Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0675/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0675/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar l-akkomodazzjoni ħdejn it-tfal matul il-perjodu sħiħ ta' trattament mediku

23.6.2015

wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

Dubravka Šuica, Patricija Šulin

B8-0675/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-akkomodazzjoni ħdejn it-tfal matul il-perjodu sħiħ ta' trattament mediku

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Karta Ewropea dwar it-tfal li jiddaħħlu l-isptar tal-Assoċjazzjoni Ewropea għat-tfal fl-isptar, li ġiet adottata f'Leyde fl-1988, fiha lista tad-drittijiet li jgawdu minnhom it-tfal qabel, matul u wara ż-żmien li jkunu qattgħu fl-isptar;

B.     billi t-tfal li jiddaħħlu l-isptar għandhom id-dritt, matul il-perjodu sħiħ li fih joqogħdu l-isptar, li jkollhom ħdejhom lill-ġenituri tagħhom jew kull persuna oħra li tissostitwihom;

C.     billi minħabba r-restrizzjonijiet finanzjarji, ħafna ġenituri ma jistgħux iqattgħu ħinhom mat-tfal tagħhom waqt trattament mediku fl-isptar, b'mod partikolari barra mill-post ta' residenza tagħhom;

D.     billi d-dritt tal-omm li jkollha akkomodazzjoni ħdejn it-tfal tagħha waqt il-perjodu sħiħ ta' trattament mediku barra mill-pajjiż jgħodd biss f'każijiet fejn trid tredda' lit-tfal, jew jekk il-qagħda tas-saħħa tat-tfal tkun teħtieġ dan, għal raġunijiet mediċi ddikjarati minn qabel;

E.     billi l-ġenituri ma jistgħux ma jmorrux ix-xogħol u lanqas jeħilsu mill-kompiti domestiċi tagħhom, u billi ma għandhomx jiġu esposti għal riskju ta' telf ta' dħul;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni biex tadotta linji gwida bil-għan li tħeġġeġ lill-Istati Membri biex jarmonizzaw il-kwistjoni tad-dritt għall-akkomodazzjoni ħdejn it-tfal fl-isptarijiet, f'konformità mal-Karta adottata.