Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0641/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0641/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI li tikkundanna l-fatwa ġudizzjarja tal-Qatar kontra Membru tal-Parlament Ewropew

26.6.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Steeve Briois, Sophie Montel, Dominique Bilde, Florian Philippot, Mylène Troszczyinski, Edouard Ferrand, Philippe Loiseau, Jean François Jalkh, Sylvie Goddyn, Aymeric Chauprade, Gilles Lebreton, Dominique Martin, Mireille d'Ornano, Jean Luc Schaffhauser

B8-0641/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew li tikkundanna l-fatwa ġudizzjarja tal-Qatar kontra Membru tal-Parlament Ewropew

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 6, 10 u 11 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi d-dritt għas-sigurtà u l-libertà tal-espressjoni huma valuri fundamentali minquxa fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea;

B.     billi hemm evidenza li, fil-Qatar, id-drittijiet tal-bniedem jinkisru regolarment, il-prinċipju tad-dinjità tan-nisa mhuwiex irrispettat u d-drittijiet soċjali tal-ħaddiema huma ineżistenti;

C.     billi l-ilment ġudizzjarju mressaq mill-Qatar kontra l-Membru tal-Parlament Ewropew Florian Philippot, bil-għan li dan jiġi kkundannat għall-eżerċizzju tad-dritt tiegħu għal-libertà tal-espressjoni, jippreġudika serjament il-valuri tal-Unjoni;

1.      Jikkundanna t-theddida li l-ilment ġudizzjarju tal-Qatar jippreżenta għas-sigurtà u għad-drittijiet ta' Membru tal-Parlament Ewropew;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni tikkundanna l-interferenza serja tal-Qatar fl-affarijiet interni ta' Franza, li hija Stat Membru tal-Unjoni u Stat firmatarju tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-ismijiet tal-firmatarji, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-Istati Membri.