Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0678/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0678/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-konsum tal-alkoħol mill-minorenni

23.6.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Dubravka Šuica, Patricija Šulin

B8-0678/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-konsum tal-alkoħol mill-minorenni

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi fil-maġġorparti tal-pajjiżi Ewropej ir-rata ta’ abbuż mill-alkoħol fost iż-żgħażagħ hija ogħla minn dik fl-Istati Uniti, hekk kif 65 % tal-minorenni fl-Ewropa jikkunsmaw l-alkoħol medja ta’ darbtejn fix-xahar u 9,8 % minnhom jikkunsmawh aktar minn għaxar darbiet fix-xahar;

B.     billi fil-maġġorparti tal-pajjiżi Ewropej perċentaġġ għoli taż-żgħażagħ jibdew jikkunsmaw l-alkoħol sa minn qabel jagħlqu tlettax-il sena;

C.     billi l-infurzar ta’ dispożizzjonijiet dwar ix-xiri legali ta’ xorb alkoħoliku flimkien ma’ programmi edukattivi adatti jwasslu għal riżultati pożittivi fil-qasam tal-prevenzjoni tal-konsum ta’ xorb alkoħoliku mill-minorenni;

D.     billi l-konsegwenzi fuq medda ta’ żmien qasir tal-abbuż mill-alkoħol, pereżempju l-inċidenti u l-vjolenza huma ta’ periklu partikolari għall-minorenni;

1.      Iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri jinfurzaw b’mod effettiv id-dispożizzjonijiet dwar il-konsum tal-alkoħol mill-minorenni, filwaqt li jitqiesu d-drawwiet kulturali.