajnuna massima tal-Unjoni għal kull porzjon għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib u jiġi abolit il-prinċipju ta’ kofinanzjament obbligatorju għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana. Minħabba l-volatilità tal-prezz tal-prodotti inkwistjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jfasslu l-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni fir-rigward tal-prezz ta’ porzjon mill-prodotti u li tistabbilixxi d-definizzjoni ta’ porzjon.

(6) Sabiex tiġi żgurata ġestjoni baġitarja tajba, għandu jkun previst limitu fiss tal-għajnuna mill-Unjoni lejn id-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib, li jappoġġja l-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament u l-ispejjeż relatati. Dan il-limitu għandu jirrifletti s-sitwazzjoni attwali. Fid-dawl tal-esperjenza miksuba u bil-għan li tiġi ssimplifikata l-ġestjoni, il-mudelli ta’ finanzjament għandhom jiġu approssimati u bbażati fuq approċċ uniku fir-rigward tal-livell ta’ kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni. Għalhekk, xieraq li jiġi limitat il-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni lejn il-prezz tal-prodotti permezz ta’ ammont massimu ta' għajnuna tal-Unjoni għal kull tifel u tifla u għal kull operazzjoni ta' distribuzzjoni kemm għall-frott kif ukoll għall-ħaxix, inklużi l-banana u l-ħalib. Minħabba l-volatilità tal-prezz tal-prodotti inkwistjoni, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jfasslu l-livell massimu ta’ għajnuna mill-Unjoni.

Or. de

 

 

Emenda    6

Proposta għal regolament

Premessa 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(7) Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna mill-Unjoni lil kull Stat Membru u l-metodi għar-riallokazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tat-talbiet għall-għajnuna rċevuti. L-allokazzjonijiet indikattivi għandhom jiġu stabbiliti b’mod separat għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib b’konformità mal-approċċ volontarju għad-distribuzzjoni. L-iskema ta’ allokazzjoni għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana għandha tirrifletti l-allokazzjonijiet attwali mill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi tan-numru ta’ tfal fil-grupp ta’ età ta’ bejn sitta sa għaxar snin bħala sehem mill-popolazzjoni, filwaqt li jitqies ukoll l-istat ta’ żvilupp tar-reġjuni kkonċernati. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-iskala tal-programmi attwali tagħhom u bil-għan li jitħeġġu oħrajn sabiex jieħdu sehem fid-distribuzzjoni tal-ħalib, xieraq li tintuża t-taħlita ta’ żewġ skemi għall-allokazzjoni tal-fondi għall-ħalib, jiġifieri l-użu storiku tal-fondi mill-Istati Membri taħt l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel u l-kriterji oġġettivi tan-numru ta’ tfal fil-grupp ta’ età ta’ bejn sitta sa għaxar snin bħala sehem mill-popolazzjoni użata għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana. Sabiex jinstab is-sehem it-tajjeb għal dawn iż-żewġ skemi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli addizzjonali li jikkonċernaw il-bilanċ bejn iż-żewġ kriterji. Barra minn hekk, minħabba l-bidliet rikorrenti fis-sitwazzjoni demografika jew tal-iżvilupp tar-reġjuni fl-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-valutazzjoni kull tliet snin dwar jekk l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji, għadhomx aġġornati.

(7) Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jistabbilixxu l-allokazzjonijiet indikattivi tal-għajnuna mill-Unjoni lil kull Stat Membru u l-metodi għar-riallokazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tat-talbiet għall-għajnuna rċevuti. L-allokazzjonijiet indikattivi għandhom jiġu stabbiliti b’mod separat għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib b’konformità mal-approċċ volontarju għad-distribuzzjoni. L-iskema ta’ allokazzjoni għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana għandha tirrifletti l-allokazzjonijiet attwali mill-Istati Membri, fuq il-bażi tal-kriterji oġġettivi tan-numru ta’ tfal fil-grupp ta’ età ta’ bejn sitta sa għaxar snin bħala sehem mill-popolazzjoni, filwaqt li jitqies ukoll l-istat ta’ żvilupp tar-reġjuni kkonċernati. Sabiex l-Istati Membri jkunu jistgħu jżommu l-iskala tal-programmi attwali tagħhom u bil-għan li jitħeġġu oħrajn sabiex jieħdu sehem fid-distribuzzjoni tal-ħalib, xieraq li tintuża t-taħlita ta' erba' skemi għall-allokazzjoni tal-fondi għall-ħalib, jiġifieri l-użu storiku tal-fondi mill-Istati Membri taħt l-Iskema tal-Ħalib għall-Iskejjel, ħlief fil-każ tal-Kroazja, li għaliha għandu jiġi determinat ammont fiss abbażi ta' dan ir-Regolament, il-kriterji oġġettivi tan-numru ta’ tfal fil-grupp ta’ età ta’ bejn sitta sa għaxar snin bħala sehem mill-popolazzjoni użat għall-frott u l-ħaxix inkluża l-banana, il-livell ta' żvilupp tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru u l-istabbiliment ta' livell minimu ta' nfiq tal-għajnuna tal-Unjoni għal kull tifel u tifla u għal kull sena. Sabiex jinstab is-sehem it-tajjeb għal dawn iż-żewġ skemi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-adozzjoni tar-regoli addizzjonali li jikkonċernaw il-bilanċ bejn l-erba' kriterji. Barra minn hekk, minħabba l-bidliet rikorrenti fis-sitwazzjoni demografika jew tal-iżvilupp tar-reġjuni fl-Istati Membri, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-valutazzjoni kull tliet snin dwar jekk l-allokazzjonijiet tal-Istati Membri, fuq il-bażi ta’ dawn il-kriterji, għadhomx aġġornati. Żieda ta' 5 % għandha tiġi applikata biex l-għajnuna tal-Unjoni fl-implimentazzjoni ta' din l-iskema fir-reġjuni ultraperiferiċi, fid-dawl tad-diversifikazzjoni agrikola limitata tagħhom u l-impossibilità frekwenti li jinsabu ċerti prodotti fir-reġjun ikkonċernat, li tinvolvi spejjeż ogħla tat-trasport u tal-ħżin.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 - parti 3 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    7

Proposta għal regolament

Premessa 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(8) Sabiex l-Istati Membri b’daqs demografiku limitat ikunu jistgħu jimplimentaw skema kosteffikaċi, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-istabbiliment tal-ammont minimu tal-għajnuna mill-Unjoni li l-Istati Membri għandhom dritt jirċievu għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib.

