MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 141kWORD 60k
29.6.2015
PE565.707v01-00
 
B8-0729/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-fenomenu ta' bniet li jiġu mżewġa


Aldo Patriciello

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-fenomenu ta' bniet li jiġu mżewġa  
B8-0729/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (KDFUE) tal-2000,

–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (KEDB) tal-1950,

–       wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' Istanbul tal-2011,

–       wara li kkunsidra r-rapport tal-2013 tal-Fond tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Popolazzjoni (UNFPA) dwar it-tema "L-ommijiet bniet"

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi kuljum għoxrin elf tifla taħt l-età ta' 18-il sena jsiru ommijiet fil-pajjiżi tan-Nofsinhar tad-dinja;

B.     billi kull sena jwelldu żewġ miljun tfajla ta' età ta' anqas minn 15-il sena minn total ta' 7,3 miljun omm adoloxxenti;

C.     billi ż-żwiġijiet bikrija huma marbutin mill-qrib ma' żwiġijiet furzati, peress li fil-maġġoranza tad-drabi l-minuri jkunu vittmi ta' ġegħil;

D.     billi fl-Italja biss, abbażi ta' stimi li madankollu mhumiex ibbażati fuq data ċerta, dawn jammontaw għal elfejn tfajla mwielda fil-pajjiż u mġiegħla jiżżewġu fl-Istati ta' oriġini;

E.     billi dan il-fenomenu huwa parti mill-kwistjoni usa' tad-diskriminazzjoni bbażata fuq is-sessi u tal-vjolenza kontra n-nisa;

1.      Jitlob lill-Kummissjoni tħeġġeġ analiżi aktar dettaljata tal-fenomenu inkwistjoni sabiex ikun hemm data aġġornata u taħdem sabiex titfa' dawl fuq din il-problema soċjali serja.

Avviż legali