MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 142kWORD 58k
20.7.2015
PE565.730v01-00
 
B8-0772/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


sulle ricariche dei cellulari


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-top-up tat-telefons ċellulari  
B8-0772/2015

Il-Parlament Ewropew,

A.     billi dawk li jamministraw it-telefonija mobbli Taljana TIM, VODAFONE u WIND immodifikaw b'mod negattiv il-pjanijiet tariffari tagħhom għall-utenti li jagħmlu użu minn sistemi li jużaw kard imħallsa minn qabel (prepaid): issa it-top-up irid isir kull erbgħa ġimgħat minflok kull xahar;

B.     billi b'dan il-mod it-top-up issa se jservi 28 jum u mhux 30 jew 31 jum;

C.     billi b'din il-bidla l-utent irid jagħmel 13-il top-up minflok 12 u għalhekk iż-żieda fl-ispiża hi ta' 8 %;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea, bis-saħħa tal-kompetenzi tagħha skont l-Artikoli 114 u 169 tat-TFUE, tieħu miżuri immedjati u xierqa sabiex jitħarsu l-interessi ekonomiċi u ġuridiċi tal-konsumaturi;

2.      Iħeġġeġ lill-Kummissjoni Ewropea tivverifika jekk dan huwiex ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni skont l-Artikoli 101 sa 109 tat-TFUE.

 

Avviż legali