(8) Sabiex l-Istati Membri b’daqs demografiku limitat ikunu jistgħu jimplimentaw skema kosteffikaċi, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-istabbiliment tal-ammont minimu tal-għajnuna mill-Unjoni li l-Istati Membri għandhom dritt jirċievu għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib.

Or. en

 

 

Emenda    8

Proposta għal regolament

Premessa 9

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(9) Fl-interess ta’ amministrazzjoni u ġestjoni tal-baġit tajba, l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fid-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew il-ħalib għandhom japplikaw kull sena għall-għajnuna mill-Unjoni. Bil-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u l-ġestjoni, din l-applikazzjoni għandha ssir fuq il-bażi ta’ talbiet għal għajnuna separati. Wara t-talbiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjonijiet definittivi għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib fl-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit u wara li tqis trasferimenti limitati bejn l-allokazzjonijiet tagħhom, li jħeġġu l-prijoritizzazzjoni tad-distribuzzjoni fuq il-bażi tal-ħtiġijiet nutrizzjonali. Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-limiti li jikkonċernaw dawn it-trasferimenti.

(9) Fl-interessi ta’ amministrazzjoni u ġestjoni tal-baġit tajba, l-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fid-distribuzzjoni tal-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew il-ħalib għandhom japplikaw kull sena għall-għajnuna mill-Unjoni. Bil-għan li jiġu ssimplifikati l-proċeduri u l-ġestjoni, dawn l-applikazzjonijiet għandhom isiru fuq il-bażi ta’ talbiet għal għajnuna separati. Wara li tirċievi t-talbiet tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tiddeċiedi dwar l-allokazzjonijiet definittivi għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib fl-approprjazzjonijiet disponibbli fil-baġit u wara li tqis trasferimenti limitati bejn l-allokazzjonijiet tagħhom, li jħeġġu l-prijoritizzazzjoni tad-distribuzzjoni fuq il-bażi tal-ħtiġijiet nutrizzjonali. F'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-miżuri li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet u l-limiti li jikkonċernaw dawk it-trasferimenti.

Or. es

 

 

Emenda    9

Proposta għal regolament

Premessa 9a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(9a) Sabiex jiġu ssimplifikati l-proċeduri amministrattivi u organizzattivi għall-iskejjel li ħadu sehem fiż-żewġ programmi, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti , fir-rigward tal-introduzzjoni ta'proċeduri uniċi għal applikazzjonijiet tal-iskejjel għall-parteċipazzjoni u l-monitoraġġ.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Huwa importanti li titnaqqas il-burokrazija li tiskoraġġixxi l-iskejjel milli jipparteċipaw, speċjalment sabiex l-iskejjel li jixtiequ jipparteċipaw fiż-żewġ programmi m'għandhomx ikunu obbligati li jimlew żewġ settijiet separati ta' formoli jew ikunu soġġetti għal varjetà ta' proċeduri ta' monitoraġġ.

 

 

Emenda    10

Proposta għal regolament

Premessa 10

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(10) L-istrateġija nazzjonali għandha titqies bħala l-kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tal-Istat Membru fl-iskema u bħala dokument strateġiku pluriennali li jistabbilixxi l-objettivi li għandhom jintlaħqu mill-Istati Membri u l-prijoritajiet tagħhom. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jaġġornawhom b’mod regolari, b’mod partikolari fid-dawl tal-evalwazzjonijiet u l-valutazzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet jew il-miri.

(10) L-istrateġija nazzjonali għandha titqies bħala l-kundizzjoni għall-parteċipazzjoni ta' Stat Membru fl-iskema. L-Istati Membri li jixtiequ jipparteċipaw għandhom jintalbu jippreżentaw dokument strateġiku li jkopri perjodu ta' sitt snin, filwaqt li jikkwantifikaw il-problema eżistenti u jistabbilixxu l-objettivi li għandhom jintlaħqu minnhom, il-metodoloġiji skont il-problema ppreżentata u l-prijoritajiet rispettivi. L-Istati Membri għandhom ikunu jistgħu jaġġornawhom b’mod regolari, b’mod partikolari fid-dawl tal-evalwazzjonijiet u l-valutazzjoni mill-ġdid tal-prijoritajiet jew il-miri u s-suċċess tal-programmi tagħhom.

Or. pt

 

 

 

Emenda    11

Proposta għal regolament

Premessa 11a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(11a) Sabiex tiżdied il-viżibilità tal-iskema fost dawk li jibbenefikaw minnha fl-Unjoni kollha, din għandha tingħata identità waħda u logo tal-Unjoni, għall-użu obbligatorju fuq posters relatati mal-parteċipazzjoni tal-iskejjel u f'materjal ta' informazzjoni disponibbli lill-istudenti taħt il-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament. Għaldaqstant, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti delegati bil-għan li jiġu stabbiliti l-kriterji speċifiċi fir-rigward tal-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni, id-daqs u d-dehra tal-identità komuni u tal-logo tal-Unjoni.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-kompromess nru 5 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    12

Proposta għal regolament

Premessa 12

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(12) Sabiex jiġi żgurat li l-prezz tal-prodott mogħti lit-tfal taħt l-iskema jirrifletti b’mod sħiħ l-ammont tal-għajnuna pprovduta u li l-prodotti sussidjati ma jiżvijawx mill-użu maħsub tagħhom, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-istabbiliment tal-monitoraġġ tal-prezzijiet fl-iskema.

