MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 140kWORD 60k
8.6.2015
PE565.703v01-00
 
B8-0725/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tnaqqis tat-tniġġis tal-arja  
B8-0725/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2008/50/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-kwalità tal-arja fl-ambjent u arja aktar nadifa għall-Ewropa,

–       wara li kkunsidra d-Direttiva 2001/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-livelli nazzjonali massimi tal-emissjonijiet ta' ċerti inkwinanti atmosferiċi,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi r-rapport għall-2005 tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa dwar il-kwalità tal-arja jipproponi limiti aktar baxxi fejn jikkonċerna l-livelli tal-inkwinanti atmosferiċi;

B.     billi studju riċenti tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa u tal-OECD għamel stima li fl-2010 kien hemm 600 000 mewta prematura minħabba mard assoċjat mat-tniġġis fl-arja fir-reġjun tal-Ewropa, bi spiża ta' madwar 1,6 triljun dollaru;

C.     billi, minkejja tnaqqis fil-livelli tat-tniġġis meta mqabbel mal-1990, fis-settur tat-trasport kien hemm il-paradoss ta' żieda fil-partikoli PM10 u PM2,5, li huma meqjusa fost l-aktar perikolużi għas-saħħa;

D.     billi f'xi perjodi tas-sena ħafna bliet kbar Ewropej jaqbżu l-livelli massimi ta' tniġġis imposti mill-UE;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni tippreżenta strateġija li tkun kapaċi tnaqqas it-tniġġis fl-arja, b'attenzjoni partikolari għat-tniġġis li ġej mis-settur tat-trasport.

Avviż legali