Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0598/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0598/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-infezzjonijiet ikkawżati mill-batterji reżistenti għall-antibijotiċi

26.5.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Mara Bizzotto

B8-0598/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-infezzjonijiet ikkawżati mill-batterji reżistenti għall-antibijotiċi

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi mir-riċerka mwettqa mid-dipartiment Ingliż għall-immaniġġjar tal-emerġenzi nazzjonali, ħareġ li t-tixrid tal-infezzjonijiet ikkawżati mill-batterji li huma reżistenti għall-antibijotiċi (Antimicrobial Resistance Infection, jew AMR) fir-Renju Unit jikkostitwixxi theddida perikoluża għal tal-anqas 80 000 persuna u jpoġġi fir-riskju l-eżitu ta' anki l-aktar operazzjonijiet trivjali;

B.     billi fl-Italja huwa preokkupanti li dan il-fenomenu qiegħed jiżdied u, skont iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC), l-Italja tinsab fil-faxxa bl-ogħla perċentwal ta' reżistenza għal dawn il-batterji;

C.     billi t-tobba mhumiex f'pożizzjoni li jintervjenu biex jikkuraw dawn l-infezzjonijiet u jistgħu biss jippruvaw jagħmlu trattamenti b'antibijotiċi li twaqqfu minħabba t-tossiċità tagħhom;

D.     billi l-agressività ta' dawn l-infezzjonijiet twassal għal rati għoljin ħafna ta' mwiet, li jvarjaw bejn 50 % u 70 % tal-każijiet;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tintervjeni biex tiġġieled u tipprevjeni epidemija eventwali fuq skala Ewropea.