(12) Sabiex jiġi żgurat li l-prezz tal-prodott mogħti lit-tfal taħt l-iskema jirrifletti b’mod sħiħ l-ammont tal-għajnuna pprovduta u li l-prodotti sussidjati ma jiżvijawx mill-użu maħsub tagħhom, f'konformità mal-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta ċerti atti fir-rigward tal-istabbiliment tal-monitoraġġ tal-prezzijiet fl-iskema. Dawn l-atti m'għandhomx jiskoraġġixxu lill-Istati Membri milli jakkwistaw prodotti lokali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-kompromess nru 5 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    13

Proposta għal regolament

Premessa 12a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(12a) Sabiex tiġi vverifikata l-effikaċja tal-programmi fl-Istati Membri, għandu jiġi pprovdut finanzjament għal inizjattivi li jimmonitorjaw u jevalwaw ir-riżultati miksuba, b'attenzjoni partikolari għall-bidliet fil-konsum li jokkorru f'perjodu ta' żmien medju.

Or. en

 

 

Emenda    14

Proposta għal regolament

Premessa 13a (ġdida)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(13a) Dan ir-Regolament m'għandux jinterferixxi mat-tqassim tal-kompetenzi reġjonali jew lokali fi ħdan l-Istati Membri, inkluża l-awtonomija reġjonali u lokali.

Or. en

 

 

Emenda    15

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – titolu

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Għajnuna għall-provvista tal-frott u l-ħaxix, il-banana u l-ħalib, miżuri edukattivi ta’ sostenn u spejjeż relatati

Għajnuna għall-provvista tal-frott u l-ħaxix, il-banana, il-ħalib, u ċerti prodotti tal-ħalib, miżuri ta' akkumpanjament u spejjeż relatati

Or. de

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 1 - parti 1 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    16

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għall-provvista tal-ikel u l-ħaxix, il-banana, u l-ħalib;

(a) għall-provvista tal-ikel u l-ħaxix, inklużi l-banana, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib kif imsemmi fil-paragrafu 2;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 1 - parti 1 tal-Kumitat AGRI. Dan il-kompromess jappoġġja l-proposta tal-Kummissjoni li l-Istati Membri xorta għandhom jitħallew iqassmu prodotti friski. Il-formulazzjoni "frott u ħaxix" tkopri prodotti friski u mkessħa, porzjonijiet lesti biex jittieklu (bħal karrotti mqaxxra/maqtugħa u kkonfezzjonati f'basktijiet żgħar) u, barra minn hekk, lill-iskejjel tippermettilhom li jagħsru l-prodotti biex jagħmlu l-meraq ta' frott frisk. L-Istati Membri għandhom ir-responsabilità li jiddeċiedu u jinkludu fl-istrateġija tagħhom liema prodotti friski għandhom jitqassmu (u kif).

 

 

Emenda    17

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għall-miżuri edukattivi ta’ sostenn; u

(b) għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament; u

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 2 - parti 1 tal-Kumitat AGRI. Is-sostituzzjoni ta' "sostenn" b' "akkumpanjament" għandha l-għan li tikkjarifika li l-miżuri edukattivi appoġġjati mill-UE taħt l-iskemi għall-iskejjel mhumiex responsabilità tal-għalliema tal-iskola iżda ta' kelliema esterni, bħan-nutrizzjonisti, il-bdiewa, eċċ.

 

 

Emenda    18

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) biex jiġu koperti ċerti spejjeż relatati marbuta mal-loġistika u d-distribuzzjoni, it-tagħmir, il-pubbliċità, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni.

(c) biex jiġu koperti l-ispejjeż relatati marbuta mal-loġistika u d-distribuzzjoni, it-tagħmir, il-komunikazzjoni u l-pubbliċità, il-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u attivitajiet oħra marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-iskema.

Or. hu

 

 

Emenda    19

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna stabbilita fil-paragrafu 1 (“l-iskema għall-iskejjel”) jistgħu jqassmu l-frott jew il-ħaxix inklużi l-banana jew il-ħalib li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0401, jew it-tnejn li huma.

2. L-Istati Membri li jixtiequ jieħdu sehem fl-iskema ta’ għajnuna stabbilita fil-paragrafu 1 (“l-iskema għall-iskejjel”) jistgħu jqassmu:

 

(a) frott jew il-ħaxix inklużi l-banana u/jew

 

(b) il-ħalib, u prodotti tal-ħalib tal-kategoriji li ġejjin ("prodotti tal-ħalib"):

 

(i) il-ħalib u l-krema li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0401;

 

(ii) ix-xorrox tal-butir, il-baqta, il-jogurt, il-kefir u tipi oħra ta' ħalib u krema ffermentati jew aċidifikati li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0403, minbarra dawk li fihom ħwawar jew materjali mhux lattiċi miżjuda li jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM 0403 10 51 sa 99 u NM 0403 90 71 sa 99;

 

(iii) il-ġobon u l-baqta li jaqgħu taħt il-kodiċi NM 0406;

 

(iv) il-ħalib mingħajr lattosju li jikkonsisti minn ħalib naturali b'kompożizzjoni li ġiet modifikata fir-rigward tal-kontenut ta' lattosju tagħha u li ma fihx materjal ieħor mhux lattiku li jaqa' taħt il-kodiċi NM 0404 90.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 1 - parti 2 tal-Kumitat AGRI. L-iskop ta' dawn l-iskemi huwa li jħeġġu l-konsum ta' prodotti agrikoli u jistabbilixxu drawwiet alimentari tajbin għas-saħħa. Barra minn hekk, għandna argumenti konkreti li jiġġustifikaw li l-konsum tal-ħalib tax-xorb qed jonqos; il-ġobon u l-jogurt naturali huma t-tieni l-aħjar alternattiva minħabba intolleranzi għal-lattosju.

