Mozzjoni għal riżoluzzjoni - B8-0750/2015Mozzjoni għal riżoluzzjoni
B8-0750/2015

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI dwar il-ġbid mill-ATMs u l-obbligu tal-irċevuti mill-professjonisti u d-detenturi tan-numru tal-VAT

20.7.2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura

Gianluca Buonanno

B8-0750/2015

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-ġbid mill-ATMs u l-obbligu tal-irċevuti mill-professjonisti u d-detenturi tan-numru tal-VAT

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi l-Gvern Taljan lest, fid-delega fiskali, li japprova l-Artikolu 7a, li jipprevedi sanzjonijiet għal ġbid ta' flus magħmul mill-ATMs minn professjonisti u detenturi tan-numru tal-VAT li mhumiex suċċessivament kapaċi jiġġustifikaw b'liema mod nefquhom;

B.     billi l-miżura għandha l-objettiv li tintraċċa l-pagamenti bil-għan li tiġi miġġielda l-evażjoni tat-taxxa;

C.     billi tali miżura, apparti li ma għandhiex bażi fil-fatt u fid-dritt, tirriżulta biss fit-tfigħ ta' piż fuq il-kategoriji soġġetti għall-obbligu ta' inadempjenza odjuża ulterjuri, li ġġiegħelhom iżommu b'dettall esaġerat kull irċevuta marbuta ma' kull euro minfuq;

D.     billi miżura fiskali ma tistax u m'għandhiex tinbidel f'kontroll bi sfumaturi polizjeski ta' pajjiż totalitari u bi ksur evidenti tal-privatezza;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni biex taċċerta ruħha li l-politiki ta' kontroll fiskali magħmula mill-Istati Membri ma jiksrux id-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea kif inhu previst mill-Karta tad-Drittijiet Fundamentali u mill-ġusrisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.