MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 122kWORD 50k
30.4.2015
PE555.211v01-00
 
B8-0436/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-abolizzjoni tad-direttiva msejħa "tal-ħaddiema stazzjonati"


Dominique Bilde, Sophie Montel, Florian Philippot, Steeve Briois

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-abolizzjoni tal-hekk imsejħa “Direttiva dwar il-ħaddiema stazzjonati”  
B8‑0436/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 96/71/KE,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2014/67/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar l-implimentazzjoni tad-Direttiva 96/71/KE u li temenda r-Regolament (UE) Nru 1024/2012,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi d-Direttiva tqabbel ħaddiema minn pajjiżi ta’ oriġini u ħaddiema mill-pajjiż ospitanti mingħajr ma jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ġusti ta’ kompetizzjoni;

B.     billi din id-Direttiva mhijiex kompluta u hija s-suġġett ta’ għadd ta’ frodi li jheddu l-mudell soċjali tagħna u l-kontijiet soċjali tagħna;

C.     billi l-ispiża tas-salarji għal kull siegħa ta' xogħol hija ta’ EUR 34.6 fi Franza, EUR 6.5 fil-Litwanja u EUR 3.8 fil-Bulgarija, skont id-data tal-Eurostat kif disponibbli fil-31 ta’ Marzu 2015;

D.     billi, skont iċ-ċifri ta’ hawn fuq, min iħaddem Litwan li jimpjega 27 ħaddiem iħallas EUR 175.50 fis-siegħa għal spejjeż tas-salarji medji, filwaqt li min iħaddem fi Franza jista’, bl-istess ammont, jimpjega biss 5 persuni;

E.     billi din id-differenza bejn is-salarji tiffaorixxi "dumping soċjali legali";

1.      Jitlob l-abolizzjoni ċara tal-hekk imsejħa direttiva "tal-ħaddiema stazzjonati";

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Avviż legali