 

 

Emenda    20

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 3

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema għall-iskejjel, l-Istati Membri għandhom ifasslu, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema għall-iskejjel, u mbagħad kull 6 snin, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, strateġija għall-implimentazzjoni tal-iskema. L-istrateġija tista’ tiġi emendata minn Stat Membru, b’mod partikolari fid-dawl tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni. L-istrateġija tal-inqas għandha tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jiġu ssodisfati, il-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet f’termini ta’ prijoritajiet, il-popolazzjoni fil-mira, ir-riżultati mistennija u l-miri kwantifikati li għandhom jinkisbu fir-rigward tas-sitwazzjoni inizjali, u jistabbilixxu l-istrumenti u l-azzjonijiet l-aktar xierqa biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

3. Bħala kundizzjoni għall-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema għall-iskejjel, l-Istati Membri għandhom ifasslu, qabel il-parteċipazzjoni tagħhom fl-iskema għall-iskejjel, u mbagħad kull 6 snin, fil-livell nazzjonali jew reġjonali, strateġija għall-implimentazzjoni tal-iskema. L-istrateġija tista’ tiġi emendata minn Stat Membru jew minn awtorità reġjonali, b’mod partikolari fid-dawl tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni u tar-riżultati miksuba, u b'hekk isir użu tajjeb tal-fondi tal-Unjoni. L-istrateġija għandha, bħala minimu, tidentifika l-ħtiġijiet li għandhom jiġu ssodisfati, il-klassifikazzjoni tal-ħtiġijiet f’termini ta’ prijoritajiet, il-popolazzjoni fil-mira, ir-riżultati mistennija u l-miri kwantifikati li għandhom jinkisbu fir-rigward tas-sitwazzjoni inizjali, u għandha tistabbilixxi l-istrumenti u l-azzjonijiet l-aktar xierqa biex jintlaħqu dawk l-objettivi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-emenda tagħti aktar possibilità lill-awtoritajiet sottonazzjonali biex jikkontrollaw l-iskema skont id-distribuzzjoni kostituzzjonali tal-kompetenzi fi ħdan l-Istati Membri. Din l-emenda tirrifletti wkoll l-opinjoni tal-Kumitat tar-Reġjuni.

 

 

Emenda    21

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. L-Istati Membri, sabiex jagħmlu l-iskema għall-iskejjel effettiva, għandhom jipprovdu wkoll għall-miżuri edukattivi ta’ sostenn, li jistgħu jinkludu miżuri u attivitajiet immirati sabiex iqarrbu lit-tfal lejn l-agrikoltura u firxa usa’ ta’ prodotti agrikoli, l-edukazzjoni dwar kwistjonijiet relatati, bħal drawwiet ta’ dieta bnina, il-ġlieda kontra l-ħela ta’ ikel, il-ktajjen alimentari lokali jew il-biedja organika.

4. L-Istati Membri, sabiex jagħmlu l-iskema għall-iskejjel effettiva, għandhom jipprovdu wkoll għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament, li jistgħu jinkludu miżuri u attivitajiet immirati sabiex iqarrbu lit-tfal lejn l-agrikoltura, bħaż-żjarat sal-irziezet, u d-distribuzzjoni ta' firxa usa' ta' prodotti agrikoli, bħal frott u ħaxix ipproċessat u speċjalitajiet lokali, reġjonali jew nazzjonali oħrajn, bħall-għasel, iż-żebbuġ u ż-żejt taż-żebbuġa, u l-frott imnixxef. Dan jikkontribwixxi għall-edukazzjoni dwar kwistjonijiet relatati, bħal drawwiet ta' dieta bnina, il-ġlieda kontra l-ħela ta' ikel, il-ktajjen alimentari lokali, il-biedja organika u l-produzzjoni sostenibbli.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 2 - parti 2 tal-Kumitat AGRI. Fid-dawl tal-fatt li l-miżuri edukattivi jippermettu d-distribuzzjoni okkażjonali ta' prodotti oħra, il-kompromess hawnhekk jinkludi emendi relatati ma' speċjalitajiet lokali, reġjonali u nazzjonali bħall-għasel, iż-żebbuġ, iż-żejt taż-żebbuġa u l-frott imnixxef.

 

 

Emenda    22

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 5

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

5. Meta jfasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ prodotti agrikoli, minbarra l-frott u l-ħaxix, il-banana u l-ħalib, li jistgħu xi kultant jiġu inklużi mal-miżuri edukattivi ta’ sostenn.

5. Meta jfasslu l-istrateġiji tagħhom, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu lista ta’ prodotti agrikoli, minbarra l-frott u l-ħaxix, il-banana, u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib imsemmija fil-paragrafu 2, li jistgħu xi kultant jiġu inklużi għad-distribuzzjoni taħt il-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament. Fir-rigward tal-frott u l-ħaxix ipproċessat, prodotti li fihom zokkor miżjud, xaħam miżjud, melħ miżjud u/jew sweeteners miżjuda m'għandhomx ikunu permessi.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 2 - parti 3 tal-Kumitat AGRI. Fid-dawl tal-emendi mressqa maħsuba biex jinkludu mill-ġdid il-frott u l-ħaxix ipproċessat, il-kompromess jippermetti d-distribuzzjoni okkażjonali tagħhom permezz ta' miżuri edukattivi. Għalhekk, ir-regoli eżistenti fl-Anness V tar-Regolament (mingħajr zokkor, melħ, xaħam, sweeteners miżjuda) għandhom jinżammu. Għall-finijiet ta' simplifikazzjoni, il-kontenut tal-Anness V ġie inkluż direttament fl-Artikolu (għaldaqstant, l-Anness V diġà eżistenti jista' jitħassar).

 

 

Emenda    23

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 6

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

6. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti li għandhom jiġu inkorporati fid-distribuzzjoni jew li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri edukattivi ta’ sostenn fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li jistgħu jinkludu kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u ambjentali, l-istaġjonalità, il-varjetà, jew id-disponibbiltà ta’ prodotti lokali, u jagħtu prijorità sa fejn huwa prattikabbli għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, b’mod partikolari għax-xiri lokali, il-prodotti organiċi, il-ktajjen tal-provvista qosra jew il-benefiċċji ambjentali.

