Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0427/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0427/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-miżuri ta' trasparenza fiskali biex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa

8.4.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Sophie Montel, Dominique Bilde, Florian Philippot, Steeve Briois

B8-0427/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-miżuri ta' trasparenza fiskali biex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar it-trasparenza fiskali biex jiġu miġġielda l-frodi u l-evażjoni tat-taxxa,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-iskandlu Luxleaks juri l-falliment tal-politika tal-moviment liberu tal-kapital u l-profitti;

B.     billi għal Franza t-telf tal-evitar tat-taxxa jammonta għal 6.7 % tal-PGD kull sena, u jdgħajjef il-bażi tat-taxxa tal-Istati Membri fi żmien ta’ awsterità baġitarja;

C.     billi l-miżuri ppreżentati mill-Kummissjoni huma insuffiċjenti, u ma jmorrux biżżejjed lil hinn fit-trasparenza pubblika tal-informazzjoni;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni biex tipprevedi l-pubblikazzjoni tal-kontijiet tal-intrapriżi fuq bażi ta’ pajjiż b’pajjiż skont il-konklużjonijiet tal-istudju ta’ PWC dwar l-evalwazzjoni tal-konsegwenzi tal-informazzjoni fuq bażi ta' pajjiż b'pajjiż fil-kuntest tas-CRD IV;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni biex teżamina l'opportunità ta’ tassazzjoni eċċezzjonali tal-profitti miżmuma barra mill-pajjiż b'mod illegali;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.