MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 150kWORD 60k
16.9.2015
PE558.876v01-00
 
B8-0506/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar id-diskriminazzjoni li jġarrbu l-Membri Mhux Affiljati fil-Parlament Ewropew


Marine Le Pen, Matteo Salvini, Harald Vilimsky, Marcel de Graaff, Gerolf Annemans, Barbara Kappel, Georg Mayer, Olaf Stuger, Vicky Maeijer, Franz Obermayr, Aymeric Chauprade, Joëlle Mélin, Mireille D'Ornano, Florian Philippot, Louis Aliot, Steeve Briois, Sophie Montel, Marie-Christine Arnautu, Edouard Ferrand, Jean-Luc Schaffhauser, Jean-François Jalkh, Philippe Loiseau, Dominique Martin, Mario Borghezio, Mylène Troszczynski, Bernard Monot, Sylvie Goddyn, Lorenzo Fontana, Gianluca Buonanno, Mara Bizzotto, Gilles Lebreton, Marie-Christine Boutonnet, Dominique Bilde, Nicolas Bay, Janice Atkinson

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar id-diskriminazzjonijiet li jġarrbu l-Membri Mhux Affiljati fil-Parlament Ewropew  
B8-0506/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Membri kollha tal-Parlament Ewropew huma eletti b'votazzjoni universali, sew jekk huma membri ta' grupp u sew jekk mhumiex affiljati;

B.     billi, f'Parlament li suppost huwa demokratiku, mhuwiex aċċettabbli li ċerti kategoriji ta' Membri ma jistgħux igawdu l-istess drittijiet bħal Membri oħrajn;

C.     billi l-Membri Mhux Affiljati huma vittmi ta' għadd ta' diskriminazzjonijiet fit-twettiq tal-mandat tagħhom, partikolarment il-fatt li ma jistgħux jipparteċipaw fil-laqgħat tal-Koordinaturi tal-Kumitati (l-Artikolu 205 tar-Regoli ta' Proċedura), il-fatt li hu kważi impossibbli li jkunu rapporteurs jew shadow rapporteurs (idem), il-fatt li ma jistgħux ikunu Presidenti jew Viċi Presidenti ta' kumitat (l-Artikolu 204 u t-tqassim skont il-gruppi skont is-sistema D'Hondt) u l-fatt li ma jistgħux jaħtru r-rappreżentant tagħhom fi ħdan il-Konferenza tal-Presidenti permezz ta' votazzjoni demokratika (l-Artikolu 26);

D.     billi, barra minn hekk, il-Membri Mhux Affiljati huma soġġetti għal kontroll amministrattiv burokratiku u peżanti żżejjed meta mqabbel ma' dak tal-Membri ta' gruppi kostitwiti;

1.      Iqis li l-Membri kollha tiegħu għandhom jitħallew iwettqu għalkollox il-ħidma parlamentari tagħhom;

2.      Jitlob lill-Kumitat għall-Affarijiet Kostituzzjonali jħassar id-dispożizzjonijiet kollha tar-Regoli ta' Proċedura li huma diskriminatorji fil-konfront tal-Membri Mhux Affiljati.

Avviż legali