6. L-Istati Membri għandhom jagħżlu l-prodotti li għandhom jiġu inkorporati fid-distribuzzjoni jew li għandhom jiġu inklużi fil-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament fuq il-bażi ta’ kriterji oġġettivi li għandhom jinkludu kunsiderazzjonijiet tas-saħħa u ambjentali u etiċi, l-istaġjonalità, il-varjetà, jew id-disponibbiltà ta’ prodotti lokali, u jagħtu prijorità sa fejn huwa prattikabbli għall-prodotti li joriġinaw fl-Unjoni, b’mod partikolari għall-produzzjoni u x-xiri lokali jew reġjonali, il-prodotti organiċi jew il-benefiċċji ambjentali u prodotti ta' kwalità kif individwati fir-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Fil-każ tal-banana, il-prodotti ta' kummerċ ġust minn pajjiżi terzi jistgħu jingħataw prijorità biss meta ma jkunux disponibbli prodotti ekwivalenti li joriġinaw mill-Unjoni.

Or. de

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 3 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    24

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 3

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23 – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. Sabiex jippromwovu drawwiet ta’ dieta bnina, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet tas-saħħa kompetenti tagħhom japprovaw il-lista tal-prodotti forniti taħt l-iskema tal-iskejjel u jiddeċiedu dwar l-aspetti nutrizzjonali tagħhom

7. Sabiex jippromwovu drawwiet ta’ dieta bnina, anki fost it-tfal li huma intolleranti għal-lattosju, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet responsabbli għan-nutrizzjoni u/jew is-saħħa jaqblu fuq il-lista tal-prodotti forniti taħt l-iskema tal-iskejjel u jiddeċiedu dwar l-aspetti nutrizzjonali tagħhom.

Or. de

 

 

Emenda    25

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 1 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

1. L-għajnuna mill-iskema għall-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti, il-miżuri edukattivi ta’ sostenn u l-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1), u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 4, ma għandhiex taqbeż:

1. L-għajnuna mill-iskema għall-iskejjel allokata għad-distribuzzjoni tal-prodotti, il-miżuri edukattivi ta’ akkumpanjament u l-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1), u mingħajr ħsara għad-dispożizzjonijiet fil-paragrafu 4 ta' dan l-Artikolu, ma għandhiex taqbeż:

Or. de

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-Emenda ta' Kompromess nru 2 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    26

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 1 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għall-ħalib: EUR 80 miljun għal kull sena skolastika.

(b) għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib: EUR 100 miljun għal kull sena skolastika.

Or. ro

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 - parti 4 tal-Kumitat AGRI. Hija prevista żieda ta' EUR 20 miljun għall-pakkett destinat għall-ħalib sabiex tippermetti l-introduzzjoni ta' nfiq minimu għal kull tifel u tifla kull sena għall-Istati Membri kollha u sabiex tiżgura li l-ebda Stat Membru ma jitlef bħala konsegwenza tal-introduzzjoni tal-kriterji l-ġodda.

 

 

Emenda    27

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 1a – paragrafu 23 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jistabbilixxi l-livell ta’ għajnuna mill-Unjoni li tista’ titħallas għall-prezz tal-porzjon ta’ frott u ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib distribwiti u li jistabbilixxi d-definizzjoni ta’ porzjon. Il-Kummissjoni għandha wkoll tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati f’konformità mal-Artikolu 227 li jistabbilixxi ammont minimu u ammont massimu għall-finanzjament ta’ miżuri edukattivi ta’ sostenn mill-allokazzjonijiet definittivi annwali tal-Istati Membri.

Imħassar

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Is-setgħat tmexxew għall-Artikolu 24(1a) għall-finijiet ta' koerenza.

 

 

Emenda    28

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana: il-kriterji oġġettivi bbażati fuq:

(a) għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana: kriterji oġġettivi bbażati fuq:

(i) in-numru ta’ tfal bejn sitta sa għaxar snin bħala proporzjon mill-popolazzjoni,

(i) in-numru ta’ tfal bejn sitta u għaxar snin bħala proporzjon tal-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat,

(ii) il-grad ta’ żvilupp tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru sabiex tiġi żgurata għajnuna akbar lir-reġjuni li għadhom lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-Regolament, ir-reġjuni l-aktar imbiegħda elenkati fl-Artikolu 349 tat-Trattat jew/u l-gżejjer minuri tal-Eġew skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, u

(ii) il-grad ta’ żvilupp tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru sabiex tiġi żgurata l-provvista ta' għajnuna akbar lir-reġjuni li għadhom lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-Regolament, lir-reġjuni ultraperiferiċi elenkati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u/jew lill-gżejjer minuri tal-Eġew skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013, u

 

(iii) żieda addizzjonali ta' 5 % tal-għajnuna tal-Unjoni, biex tiġi applikata għar-reġjuni ultraperiferiċi, b'żieda ulterjuri ta' 5 % jekk dawk ir-reġjuni jimportaw prodotti minn reġjuni ultraperiferiċi oħrajn li huma qrib; u

Or. pt

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 - parti 1 tal-Kumitat AGRI. Il-kriterji oġġettivi bbażati fuq in-numru ta' tfal li għandhom bejn sitta u għaxar snin bħala proporzjon tal-popolazzjoni u l-grad ta' żvilupp tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru għandhom jinżammu b'tali mod li tinħoloq sistema ġusta li tikkorrispondi għall-ħtiġijiet tal-Istati Membri.

 

 

Emenda    29

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2 - punt b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) għall-ħalib: l-użu storiku tal-fondi taħt l-iskemi preċedenti għall-provvista tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib lit-tfal u l-kriterji oġġettivi fuq il-bażi tal-proporzjon tagħhom ta’ tfal ta’ bejn sitta sa għaxar snin.

