MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 130kWORD 60k
18.6.2015
PE558.985v01-00
 
B8-0629/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-appoġġ u s-sensibilizzazzjoni fir-rigward tas-sindrome ta' Asperger


Dominique Bilde, Sophie Montel

Proposta tal-Parlament Ewropew dwar l-appoġġ u s-sensibilizzazzjoni fir-rigward tas-sindrome ta' Asperger  
B8-0629

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Istrateġija Ewropea tad-Diżabilità 2010-2020(1),

–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Drittijiet tal-Persuni b'Diżabilità,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi s-sindrome ta' Asperger huwa disturb mifrux tal-iżvilupp ta' oriġini newroloġika;

B.     billi s-sindrome huwa mqiegħed fl-istess kategorija tal-awtiżmu ta' funzjonament għoli, peress li l-persuni milquta mill-Asperger ma għandhomx defiċjenza intellettwali;

C.     billi l-karatteristiċi prinċipali tas-sindrome ta' Asperger huma l-kambjament tar-relazzjonijiet soċjali u tal-komunikazzjoni, interessi ristretti għal ftit suġġetti, guffaġni taċ-ċaqliq, u sensittività partikolari tas-sensi;

1.      Jitlob li l-Kummissjoni Ewropea tagħti bidu għal pjan ta' sensibilizzazzjoni tal-pubbliku ġenerali dwar is-sindrome ta' Asperger u tagħti appoġġ lill-formazzjoni tal-membri tal-persunal li jaħdem fil-qasam tas-saħħa u tal-infanzja;

2.      Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni tinvesti fi programmi ta' riċerka u ta' żvilupp tal-metodi ta' komportament;

3.      Jinkoraġġixxi lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jintegraw aħjar lill-persuni milquta mill-Asperger fl-ambjent professjonali permezz ta' appoġġ imsaħħaħ u l-adattament tal-postijiet tax-xogħol;

4.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.

 

(1)

COM(2010)0636.

Avviż legali