Proċedura : 2015/2673(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0439/2015

Testi mressqa :

B8-0439/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P8_TA(2015)0199

RAKKOMANDAZZJONI GĦAL DEĊIŻJONI
PDF 128kWORD 55k
7.5.2015
PE555.214v01-00
 
B8-0439/2015

imressqa skont l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura


li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (C(2015)02802 – 2015/2673(DEA))


Czesław Adam Siekierski f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali

Abbozz ta' deċiżjoni tal-Parlament Ewropew li ma ssir ebda oġġezzjoni għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni tas-27 ta' April 2015 li jemenda l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (C(2015)02802 – 2015/2673(DEA))  
B8-0439/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2015)02802),

–       wara li kkunsidra l-ittra tal-Kummissjoni tat-3 ta' Frar 2015, li permezz tagħha hija talbet lill-Parlament jiddikjara li mhux se joġġezzjona għar-Regolament delegat,

–       wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali lill-President tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati ta' xxxx,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005(1), u b'mod partikolari l-Artikolu 58(7) tiegħu,

–       wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni għal deċiżjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 105(6) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Artikolu 19(1) tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 jipprevedi reviżjoni tal-qafas finanzjarju pluriennali fil-każ tal-adozzjoni wara l-1 ta' Jannar 2014 ta' programmi taħt ġestjoni kondiviża, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali fost l-oħrajn, sabiex l-allokazzjonijiet li ma jintużawx fl-2014 jiġu trasferiti għal snin sussegwenti, lil hinn mil-limiti massimi tan-nefqa korrispondenti;

B.     billi l-programmi tal-iżvilupp rurali tal-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, il-Kroazja, l-Italja, Ċipru, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, ir-Rumanija u l-Isvezja u ċerti programmi reġjonali tal-Belġju, il-Ġermanja, Franza u r-Renju Unit ma kinux lesti għall-adozzjoni sa tmiem l-2014;

C.     billi r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1311/2013 ġie rivedut kif meħtieġ mir-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 2015/623 li jittrasferixxi, għall-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali, l-allokazzjonijiet mhux użati korrispondenti tal-2014 fil-limiti massimi tan-nefqa tal-2015 u l-2016;

D.     billi l-Anness I tar-Regolament (UE) Nru 1305/2013, li jistabbilixxi t-tqassim tal-appoġġ tal-Unjoni għall-iżvilupp rurali għall-perjodu 2014-2020, għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ;

E.     billi dan ir-Regolament huwa essenzjali għal adozzjoni bla xkiel u f'waqtha ta' programmi tal-iżvilupp rurali, u billi huwa xieraq li jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea;

1.      Jiddikjara li ma joġġezzjonax għar-Regolament delegat (UE) Nru 1305/2013;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deċiżjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.

Avviż legali