(b) għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, kombinazzjoni tal-kriterji li ġejjin, li għandhom jiġu applikati tul perjodu tranżitorju ta’ sitt snin li jibda mit-tħaddim tal-programm il-ġdid:

 

(i) in-numru ta' tfal li għandhom bejn sitta u għaxar snin bħala proporzjon tal-popolazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat;

(ii) il-grad ta' żvilupp tar-reġjuni fi ħdan Stat Membru sabiex tiġi żgurata l-provvista ta' għajnuna akbar lir-reġjuni li għadhom lura skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) ta' dan ir-Regolament, lir-reġjuni ultraperiferiċi elenkati fl-Artikolu 349 tat-TFUE u/jew lill-gżejjer minuri tal-Eġew skont it-tifsira tal-Artikolu 1(2) tar-Regolament (UE) Nru 229/2013,

 

(iii) l-użu storiku tal-fondi taħt l-iskemi preċedenti għall-provvista tal-ħalib u l-prodotti tal-ħalib lit-tfal, ħlief għall-Kroazja, li għaliha għandha tiġi introdotta sistema ta' ħlas b'rata fissa; bil-għan li tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta tal-fondi bejn l-Istati Membri, dan il-kriterju għandu jiġi bbilanċjat bl-introduzzjoni ta' ammont annwali minimu ta' għajnuna mill-Unjoni għal kull tifel u tifla fil-grupp ta' età msemmi fil-punt (i) u għandu jkun definit abbażi tal-użu medju tal-fondi għal kull tifel u tifla għal kull Stat Membru;

 

(iv) żieda addizzjonali ta' 5 % tal-għajnuna tal-Unjoni, biex tiġi applikata għar-reġjuni ultraperiferiċi, b'żieda ulterjuri ta' 5 % jekk dawk ir-reġjuni jimportaw prodotti minn reġjuni ultraperiferiċi oħrajn li huma qrib;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 - parti 2 tal-Kumitat AGRI. Fid-dawl tal-emendi mressqa, b'mod partikolari dawk li jħassru l-kriterji storiċi għall-ħalib, l-objettiv ta' dan il-kompromess hu li jistabbilixxi sistema ta' allokazzjoni aktar ġusta mingħajr ma jippenalizza l-Istati Membri li s'issa użaw b'mod effiċjenti l-iskema tal-ħalib għall-iskejjel u rċevew ammonti akbar ta' għajnuna. Dan il-kompromess huwa bbażat fuq kalkoli li pproduċa DĠ AGRI fuq talba tar-rapporteur.

 

 

Emenda    30

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2 – subparagrafu 1a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

Wara li jintemm il-perjodu tranżitorju msemmi fil-punt (b), il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib għandhom ikunu soġġetti għall-kriterji stabbiliti fil-punti (i) u (ii) tal-punt (a).

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 - parti 2 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    31

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2– subparagrafu 2

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta tal-inqas kull tliet snin jekk l-allokazzjonijiet indikattivi għall-frott u l-ħaxix inkluż il-banana u għall-ħalib jibqgħux konsistenti mial-kriterji oġġettivi msemmija f’dan il-paragrafu.

Il-Kummissjoni għandha tivvaluta tal-inqas kull tliet snin jekk l-allokazzjonijiet indikattivi għall-frott u l-ħaxix inkluż il-banana, u għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib jibqgħux konsistenti mal-kriterji oġġettivi msemmija f'dan il-paragrafu.

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-Emenda ta' Kompromess nru 1 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    32

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 2a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

2a. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li minimu ta' 10 % u massimu ta' 20 % tal-finanzjament allokat lilhom kull sena taħt l-iskema għall-iskejjel jiġi allokat għall-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 2 - parti 4 tal-Kumitat AGRI. Fid-dawl tal-importanza fundamentali tal-miżuri edukattivi taħt l-iskema l-ġdida, u l-emendi mressqa, il-kompromess jistabbilixxi minimu ta' 10 % u massimu ta' 20 % għall-finanzjament ta' miżuri edukattivi.

 

 

Emenda    33

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 4

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

4. Mingħajr ma jaqbżu l-limitu globali ta’ EUR 230 miljun, li jirriżulta mill-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu sa 15 % tal-allokazzjonijiet indikattivi tagħhom għall-frott u l-ħaxix inkluż il-banana jew għall-ħalib lis-settur l-ieħor taħt il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta’ atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 227.

4. Mingħajr ma jaqbżu l-limitu globali ta’ EUR 250 miljun, li jirriżulta mill-ammonti msemmija fil-punti (a) u (b) tal-paragrafu 1, l-Istati Membri jistgħu jittrasferixxu sa 10 % tal-allokazzjonijiet indikattivi tagħhom għall-frott u l-ħaxix inkluż il-banana jew għall-ħalib u l-prodotti tal-ħalib lis-settur l-ieħor, u dan it-trasferiment jista' jiżdied għal 20 % fil-każ ta' reġjuni ultraperiferiċi, taħt il-kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati mill-Kummissjoni permezz ta' atti ddelegati adottati skont l-Artikolu 227.

Or. pt

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 4 - parti 5 tal-Kumitat AGRI. Hija prevista żieda ta' EUR 20 miljun għall-pakkett destinat għall-ħalib sabiex tippermetti l-introduzzjoni ta' nfiq minimu għal kull tifel u tifla kull sena għall-Istati Membri kollha u sabiex tiżgura li l-ebda Stat Membru ma jitlef bħala konsegwenza tal-introduzzjoni tal-kriterji l-ġodda. F'dak li għandu x'jaqsam mat-trasferimenti baġitarji, il-kompromess jikkostitwixxi triq tan-nofs bejn l-emendi mressqa dwar din il-kwistjoni.

 

 

Emenda    34

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 5a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

5a. L-għajnuna tal-Unjoni mogħtija f'konformità mal-paragrafu 1 m'għandhiex tintuża biex tissostitwixxi l-finanzjament għal xi skema nazzjonali eżistenti għall-provvista tal-frott jew il-ħalib għall-iskejjel li tipprovdi frott u ħaxix, frott u ħaxix ipproċessat, banana, ħalib jew prodotti tal-ħalib jew skemi oħrajn ta' distribuzzjoni għall-iskejjel li jinkludu prodotti bħal dawn. L-għajnuna tal-Unjoni għandha tingħata biex tissupplimenta l-finanzjament nazzjonali.

