Proċedura : 2015/2580(DEA)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : B8-0440/2015

Testi mressqa :

B8-0440/2015

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 20/05/2015 - 10.9
CRE 20/05/2015 - 10.9
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2015)0206

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 114kWORD 186k
7.5.2015
PE555.215v01-00
 
B8-0440/2015

imressqa skont l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura


dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola (C(2015)00861 – 2015/2580(DEA))


Michel Dantin, Eric Andrieu, José Bové, u Martin Häusling f'isem il-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Regolament delegat tal-Kummissjoni tal-20 ta' Frar 2015 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 376/2008 fir-rigward tal-obbligu li titressaq liċenzja għall-importazzjonijiet tal-etanol ta' oriġini agrikola u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2336/2003 li jintroduċi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 670/2003 li jippreskrivi miżuri speċifiċi rigward is-suq fl-etil-alkol [etanol] ta' oriġini agrikola (C(2015)00861 – 2015/2580(DEA))  
B8-0440/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-Regolament delegat tal-Kummissjoni (C(2015)00861),

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007(1), u b'mod partikolari l-Artikoli 177(1)(a), 223(2) u 227 tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 105(3) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi s-segwitu tad-data relatata mal-etanol ta' oriġini agrikola jiżgura kemm it-trasparenza kif ukoll l-għarfien rigward l-evoluzzjoni tas-suq, li għadu instabbli u li qed jiffaċċja kompetizzjoni qawwija, b'mod partikolari minħabba l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi;

B.     billi tali informazzjoni hija wkoll utli għall-aħħar fejn jidħlu negozjati għal ftehimiet internazzjonali u investigazzjonijiet antidumping;

C.     billi l-Eurostat ma jipprovdix tali informazzjoni preċiża, u dan ifisser li m'hemm l-ebda mod alternattiv kif l-operaturi, l-Istati Membri u l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jkunu konxji għalkollox dwar is-sitwazzjoni tas-suq;

1.      Joġġezzjona għar-Regolament delegat tal-Kummissjoni;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u jinnotifikaha li r-Regolament delegat ma jistax jidħol fis-seħħ;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill kif ukoll lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

(1)

ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

Avviż legali