MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 131kWORD 59k
14.7.2015
PE565.702v01-00
 
B8-0724/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar kollaborazzjoni effettiva tat-Turkija fil-ġlieda kontra t-terroriżmu ta' oriġini Iżlamika


Gianluca Buonanno

Proposta għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar kollaborazzjoni effettiva tat-Turkija fil-ġlieda kontra t-terroriżmu ta' oriġini Iżlamika  
B8-0724/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi minn inkjesta ġudizzjarja tal-Prokura tar-Repubblika ta' Milan dehret ċara l-figura tal-koordinatur internazzjonali tal-"ġellieda barranin", li mit-Turkija qed jorganizza, mingħajr ebda tfixkil, l-akkoljenza tal-ġellieda li ġejjin mill-Ewropa u jqassamhom fiż-żoni li jkunu taħt il-kontroll tal-ISIS;

1.      Iqis li t-Turkija mhijiex qed tikkollabora b'mod attiv fil-ġlieda kontra t-terroriżmu ta' oriġini Iżlamika, filwaqt li qed tieħu pożizzjoni ftit jew xejn ambigwa;

2.      Jistieden lill-Kummissjoni, lill-Kunsill Ewropew, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà kif ukoll lill-koordinatur ta' kontra t-terroriżmu biex jiġbdu l-attenzjoni tal-gvern Tork u tal-awtoritajiet kompetenti dwar ir-responsabbilitajiet tagħhom, filwaqt li jħeġġuhom jikkollaboraw b'mod effettiv;

3.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u lill-koordinatur ta' kontra t-terroriżmu kif ukoll lill-Gvern tat-Turkija.

 

Avviż legali