Or. en

Ġustifikazzjoni

L-introduzzjoni mill-ġdid tal-Artikolu 23, paragrafu 6 mill-OKS: Il-fondi tal-UE għandhom ikunu ġenwinament addizzjonali għall-finanzjament nazzjonali, bil-għan li jiġi evitat effett deadweight.

 

 

Emenda    35

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 6a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

6a. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu, b'mod konsistenti mal-istrateġiji rispettivi tagħhom, li ma jagħtux l-għajnuna mitluba fejn l-ammont ta' għajnuna mitlub huwa inferjuri għall-ammont minimu stabbilit mill-Istat Membru kkonċernat.

Or. fr

 

 

Emenda    36

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 7

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

7. L-Unjoni tista’ tiffinanzja wkoll, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, miżuri ta’ informazzjoni, monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mal-iskema għall-iskejjel, inkluża sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwarha, u miżuri ta’ netwerking relatati.

7. L-Unjoni tista’ tiffinanzja wkoll, skont l-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 1306/2013, miżuri ta’ informazzjoni, komunikazzjoni u pubbliċità, monitoraġġ u evalwazzjoni relatati mal-iskema għall-iskejjel, inkluża sensibilizzazzjoni tal-pubbliku dwar l-objettivi tagħha, speċjalment immirata lejn il-ġenituri u l-persuni li jħarrġu, u miżuri ta’ netwerking relatati u attivitajiet oħrajn marbuta direttament mal-implimentazzjoni tal-iskema għall-iskejjel.

Or. ro

 

Emenda    37

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 4

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 23a – paragrafu 8

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

8. L-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għandhom jippubbliċizzaw, fil-postijiet fejn jitqassam l-ikel, l-involviment tagħhom fl-iskema u l-fatt li din hija ssussidjata mill-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-valur miżjud u l-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel tal-Unjoni fir-rigward tal-provvista ta’ ikliet oħra fl-istabbilimenti edukattivi.

8. L-Istati Membri li jieħdu sehem fl-iskema għall-iskejjel għandhom jippubbliċizzaw, fil-postijiet fejn jitqassam l-ikel, l-involviment tagħhom fl-iskema u l-fatt li din hija ssussidjata mill-Unjoni, permezz ta' posters imwaħħla fid-daħliet tal-iskejjel. L-Istati Membri jistgħu, barra minn hekk, jużaw kwalunkwe mezz ta' komunikazzjoni adegwat bħal siti elettroniċi ddedikati, materjal grafiku informattiv, u kampanji ta' informazzjoni u ta' sensibilizzazzjoni. Fuq il-materjal informattiv ta' akkumpanjament, għandhom jintużaw element distintiv komuni u logo tal-Unjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw il-valur miżjud u l-viżibbiltà tal-iskema għall-iskejjel tal-Unjoni fir-rigward tal-provvista ta’ ikliet oħra fl-istabbilimenti edukattivi.

Or. pt

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 5 - parti 1 tal-Kumitat AGRI. L-Istati Membri li jiddistribwixxu l-għajnuna tal-UE għandhom jużaw il-posters fid-dħul tal-iskejjel biex jiżguraw viżibilità aħjar tal-azzjonijiet tal-UE kif previst fir-regolamenti ta' implimentazzjoni eżistenti għall-iskemi. Fid-dawl tal-valur miżjud tal-UE tal-iskema, huwa importanti li tissaħħaħ il-viżibilità tagħha u l-għarfien tal-pubbliku dwarha, speċjalment fi żmien meta qed tiżdied id-diżillużjoni fil-konfront tal-Ewropa.

 

 

Emenda    38

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 1 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) it-tfassil tal-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali u l-miżuri edukattivi ta’ sostenn.

(c) it-tfassil tal-istrateġiji nazzjonali jew reġjonali u l-miżuri edukattivi ta' akkumpanjament.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-Emenda ta' Kompromess nru 2 tal-Kumitat AGRI.

 

Emenda    39

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

2. Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi Ewropej, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jikkonċernaw:

2. Sabiex jiġi żgurat l-użu effiċjenti u mmirat tal-fondi tal-Unjoni, tiġi żgurata distribuzzjoni ġusta ta' dawn il-fondi bejn l-Istati Membri u jiġi limitat il-piż amministrattiv għall-iskejjel li qed jipparteċipaw fl-iskema u għall-Istati Membri, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jikkonċernaw:

Or. fr

 

Emenda    40

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt a (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(-a) il-limitu massimu ta' għajnuna mill-Unjoni li jista' jintuża għal kull tifel u tifla u għal kull operazzjoni ta' distribuzzjoni bħala kontribut għall-kost tal-frott u l-ħaxix distribwit, inklużi l-banana, u l-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Is-setgħat delegati tmexxew mill-Artikolu 23a(1) għall-finijiet ta' koerenza tat-test. Biex tiġi żgurata ġestjoni soda tal-fondi għall-iskema, ikun aħjar li jiġi stabbilit ammont massimu ta' għajnuna għal kull operazzjoni ta' distribuzzjoni pjuttost milli għal kull porzjon, li se jkun kemxejn diffiċli biex jiġi sorveljat — ara l-emenda għall-Premessa 6.

