MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 141kWORD 59k
1.7.2015
PE565.709v01-00
 
B8-0731/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar il-projbizzjoni tal-bejgħ ħieles ta' nases bil-kolla;


Dominique Bilde, Sophie Montel

B 8-0731/2015 Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-projbizzjoni tal-bejgħ ħieles ta' nases bil-kolla  

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 8 tad-Direttiva 2009/147/KE, imsejħa d-Direttiva "tal-Għasafar",

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi n-nases bil-kolla jinbigħu b'mod liberu fil-ħwienet il-kbar tal-ġardinaġġ, tad-DIY u anki fuq l-internet;

B.     billi nassa bil-kolla hija sempliċement pjanċa mwaħħla bil-kolla sintetika jew naturali, u fin-nofs ta’ dan jitqiegħed oġġett li jħajjar lill-annimal;

C.     billi l-annimali maqbuda jbatu tul jiem sħaħ qabel ma jmutu bil-ġuħ, deżidratazzjoni u awtokorriment;

D.     billi dawn in-nases huma maħsuba għal annimali gerriema, iżda il-qtates, il-klieb jew l-għasafar ukoll jistgħu jkunu vittmi;

1.      Jitlob il-projbizzjoni tal-bejgħ ħieles ta' nases bil-kolla;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kunsill.

 

Avviż legali