Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0738/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0738/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-faqar alimentari

22.7.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Gianluca Buonanno

B8-0738/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-faqar alimentari

A.     billi l-aħħar rapport ta' CENSIS dwar "It-Taljani u l-ikel", li minnu ħareġ li madwar 2,4 miljun familja, matul l-aħħar sena, ma setgħux jixtru l-ikel neċessarju għall-għajxien tagħhom;

B.     billi, meta mqabbel mal-2007, hemm miljun familja aktar f'kundizzjoni ta' faqar alimentari, b'żieda ta' 85 %;

C.     billi 12,2 % tal-familji bi tfal taħt l-età, jiġifieri 830 000 nukleu familjari, ma setgħux itaffu l-ġuħ kif mistħoqq;

D.     billi l-Unjoni Ewropea ma tistax u ma għandhiex tkun u lanqas ma għandha tidher bħala waħda li tittratta biss l-oqsma ekonomiko-finanzjarji, imma għandha dejjem tqiegħed lill-bniedem, bil-kumplessità u l-problematika tiegħu, fiċ-ċentru tal-azzjonijiet tagħha;

1.      Jistieden b'urġenza lill-Kummissjoni Ewropea, minħabba l-kompetenza tagħha fil-qasam tal-ġlieda kontra l-faqar, l-esklużjoni soċjali u d-diskriminazzjoni, biex taffaċċja b'mod prijoritarju t-tema tal-faqar alimentari billi tagħmel immedjatament disponibbli r-riżorsi ekonomiċi neċessarji għal riżoluzzjoni tagħha.