Emenda    41

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

a) l-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna bejn l-Istati Membri għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib u fejn ikun xieraq ir-reviżjoni tagħha wara l-valutazzjoni msemmija fit-tieni sottoparagrafu tal-Artikolu 23a(2), l-ammonti minimi tal-Unjoni għal kull Stat Membru, il-metodu għar-riallokazzjoni tal-allokazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet riċevuti, u r-regoli addizzjonali li jikkonċernaw il-mod kif il-kriterji msemmija fl-ewwel sottoparagrafu tal-Artikolu 23a(2) għandhom jitqiesu għall-allokazzjoni tal-fondi,

a) l-allokazzjoni indikattiva tal-għajnuna bejn l-Istati Membri għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib, l-ammont minimu ta' għajnuna tal-Unjoni li ta' kull sena tiġi ddedikata għal kull tifel u tifla kif imsemmi fil-punt (b) tal-Artikolu 23a(2), l-ammonti minimi tal-Unjoni għal kull Stat Membru, il-metodu għar-riallokazzjoni tal-allokazzjoni tal-għajnuna bejn l-Istati Membri fuq il-bażi tal-applikazzjonijiet riċevuti, u r-regoli addizzjonali li jikkonċernaw il-mod kif il-kriterji msemmija fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 23a(2) għandhom jitqiesu għall-allokazzjoni tal-fondi,

Or. fr

 

 

Emenda    42

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – pun b

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(b) il-kundizzjonijiet li jikkonċernaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u l-ħalib;

(b) il-kundizzjonijiet li jikkonċernaw it-trasferimenti bejn l-allokazzjonijiet għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana, il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib;

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-Emenda ta' Kompromess nru 1 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    43

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt c

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(c) l-ispejjeż u/jew il-miżuri li huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni u l-possibbiltà li jiġu stabbiliti ammonti minimi u massimi għal spejjeż speċifiċi;

(c) l-ispejjeż u/jew il-miżuri li huma eliġibbli għall-għajnuna mill-Unjoni u l-possibbiltà li jiġu stabbiliti ammonti massimi għal spejjeż speċifiċi;

Or. fr

 

Emenda    44

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 2 – punt ca (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(ca) l-introduzzjoni ta' proċeduri uniċi ta' applikazzjoni għall-istabbilimenti edukattivi li jixtiequ jipparteċipaw, kif ukoll ta' proċeduri uniċi ta' kontroll;

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Minbarra l-kriterji tekniċi stabbiliti fl-att ta' implimentazzjoni skont l-Artikolu 25(c), ikun utli li għal kull att delegat jiġu stabbiliti proċeduri uniċi ta' applikazzjoni għall-istabbilimenti edukattivi li jixtiequ jipparteċipaw, kif ukoll ta' proċeduri uniċi ta' kontroll, sabiex jittaffa l-piż amministrattiv li jikkostitwixxi xkiel għall-parteċipanti potenzjali, b'mod partikolari għall-iskejjel li jixtiequ jipparteċipaw fiż-żewġ skemi.

 

 

Emenda    45

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 24 – paragrafu 3 – parti introduttorja

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

3. Sabiex jiġi promoss l-għarfien tal-iskema għall-iskejjel, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jitolbu lill-Istati Membri bi skema għall-iskejjel sabiex jippubbliċizzaw ir-rwol tas-sussidjar tal-għajnuna mill-Unjoni.

3. Sabiex jiġi promoss u jiżdied l-għarfien tal-iskema għall-iskejjel u tiżdied il-viżibilità tal-għajnuna tal-Unjoni, il-Kummissjoni għandha tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati skont l-Artikolu 227 li jitolbu lill-Istati Membri bi skema għall-iskejjel sabiex jippubbliċizzaw b'mod ċar il-fatt li qed jirċievu sostenn mill-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-iskema, f'dak li għandu x'jaqsam ma':

 

(a) il-kriterji speċifiċi marbuta mal-użu tal-posters u appoġġ informattiv ieħor;

 

(b) l-istabbiliment ta' kriterji speċifiċi rigward il-preżentazzjoni, il-kompożizzjoni, id-daqs u d-dehra tal-element distintiv komuni u l-logo tal-Unjoni.

Or. fr

Ġustifikazzjoni

Emenda ta' Kompromess Nru 5 - parti 2 tal-Kumitat AGRI. Setgħat delegati konformi mal-emenda għall-Artikolu 23a(8).

 

 

Emenda    46

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 25 – punt a

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

(a) l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew il-ħalib bejn l-Istati Membri parteċipanti fil-limiti stabbilti fl-Artikolu 23a(1), wara li jitqiesu t-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4);

(a) l-allokazzjoni definittiva tal-għajnuna għall-frott u l-ħaxix inklużi l-banana u/jew il-ħalib u l-prodotti tal-ħalib bejn l-Istati Membri parteċipanti fil-limiti stabbilti fl-Artikolu 23a(1), wara li jitqiesu t-trasferimenti msemmija fl-Artikolu 23a(4);

Or. en

Ġustifikazzjoni

Emenda konformi mal-Emenda ta' Kompromess nru 1 tal-Kumitat AGRI.

 

 

Emenda    47

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 5

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 25 – punt fa (ġdid)

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

 

(fa) il-metodi biex jiġu trattati n-nuqqasijiet li jokkorru tul il-proċess ta' implimentazzjoni, bil-għan li jiġu evitati l-ostakli kkawżati mill-burokrazija eċċessivament tqila;

Or. ro

 

Emenda    48

Proposta għal regolament

Artikolu 1 – paragrafu 1 – punt 7

Regolament (UE) Nru 1308/2013

Artikolu 217 – subparagrafu 1

 

Test propost mill-Kummissjoni

Emenda

L-Istati Membri jistgħu, flimkien mal-għajnuna mill-Unjoni għall-Artikolu 23, jagħmlu pagamenti nazzjonali għall-provvista tal-prodotti lit-tfal fl-istabbilimenti edukattivi jew għall-ispejjeż relatati msemmija fl-Artikolu 23(1)(c).

L-Istati Membri jistgħu, minbarra li jirċievu u japplikaw l-għajnuna tal-Unjoni prevista mill-Artikolu 23, jagħmlu pagamenti nazzjonali jew reġjonali sabiex jipprovdu l-prodotti lit-tfal, flimkiem ma' miżuri edukattivi ta' akkumpanjament, fl-istabbilimenti edukattivi jew biex ilaħħqu mal-ispejjeż relatati msemmija fil-punt (c) tal-Artikolu 23(1).

Or. fr

 

 

Avviż legali