MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 123kWORD 49k
29.4.2015
PE555.208v01-00
 
B8-0433/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-rikonoxximent tan-natura mħallta tal-ftehim kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada


Sophie Montel, Marine Le Pen, Dominique Bilde, Florian Philippot, Steeve Briois

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-rikonoxximent tan-natura mħallta tal-ftehim kummerċjali bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada  
B8-0433/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 206, 207 u 218 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill, tas-27 ta'April 2009, sabiex tawtorizza l-Kummissjoni tiftaħ negozjati għal Ftehim ta' Integrazzjoni Ekonomika mal-Kanada,

–       wara li kkunsidra t-test tal-ftehim finalizzat fis-summit bilaterali ta' Ottawa tas-26 ta' Settembru 2014,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-ftehim finalizzat iwassal għal deregolamentazzjoni kummerċjali vasta bejn l-Istati tal-Unjoni Ewropea u l-Kanada;

B.     billi jikkontjeni mekkaniżmu ta' soluzzjoni ta' tilwim bejn investituri u Stati kif ukoll dispożizzjonijiet li jaqgħu taħt il-kompetenza tal-Istati sovrani, b'mod partikolari fl-oqsma tal-kultura, tal-ambjent u tas-saħħa pubblika;

C.     billi dan huwa ftehim imħallat li għandu jiġi ppreżentat quddiem il-parlamenti nazzjonali għal ratifika;

D.     billi l-Ftehim UE-Korea t'Isfel huwa kkunsidrat ftehim imħallat;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni tigarantixxi formalment in-natura mħallta tal-ftehim finalizzat bejn l-Unjoni Ewropea u l-Kanada;

2.      Itenni t-talba ta' esklużjoni tal-mekkaniżmu ta' soluzzjoni ta' tilwim preżenti fil-ftehim finalizzat;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Avviż legali