MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 138kWORD 61k
14.5.2015
PE558.886v◄►
 
B8-0516/2014

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-integrazzjoni tas-sitwazzjoni rigward l-istandards u t-tekniki fl-Istati Uniti tal-Amerika fil-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni Ewropea


Sylvie Goddyn, Louis Aliot, Gerolf Annemans, Marie-Christine Arnautu, Nicolas Bay, Mara Bizzoto, Mario Borghezio, Dominique Bilde, Marie-Christine Boutonnet, Steeve Briois, Gianluca Buonanno, Aymeric Chauprade, Mireille d'Ornano, Edouard Ferrand, Bruno Gollnisch, Marcel de Graaff, Jean-François Jalkh, Barbara Kappel, Jean-Marie Le Pen, Marine Le Pen, Gilles Lebreton, Philippe Loiseau, Vicky Maeijer, Georg Mayer, Dominique Martin, Joëlle Mélin, , Bernard Monot, Sophie Montel, Florian Philippot, Matteo Salvini, Jean-Luc Schaffhauser, Olaf Stuger, Mylène Troszczynski, Harald Vilimsky

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-integrazzjoni tas-sitwazzjoni rigward l-istandards u t-tekniki fl-Istati Uniti tal-Amerika fil-proposti leġiżlattivi tal-Kummissjoni Ewropea  
B8-0516/2014

Il-Parlament Ewropew,

 

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat ENVI dwar ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati tas-Sħubija Trans-Atlantika (TTIP),

–       wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat PETI dwar ir-rakkomandazzjonijiet lill-Kummissjoni Ewropea dwar in-negozjati tat-TTIP,

A.     billi huwa jqis b'mod rikorrenti t-tendenza tal-Kummissjoni Ewropea li tressaq proposti leġiżlattivi li jantiċipaw konverġenza regolatorja mal-Istati Uniti tal-Amerika;

B.     billi l-istandards Amerikani, speċjalment l-istandards tas-saħħa u tal-benessri tal-annimali huma meqjusa inferjuri għall-istandards tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha, kif huwa indikat minn diversi petizzjonijiet u dimostrazzjonijiet taċ-ċittadini;

C.     billi l-Kummissjoni Ewropea fil-kummerċ estern tassigura li l-iffirmar tat-TTIP mhux se jnaqqas il-livell tal-istandards tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni biex mill-1 ta' Ġunju 2015 tirrapporta dwar is-sitwazzjoni tal-istandards u tal-prattiki Amerikani għal kull waħda mill-proposti li jmiss tagħha, sabiex b'hekk tkun konxja bis-sħiħ tad-differenzi fl-istandards u fl-użu bejn il-pajjiżi tal-Unjoni u l-Istati Uniti tal-Amerika;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

Avviż legali