MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI
PDF 128kWORD 58k
17.7.2015
PE565.733v01-00
 
B8-0775/2015

imressqa skont l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura


dwar it-tnaqqis tad-dejn tal-Greċja


Gianluca Buonanno

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-tnaqqis tad-dejn tal-Greċja  
B8-0775/2015

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 133 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi nhar it-Tnejn 13 ta' Lulju l-mexxejja taż-żona tal-euro laħqu qbil dwar il-kundizzjonijiet ta' self ta' EUR 86 biljun li għandu jiġi konċess lill-Greċja;

B.     billi matul id-dibattiti politiċi li saru qabel il-ftehim u anki matul l-istess negozjati deher ċar għal kulħadd li l-ammont tad-dejn huwa insostenibbli;

C.     billi l-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, Mario Draghi, iddikjara li d-dejn Grieg għandu jittaffa;

D.     billi l-istess Direttur Ġenerali tal-Fond Monetarju Internazzjonali, Christine Lagarde, sostniet li l-ebda soluzzjoni tal-kriżi Griega mhi possibbli mingħajr tnaqqis tad-dejn;

1.      Jistieden lill-Kummissjoni Ewropea tistudja tnaqqis tad-dejn Grieg b'tali mod li tippermettilu li jkun sostenibbli.

 

Avviż legali