imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura
dwar il-kriżijiet finanzjarji u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem
Gianluca Buonanno
Mozzjoni għal riżoluzzjoni dwar il-kriżijiet finanzjarji u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem
B8-0741/2015
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi skont il-parir awtorevoli ta' żewġ esperti indipendenti tan-NU, Alfred de Zayas u Virginia Dandan, skont l-Artikolu 103 tal-Istatut tan-Nazzjonijiet Uniti "l-ebda ftehim u kuntratt xieraq minn Stat ma jista' jobbligah biex jikser l-istatut tan-NU", fis-sens li "l-ebda trattat jew self ma jista' jisfurza pajjiż biex jikser id-drittijiet ċivili, kulturali, ekonomiċi, politiċi u soċjali tal-popolazzjoni tiegħu. U l-ebda self ma jista' jiċħad is-sovranità ta' Stat."
B. billi barra minn hekk il-Greċja mhijiex l-unika responsabbli għan-nuqqasijiet tagħha, u li l-miżuri tal-awsterità imposti mit-trojka kkontribwew biex jaggravaw il-kriżi ekonomika li b'hekk saret impossibbli li l-kuntratt xieraq jerġa' lura għal li kien skont il-kundizzjonijiet imposti oriġinali;
1. Jistieden lill-Kummissjoni, il-Fond Monetarju Internazzjonali u l-Bank Ċentrali Ewropew biex jirrikonoxxu u jsostnu li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa prinċipju mhux negozjabbli u li l-ebda soluzzjoni tal-kwistjoni finanzjarja Griega ma tista' tiġi adottata mingħajr ma jitqiesu dawn;
2. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Fond Monetarju Internazzjonali, lill-Bank Ċentrali Ewropew u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.