MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 127kWORD 58k
25.6.2015
PE558.990v01-00
 
B8-0634/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar is-sostenn tas-settur tal-prodotti tal-ħalib u tal-azjendi Taljani li jrabbu l-bhejjem


Mara Bizzotto

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sostenn tas-settur tal-prodotti tal-ħalib u tal-azjendi Taljani li jrabbu l-bhejjem  
B8-0634/2015

Il-Parlament Ewropew,

 

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi mill-1 ta' April 2015 tneħħiet is-sistema Ewropea tal-kwoti tal-ħalib;

B.     billi minħabba t-tmiem tas-sistema tal-kwoti, il-produzzjoni Ewropea tal-ħalib diġà kibret b'5 %, filwaqt li l-prezz tal-materja prima qed jaqa' bla kontroll;

1.      jistieden lill-Kummissjoni tinċentiva l-esportazzjoni li fil-preżent tirrappreżenta s-soluzzjoni l-aktar rapida biex noħorġu minn din l-emerġenza;

2.      jistieden lill-Kummissjoni tappoġġa l-azjendi li jrabbu l-bhejjem u li jinsabu fil-muntanji li anki minn perspettiva loġistika dawn se jkollhom aktar diffikultà biex jiddiversifikaw u jwessgħu l-attivitajiet tagħhom.

Avviż legali