MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 145kWORD 60k
22.7.2015
PE565.720v01-00
 
B8-0742/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar l-emerġenza tal-immigrazzjoni illegali: kriżi bi proporzjonijiet storiċi


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-emerġenza tal-immigrazzjoni illegali: kriżi bi proporzjonijiet storiċi  
B8-0742/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi fl-aħħar rapport tiegħu, ippubblikat fl-1 ta' Lulju 2015, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar-Refuġjati (UNHCR) jilmenta dwar is-serjetà u l-firxa tas-sitwazzjoni tal-immigrazzjoni illegali, li wara li taqsam il-Mediterran tispiċċa fl-Italja;

B.     billi l-UNHCR ma joqgħodx lura milli jiddefinixxi l-kriżi bħala waħda "ta' proporzjonijiet storiċi" peress li, fil-perjodu ta' bejn Jannar u Ġunju biss, in-numru ta' persuni li waslu mill-Afrika u mill-Asja żdied bi 83 %, minn 75 000 persuna tal-istess semestru 2014 sa 137 000 persuna li waslu din is-sena;

C.     billi dawn iċ-ċifri huma biss ta' dawk il-persuni li jkunu daħlu b'mod illegali u li ġew irreġistrati, li magħhom għandhom jiżdiedu l-eluf ta' immigranti illegali li qatt ma nġabret data dwarhom, li jimirħu bħal iħirsa madwar l-Ewropa;

D.     billi l-impenn tal-Unjoni Ewropea biex tqassam fost l-Istati Membri 40 000 refuġjat f'sentejn, li minn dawn 24 000 biss żbarkaw fl-Italja, ifakkar fl-anedottu klassiku ta' qatra fl-oċean u huwa mitqies bħala intervent insuffiċjenti;

1.      Jistieden lill-istituzzjonijiet tal-UE biex jieħdu bis-serjetà din il-problema miż-żewġ lati tagħha, kemm min-naħa ta' fejn dawn il-persuni jaslu u kif ukoll minn fejn jitilqu, b'inizjattivi umanitarji, diplomatiċi u militari adegwati u xierqa;

2.      Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

 

Avviż legali